Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Bis-​Saħħa taʼ Tbissima!

Bis-​Saħħa taʼ Tbissima!

ŻEWĠ tfajliet kienu mexjin flimkien fil-​Belt taʼ Baguio, il-​Filippini. Huma raw l-​aħwa bit-​trolley imma ma resqux viċin tiegħu. Helen, l-​oħt li kienet maġenb it-​trolley, tbissmitilhom. It-​tfajliet baqgħu għaddejjin, imma t-​tbissima taʼ Helen laqtithom.

Iktar tard, waqt li kienu fuq tal-​linja biex imorru d-​dar, mat-​triq raw Sala tas-​Saltna b’sinjal kbir tal-​jw.org. Huma ftakru li kienu raw dak is-​sinjal fuq it-​trolley. Għalhekk, niżlu minn fuq tal-​linja u marru jiċċekkjaw l-​iskeda tal-​laqgħat li jkun hemm f’dik is-​Sala tas-​Saltna.

Imbagħad, iż-​żewġ tfajliet attendew l-​ewwel laqgħa li kien hemm. U maʼ min taħseb li ltaqgħu meta daħlu fis-​Sala tas-​Saltna? Maʼ Helen! Huma mill-​ewwel ftakru li kienet il-​mara li tbissmitilhom. Helen qalet: “Malli ġew fuqi biex ikellmuni, inħsadt. Ħsibt li għamilt xi ħaġa ħażina.” Imma t-​tfajliet spjegaw lil Helen li huma kienu rawha bit-​trolley.

It-​tfajliet ħadu pjaċir fil-​laqgħa u ħassewhom komdi jitkellmu mal-​aħwa. Meta raw l-​aħwa jnaddfu s-​sala, huma riedu jgħinu. Waħda mit-​tfajliet m’għadhiex tgħix il-​Filippini, imma t-​tfajla l-​oħra bdiet tattendi l-​laqgħat u bdiet studju tal-​Bibbja, bis-​saħħa taʼ tbissima!