Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

SUĠĠETT PRINĊIPALI | KIF TIKKONTROLLA D-DRAWWIET TIEGĦEK

3 Ħares fit-tul

3 Ħares fit-tul

Hemm min jgħid li tieħu 21 ġurnata biex drawwa ġdida ssir parti minn ħajtek. Iżda fir-realtà, ir-riċerka turi li xi nies jistgħu jieħdu inqas żmien—u oħrajn ħafna iktar—biex jagħmlu xi tibdil kbir. Għandu dan jiskuraġġik?

Mela, aħseb f’din is-sitwazzjoni: Immaġina li tixtieq tiħodha drawwa li tagħmel l-eżerċizzju tliet darbiet fil-ġimgħa.

  • L-ewwel ġimgħa, jirnexxilek.

  • It-tieni ġimgħa, ġurnata minnhom ma jirnexxilekx.

  • It-tielet ġimgħa, erġajt irrankajt.

  • Ir-rabaʼ ġimgħa, bilkemm tagħmlu darba.

  • Il-ħames ġimgħa, jerġaʼ jirnexxilek, u minn hemm ’il quddiem tibqaʼ tilħaq il-mira tiegħek kull ġimgħa.

Ħadt ħames ġimgħat biex tistabbilixxi d-drawwa l-ġdida. Forsi jidher żmien twil, imma ladarba tilħaq il-mira tiegħek, se tkun ferħan li żviluppajt drawwa tajba ġdida.

PRINĊIPJU BIBLIKU: “Il-ġust jistaʼ saħansitra jaqaʼ sebaʼ darbiet, u żgur iqum.”Proverbji 24:16.

Il-Bibbja tinkuraġġina biex ma naqtgħux qalbna u nkunu persistenti. Fl-aħħar mill-aħħar, dak li jgħodd mhuwiex kemm-il darba naqgħu, iżda kemm-il darba nerġgħu nqumu.

Fl-aħħar mill-aħħar, dak li jgħodd mhuwiex kemm-il darba naqgħu, iżda kemm-il darba nerġgħu nqumu

DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL

  • Tikkonkludix li għax ma rnexxilekx darba jfisser li qatt mhu se jirnexxilek. Stenna li l-affarijiet mhux dejjem se jimxu ħarir int u tirsisti għall-mira tiegħek.

  • Iffoka fuq meta l-affarijiet marru tajjeb. Pereżempju, jekk qed tipprova ttejjeb il-mod kif tikkomunika mat-tfal tiegħek, staqsi lilek innifsek: ‘Meta kienet l-aħħar darba li ħassejtni rrid ngħajjat mat-tfal tiegħi, imma m’għajjatx? X’għamilt minflok? Kif nistaʼ nerġaʼ nagħmel l-istess?ʼ Mistoqsijiet bħal dawn jistgħu jgħinuk tkompli tibni fuq is-suċċessi tiegħek minflok tiffoka fuq id-diżappunti.

Tixtieq tkun taf kif il-prinċipji tal-Bibbja jistgħu jgħinuk f’aspetti oħra tal-ħajja, bħal kif tittratta mal-ansjetà, kif ikollok familja ferħana, u kif issib il-ferħ veru? Tkellem maʼ wieħed mix-Xhieda taʼ Ġeħova, jew żur il-Websajt tagħna, jw.org/mt.