Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

It-Teknoloġija Kif Teffettwa Lilek?

It-Teknoloġija Kif Teffettwa Lilek?

In-​nies jitgħallmu ħafna affarijiet għall-​iskola, għax-​xogħol, jew għal affarijiet oħra. It-​teknoloġija tistaʼ tgħin lin-​nies biex jitgħallmu. Qatt qabel ma stajna naraw jew naqraw daqshekk informazzjoni mingħajr ma noħorġu minn darna stess.

Imma dawk li jużaw ħafna t-​teknoloġija jkollhom problemi bħal . . .

  • isibuha diffiċli biex jikkonċentraw meta jaqraw.

  • ma jistgħux jiffokaw fuq ħaġa waħda.

  • jixbgħu malajr meta jkunu waħedhom.

X’GĦANDEK TKUN TAF

META TAQRA

Nies li jużaw ħafna t-​teknoloġija jistaʼ ma jkollhomx il-​paċenzja biex jaqraw artiklu sħiħ. Allura jaqrawh taʼ malajr biex jaraw fuqiex qed jitkellem.

Li taqra xi ħaġa taʼ fuq fuq hu tajjeb biex issib tweġiba malajr. Imma mhux tajjeb li taqra hekk meta tipprova tistudja u tifhem suġġett.

AĦSEB DWAR DAN: Jirnexxili naqra xi ħaġa twila? Għala se nitgħallem aħjar jekk ikolli l-​paċenzja naqra? —PROVERBJI 18:15.

META TRID TIFFOKA

Ħafna nies jużaw it-​teknoloġija biex jagħmlu iżjed minn ħaġa waħda fl-​istess ħin. Pereżempju jibagħtu lill-​ħbieb tagħhom waqt li jistudjaw. Imma huma jiġu aljenati u ma jirnexxilhom jiffokaw fuq l-​ebda ħaġa.

Għalkemm huwa diffiċli biex tikkonċentra u ma tiġix aljenat, se jgħinek biex titgħallem. Żagħżugħa jisimha Grace tgħid: “Se tagħmel inqas żbalji u jkollok inqas stress. Tgħallimt li aħjar tiffoka fuq ħaġa waħda u tevita li tiġi aljenat.”

AĦSEB DWAR DAN: It-​teknoloġija tagħmilhieli diffiċli biex niffoka u niftakar dak li studjajt?—PROVERBJI 17:24.

META TKUN WAĦDEK

Ħafna nies ma jiħdux pjaċir ikunu waħedhom, allura jużaw it-​teknoloġija biex ikollhom x’jagħmlu. Mara jisimha Olivia tammetti: “Ma jirnexxilix nagħmel kwarta mingħajr ma niċċekkja l-​mowbajl, it-​tablet, jew it-​televixin.”

Imma biex jirnexxilna nitgħallmu, irridu nagħmlu ħin waħedna biex naħsbu fuq dak li studjajna.

AĦSEB DWAR DAN: Meta nkun waħdi, nuża dak il-​ħin biex naħseb?—1 TIMOTJU 4:15.

DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL

ARA KIF QED TUŻA T-​TEKNOLOĠIJA

Kif tistaʼ tuża t-​teknoloġija biex titgħallem iżjed? It-​teknoloġija kif tistaʼ tfixklek milli tiffoka u titgħallem?

PARIR TAL-​BIBBJA: “Ħares l-​għaqal u l-​abbiltà li taħseb.”—PROVERBJI 3:21.