Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Kif Tistaʼ Tkun Taf?

Kif Tistaʼ Tkun Taf?

“L-​univers jistaʼ joħloq lilu nnifsu u fil-​fatt hekk ġara.” —Stephen Hawking u Leonard Mlodinow, xjentisti tal-​physics, 2010.

“Alla ħalaq is-​smewwiet u l-​art.”—Il-​Bibbja, Ġenesi 1:1.

Ħalaq Alla l-​univers u l-​ħajja li hemm fih jew ġew mix-​xejn? Dak li qalu ż-​żewġ xjentisti fil-​bidu tal-​artiklu u l-​ewwel vers fil-​Bibbja huma żewġ tweġibiet differenti ħafna. Hemm ħafna nies li jemmnu dawn l-​ideat. Imma ħafna nies oħra m’humiex ċerti. In-​nies iħobbu jiddiskutu l-​opinjoni tagħhom fuq dan is-​suġġett fil-​kotba u fuq it-​televixin.

L-​iskola forsi tgħallimt li m’hemmx Alla u li l-​univers u l-​ħajja ġew mix-​xejn. Imma t-​teachers, urewk evidenza li Alla ma jeżistix? Jaf smajt lin-​nies tar-​reliġjon jgħallmu li hemm Alla. Imma wrewk evidenza għal dak li qalu? Jew qalulek biex temmen f’Alla mingħajr ma tħares lejn evidenza?

Forsi ġieli qgħadt taħseb dwarha u tħoss li ħadd ma jistaʼ jkun ċert jekk jeżistix Ħallieq. U forsi taħseb jekk teffettwalekx ħajtek li tkun taf it-​tweġiba.

Din il-​ħarġa taʼ Stenbaħ! se turi xi evidenza li kkonvinċiet lil ħafna li jeżisti Ħallieq. Imbagħad se tiddiskuti għala hu importanti li tkun taf minn fejn ġiet il-​ħajja fuq l-​art.