It-Teknoloġija Kif Teffettwa Lilek u l-Ħbieb Tiegħek?
Aħna nistgħu nitkellmu flimkien b’mod faċli, anki meta noqogħdu f’pajjiżi differenti. Dan grazzi għall-messaġġi, emails, video calls, u social media. Meta nagħmlu hekk, inkunu qed nużaw it-teknoloġija b’mod tajjeb.
Imma ħafna nies jitkellmu mal-ħbieb tagħhom bit-teknoloġija biss. Dawn jistaʼ jkollhom problemi bħal . . .
-
ma jagħtux kas kif iħossuhom il-ħbieb tagħhom.
-
iħossuhom iżjed weħidhom.
-
jaħsbu dwarhom infushom biss.
X’GĦANDEK TKUN TAF
TIFHEM LILL-OĦRAJN
Biex inkunu nistgħu nifhmu kif qed iħossu ħaddieħor, irridu nieħdu l-ħin biex naħsbu dwaru. Dan ikun diffiċli meta jkun moħħna fis-social media u biex naqraw u nibagħtu ħafna messaġġi.
Jekk tirċievi ħafna messaġġi se jkun diffiċli biex twieġeb lill-ħbieb tiegħek. Forsi tħoss li aħjar twieġeb il-messaġġi kollha taʼ malajr, anki jekk mhux importanti. Imma mbagħad ma tindunax li xi ħadd mill-ħbieb tiegħek għandu bżonn l-għajnuna.
AĦSEB DWAR DAN: Kif nistaʼ nuri lill-ħbieb tiegħi li jimpurtani minnhom meta nuża t-teknoloġija biex inkellimhom?—1 PIETRU 3:8.
TĦOSSOK WAĦDEK
Wara studju, xi xjentisti sabu li ħafna nies iħossuhom agħar wara li jagħmlu ħafna ħin fuq is-social media. Ix-xjentisti qalu li ħafna jħossuhom li ħlew il-ħin meta joqogħdu jaraw ritratti taʼ x’qed jagħmlu oħrajn.
Iżjed minn hekk, meta n-nies jaraw ir-ritratti sbieħ li oħrajn jitfgħu fuq is-social media, kultant iħossuhom li ħajjithom mhix interessanti bħal tal-oħrajn. Dan għax fuq is-social media n-nies jidhru li qed jieħdu pjaċir, waqt li int forsi tħoss li m’int tagħmel xejn eċitanti.
AĦSEB DWAR DAN: Meta nuża s-social media, x’nistaʼ nagħmel biex ma nqabbilx lili nnifsi m’oħrajn?—GALATIN 6:4.
TAĦSEB DWAREK BISS
Għalliema kitbet li ħafna mill-istudenti kienu egoisti u riedu jkunu ħbieb maʼ dawk li jaqblilhom biss. * Nies bħal dawn jaħsbu biss fuq x’inhu l-aħjar għalihom. Persuna tistaʼ tħares lejn il-ħbieb bħal mowbajl, li tużahom meta jkollha bżonn, u meta ma jkollhiex bżonn tinjorahom.
AĦSEB DWAR DAN: Dak li nitfaʼ fuq is-social media juri li jien kompetittiv jew li niffoka fuqi nnifsi?—GALATIN 5:26.
DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL
ARA KIF QED TUŻA T-TEKNOLOĠIJA
Meta int tikkontrolla kif tuża t-teknoloġija, se jgħinek biex titkellem mal-ħbieb u ssaħħaħ il-ħbiberija tiegħek magħhom.
PARIR TAL-BIBBJA: “L-imħabba . . . ma tfittixx l-interessi tagħha.”—1 KORINTIN 13:4, 5.
Agħżel liema minn dawn tixtieq tagħmel, jew ikteb xi ideat oħra.
-
Ipprova tkellem m’iżjed nies minflok tibgħat messaġġi jew emails
-
Meta tkun qed titkellem m’oħrajn, tużax il-mowbajl jew agħmlu silent
-
Naqqas il-ħin li tagħmel fuq is-social media
-
Tgħallem kif tismaʼ lill-oħrajn aħjar
-
Tkellem maʼ ħabib li għaddej minn żmien diffiċli
^ par. 17 Fil-ktieb Reclaiming Conversation.