“Li tkun moħħok fl-ispirtu jfisser ħajja u paċi”
“Dawk li huma f’armonija maʼ l-ispirtu [jixħtu moħħhom] fuq l-affarijiet taʼ l-ispirtu.”—RUMANI 8:5.
1, 2. Il-Kristjani midlukin għala huma interessati f’Rumani kapitlu 8?
MATUL iż-żmien tat-Tifkira tal-mewt taʼ Ġesù għandu mnejn qrajt Rumani 8:15-17. Dawn il-versi jispjegaw kif il-Kristjani midlukin jafu li għandhom it-tama li jgħixu għal dejjem fis-sema. Rumani 8:1 jitkellem dwar il-midlukin bħala “dawk li qegħdin f’unjoni maʼ Kristu.” Imma Rumani kapitlu 8 japplika biss għall-midlukin? Jew jistaʼ wkoll jgħin lil dawk li jittamaw li jgħixu għal dejjem fuq l-art?
2 Rumani kapitlu 8 nkiteb l-aktar għall-midlukin. Huma jirċievu “l-ispirtu” bħala dawk ‘li qed jistennew bil-ħerqa l-adozzjoni bħala wlied, li jinħelsu mill-ġisem [fiżiku tagħhom].’ (Rumani 8:23) Fil-futur, se jkunu wlied Alla fis-sema. Ġeħova ħafer id-dnubiet tagħhom fuq il-bażi tal-fidwa. Hu ddikjarahom ġusti ħalli jkunu jistgħu jkunu wliedu.—Rumani 3:23-26; 4:25; 8:30.
3. Dawk li jittamaw li jgħixu għal dejjem fuq l-art għala għandhom ukoll jistudjaw Rumani kapitlu 8?
Rumani 4:20-22.) Illum, Ġeħova jistaʼ wkoll jikkunsidra ġusti lil dawk il-Kristjani leali li għandhom it-tama li jgħixu għal dejjem fuq l-art. Huma wkoll jistgħu jibbenefikaw mill-parir mogħti f’Rumani kapitlu 8.
3 Madankollu, iktar kmieni fil-ktieb tar-Rumani, Pawlu kiteb dwar raġel li ma kienx midluk imma li xorta kien ikkunsidrat ġust minn Ġeħova. Dan kien Abraham. Dar-raġel leali għex ħafna qabel ma Ġesù ta ħajtu bħala fidwa. (Aqra4. X’għandna nistaqsu lilna nfusna meta naqraw Rumani 8:21?
4 F’Rumani 8:21, insibu l-garanzija taʼ Ġeħova li d-dinja l-ġdida tiegħu se tiġi u li l-bnedmin se jinħelsu mid-dnub u l-mewt. Dal-vers jgħid li huma se jgawdu “l-libertà glorjuża taʼ wlied Alla.” Timmaġinak f’din id-dinja l-ġdida? Ejja niddiskutu x’għandna bżonn nagħmlu biex ngħixu hemm.
“LI TKUN MOĦĦOK FIL-LAĦAM”
5. Pawlu liema sitwazzjoni ddeskriva f’Rumani 8:4-13?
5 Aqra Rumani 8:4-13. Fit-tmien kapitlu tar-Rumani, Pawlu ddeskriva żewġ tipi differenti taʼ nies, dawk li jgħixu “skond il-laħam” u dawk li jgħixu “skond l-ispirtu.” Xi wħud jaħsbu li Pawlu kien qed jiddeskrivi dawk li ma kinux Kristjani u dawk li kienu. Imma hawnhekk Pawlu kien qed jikteb lill-Kristjani, dawk li kienu “msejħin biex ikunu qaddisin.” (Rumani 1:7) Allura kemm dawk li għexu “skond il-laħam” u kemm dawk li għexu “skond l-ispirtu” kienu Kristjani. Kif kienu differenti minn xulxin?
6, 7. (a) X’inhuma xi tifsiriet tal-kelma “laħam” fil-Bibbja? (b) Il-kelma “laħam” kif inhi użata f’Rumani 8:4-13?
6 Meta l-Bibbja tuża l-kelma “laħam,” tistaʼ tirreferi għal diversi affarijiet. Xi kultant tfisser il-laħam tal-ġisem fiżiku tagħna. (Rumani 2:28; 1 Korintin 15:39, 50) Tistaʼ tirreferi wkoll għal relazzjoni taʼ familja. Pereżempju, il-Bibbja tgħid “li skond il-laħam” Ġesù “ġie minn nisel David,” u Pawlu sejjaħ lil-Lhud ‘qrabatu skond il-laħam.’—Rumani 1:3; 9:3.
7 Allura, x’ried ifisser Pawlu meta tkellem dwar dawk li għexu “skond il-laħam” f’Rumani 8:4-13? Biex insibu t-tweġiba, nistgħu naraw Rumani 7:5. Hemmhekk Pawlu kiteb: “Meta konna f’armonija mal-laħam, il-passjonijiet midinbin li nkixfu mil-Liġi kienu qed jaħdmu fil-membri taʼ ġisimna.” Hawnhekk Pawlu spjega li n-nies li jgħixu “f’armonija mal-laħam” huma dawk li jkunu ffokati fuq u jsegwu x-xewqat midinba tagħhom, u li jagħmlu kulma jridu.
8. Pawlu għala wissa lill-Kristjani midlukin kontra li jgħixu “f’armonija mal-laħam”?
Rumani 16:17, 18; Filippin 3:18, 19; Ġuda 4, 8, 12) U għal xi żmien, kien hemm sitwazzjoni fil-kongregazzjoni taʼ Korintu fejn ħu kien qed ikollu relazzjoni immorali mal-“mara taʼ missieru.” (1 Korintin 5:1) B’mod ċar, dawk il-Kristjani tal-bidu kellhom bżonn it-twissija taʼ Pawlu dwar li jgħixu “f’armonija mal-laħam.”—Rumani 8:5, 6.
8 Pawlu għala wissa lill-Kristjani midlukin kontra li jgħixu “f’armonija mal-laħam”? U għala kull Kristjan illum għandu bżonn din it-twissija? Dan għaliex kwalunkwe qaddej leali t’Alla jistaʼ jibda jagħmel ix-xewqat tiegħu l-ħaġa prinċipali f’ħajtu. Pereżempju, Pawlu kiteb li xi aħwa rġiel f’Ruma kienu lsiera “taʼ żaqqhom stess.” B’dan forsi ried ifisser li s-sess, l-ikel, jew pjaċiri oħra kienu l-iktar affarijiet importanti f’ħajjithom. (9. Rumani 8:6 dwar xiex mhux qed jitkellem?
9 Din it-twissija tgħodd għal-lum ukoll. Anke persuna li tkun ilha taqdi lil Ġeħova għal ħafna snin tistaʼ tibda tgħix “f’armonija mal-laħam.” Allura, kien Pawlu qed jgħid li m’għandna qatt naħsbu dwar affarijiet bħall-ikel, l-impjieg, ir-rikreazzjoni, jew ir-romantiċiżmu? Dażgur li le. Dawn huma affarijiet normali fil-ħajja. Anke Ġesù gawda l-ikel u temaʼ lil oħrajn. Ukoll irrealizza li kellu bżonn il-mistrieħ. U Pawlu kiteb li r-relazzjonijiet sesswali għandhom post importanti fiż-żwieġ.
10. Xi tfisser l-espressjoni “li tkun moħħok” f’xi ħaġa?
10 X’ried ifisser Pawlu bl-espressjoni “li tkun moħħok” f’xi ħaġa? Il-kelma Griega li Pawlu uża tirreferi għal li tiffoka l-ħsibijiet u l-pjanijiet kollha tiegħek fuq xi ħaġa. Studjuż jispjega li din l-espressjoni tirreferi għal dawk li “huma l-iżjed interessati fix-xewqat egoistiċi tagħhom, jitkellmu l-ħin kollu dwarhom,” u jiffokaw l-iktar fuqhom. Huma jħallu dawn ix-xewqat jikkontrollaw il-mod kif jgħixu.
X’inhu l-interess prinċipali f’ħajjitna?
11. X’inhuma xi affarijiet li jistgħu jsiru importanti wisq għalina?
11 Il-Kristjani f’Ruma kellhom bżonn jeżaminaw lilhom infushom u jaraw fuq xiex kien moħħhom. Kien fuq “l-affarijiet tal-laħam”? Illum, aħna wkoll għandna bżonn naħsbu dwar x’inhu l-iktar importanti għalina. Dwar xiex inħobbu nitkellmu l-iktar? Xi nħobbu nagħmlu verament? Xi wħud forsi jirrealizzaw li l-ħin kollu jaħsbu dwar li jipprovaw tipi differenti taʼ nbid, iżejnu djarhom, jixtru ħwejjeġ ġodda, jinvestu l-flus, jew jippjanaw vaganzi. Dawn l-affarijiet mhumiex ħżiena. Jistgħu jkunu affarijiet normali f’ħajjitna. Pereżempju, anke Ġesù pprovda l-inbid waqt tieġ, u Pawlu ssuġġerixxa lil Timotju biex jieħu “naqra nbid” minħabba saħħtu. (1 Timotju 5:23; ) Imma l-inbid ma kienx l-iktar ħaġa importanti f’ħajjithom. Xi ngħidu għalina? X’inhu l-interess prinċipali f’ħajjitna? Ġwanni 2:3-11
12, 13. Għala għandna noqogħdu attenti fuq xiex niffokaw?
12 Pawlu wissa: “Li tkun moħħok fil-laħam ifisser mewt.” (Rumani 8:6) X’ried ifisser b’dan? Jekk ngħixu “f’armonija mal-laħam,” nistgħu nitilfu r-relazzjoni li għandna maʼ Ġeħova issa u l-ħajja tagħna fil-futur. Imma dan m’għandux għalfejn jiġri. Persuna tistaʼ tinbidel. Tiftakru r-raġel immorali f’Korintu li kellu jiġi maqtugħ mis-sħubija? Hu nbidel u waqaf isegwi x-xewqat immorali li kellu. Għal darb’oħra, beda jaqdi lil Ġeħova b’mod nadif.—2 Korintin 2:6-8.
13 Dar-raġel kien eżempju estrem taʼ li ngħixu “f’armonija mal-laħam,” u minkejja dan anke hu setaʼ jinbidel. Għalhekk, jekk Kristjan illum beda jsegwi x-xewqat midinba tiegħu minflok il-livelli taʼ Ġeħova, anke hu jistaʼ jinbidel. Li niftakru fit-twissija taʼ Pawlu jistaʼ jimmotivana nagħmlu kwalunkwe bidla meħtieġa.
“LI TKUN MOĦĦOK FL-ISPIRTU”
14, 15. (a) Pawlu fuq xiex issuġġerixxa li nitfgħu moħħna? (b) “Li tkun moħħok fl-ispirtu” x’ma jfissirx?
14 Wara li Pawlu tkellem dwar il-perikli taʼ “li tkun moħħok fil-laħam,” hu spjega: “Li tkun moħħok fl-ispirtu jfisser ħajja u paċi.” Xi premju meraviljuż jistaʼ jkollna!
15 Imma “li tkun moħħok fl-ispirtu” ma jfissirx li ma tkunx qed tgħix f’dinja. Ma jfissirx li xi ħadd jaħseb u jitkellem dwar Ġeħova jew il-Bibbja biss. Pereżempju, il-qaddejja t’Alla fl-ewwel seklu għexu ħajja normali. Huma gawdew ikel u xorb, iżżewġu, rabbew familji, u kellhom xogħlijiet.—Marku 6:3; 1 Tessalonikin 2:9.
L-iktar ħaġa importanti fil-ħajja taʼ Pawlu kienet li jaqdi lil Alla
16. X’kienet l-iktar ħaġa importanti fil-ħajja taʼ Pawlu?
16 Imma Pawlu u Kristjani oħrajn tal-bidu ma ħallewx dawn l-attivitajiet normali jsiru l-iktar affarijiet importanti f’ħajjithom. Pereżempju, aħna nafu li Pawlu qalaʼ l-għajxien tiegħu billi jagħmel it-tined. Imma dan ix-xogħol ma kienx l-iktar ħaġa importanti f’ħajtu. L-iktar ħaġa importanti fil-ħajja taʼ Pawlu kienet li jaqdi lil Alla. Pawlu kien iffokat fuq ix-xogħol tal-ippritkar u t-tagħlim. (Aqra Atti 18:2-4; 20:20, 21, 34, 35.) L-aħwa rġiel u nisa f’Ruma kellhom bżonn jimitaw lil Pawlu, u anke aħna.—Rumani 15:15, 16.
17. X’inhuma l-benefiċċji taʼ ‘li nkunu moħħna fl-ispirtu’?
17 Kif tkun ħajjitna jekk niffokaw fuq li naqdu lil Ġeħova? Rumani 8:6 jgħid: “Li tkun moħħok fl-ispirtu jfisser ħajja u paċi.” Li nagħmlu dan jinkludi li nħallu ’l moħħna jiġi gwidat bl-ispirtu taʼ Ġeħova u li nitgħallmu naħsbu kif jaħseb hu. Ġeħova jwegħedna ħajja ferħana u sodisfaċenti issa u ħajja taʼ dejjem fil-futur.
Grazzi għal Ġeħova, aħna jistaʼ jkollna paċi tal-moħħ vera
18. Kif jistaʼ jkollna l-paċi meta ‘nkunu moħħna fl-ispirtu’?
18 X’ried ifisser Pawlu meta qal ‘li nkunu moħħna fl-ispirtu’ jistaʼ jġibilna l-paċi? Kulħadd irid il-paċi, speċjalment paċi tal-moħħ, imma ftit li xejn isibuha. Grazzi għal Ġeħova, aħna jistaʼ jkollna paċi tal-moħħ vera. Jistaʼ jkollna l-paċi wkoll maʼ dawk fil-familja tagħna u dawk fil-kongregazzjoni. Ladarba aħna imperfetti, kultant se jkollna problemi maʼ ħutna. Meta jiġri hekk, aħna nsegwu l-parir taʼ Ġesù: “Agħmel paċi maʼ ħuk.” (Mattew 5:24) Ftakar li ħutek ukoll jaqdu lil Ġeħova, “l-Alla li jagħti l-paċi.”—Rumani 15:33; 16:20.
19. Liema tip taʼ paċi unika nistgħu ngawdu?
19 Jekk ‘inkunu moħħna fl-ispirtu,’ se jkollna wkoll il-paċi m’Alla. Il-profeta Isaija kiteb: “Dak li l-inklinazzjoni taʼ qalbu hija soda int [Ġeħova] se tħarsu f’paċi kontinwa, għax jafda fik.”—Isaija 26:3; aqra Rumani 5:1.
20. Għala int grat għall-parir taʼ Rumani kapitlu 8?
20 Kemm jekk nittamaw li ngħixu għal dejjem fis-sema jew fuq l-art, ilkoll kemm aħna nistgħu nibbenefikaw mill-kliem mimli għerf li jinsab f’Rumani kapitlu 8. Aħna grati li l-Bibbja tinkuraġġina biex niffokaw fuq li naqdu lil Ġeħova milli fuq ix-xewqat tagħna. Aħna nafu li billi ‘nkunu moħħna fl-ispirtu,’ jistaʼ jkollna premju meraviljuż. Pawlu kiteb: “L-għotja li jagħti Alla hi l-ħajja taʼ dejjem bi Kristu Ġesù, il-Mulej tagħna.”—Rumani 6:23.