ARTIKLU GĦALL-ISTUDJU 10
Il-Kongregazzjoni Kollha Tistaʼ Tgħin Student Jasal għall-Magħmudija
“Kull membru . . . jgħin biex il-ġisem jaħdem sew.” —EFES. 4:16, nwt-E.
GĦANJA 85 Ilqgħu lil xulxin
ĦARSA BIL-QUDDIEM *
1-2. Min jistaʼ jgħin lil student biex jagħmel progress u jasal għall-magħmudija?
“KONT qed nieħu pjaċir b’dak li kont qed nitgħallem mill-Bibbja,” tgħid Amy, li tgħix Fiġi. “Kont naf li kienet il-verità, imma dak li għenni nagħmel bidliet u nasal għall-magħmudija kien meta bdejt inqattaʼ l-ħin mal-aħwa.” Dak li qalet Amy jgħallimna xi ħaġa importanti: Meta student tal-Bibbja jirċievi l-għajnuna mingħand l-aħwa fil-kongregazzjoni, hemm iktar ċans li jagħmel progress biex jasal għall-magħmudija.
2 Kull pubblikatur jistaʼ jgħin biex uħud ġodda jsiru parti mill-kongregazzjoni. (Efes. 4:16) Pijuniera li jisimha Leilani u li tgħix Vanuatu tgħid: “Spiss jgħidu li biex trabbi tifel, hemm bżonn l-għajnuna tan-nies tar-raħal kollu. U jien naħseb li anki biex nagħmlu dixxipli. Biex xi ħadd jiġi fil-verità, hemm bżonn l-għajnuna tal-kongregazzjoni kollha.” Il-membri tal-familja, il-ħbieb, u l-għalliema għandhom irwol biex jgħinu tifel jagħmel progress u jsir adult. Huma jagħmlu dan billi jinkuraġġixxu lit-tifel u jgħallmuh lezzjonijiet importanti. Bl-istess mod, l-aħwa fil-kongregazzjoni jistgħu jagħtu pariri, jinkuraġġixxu, u jkunu t’eżempju għall-istudent tal-Bibbja, u b’hekk jgħinuh biex jagħmel progress u jasal għall-magħmudija.—Prov. 15:22.
3. X’nitgħallmu minn dak li qalu dawn l-aħwa?
3 Għala l-ħu jew l-oħt li tikkonduċi l-istudju tal-Bibbja għandha tkun ferħana meta l-aħwa fil-kongregazzjoni * li huwa pijunier speċjali u jaqdi wkoll fil-Moldova, jgħid, “Spiss, l-aħwa jgħidu xi ħaġa li tmiss qalb l-istudent, li lili lanqas biss tkun għaddietli minn moħħi.” Leilani ssemmi xi ħaġ’oħra, “Meta l-istudent jara li l-aħwa jħobbuh u jieħdu ħsiebu se jinduna li aħna l-poplu taʼ Ġeħova.”—Ġw. 13:35.
jgħinu lill-istudent? Pijuniera speċjali li tgħix fil-Moldova, jisimha Ana, tgħid, “Student tal-Bibbja għandu bżonn ħafna għajnuna. Għalhekk, huwa diffiċli biex l-għalliem tiegħu jipprovdilu dak kollu li jkollu bżonn.” Daniel,4. X’se niddiskutu f’dan l-artiklu?
4 Imma forsi tistaqsi, ‘Kif nistaʼ ngħin lil student tal-Bibbja jagħmel progress meta jien mhux l-għalliem tiegħu?’ Ejja naraw x’nistgħu nagħmlu meta xi ħadd jistidinna biex immorru fuq studju miegħu u x’nistgħu nagħmlu meta student tal-Bibbja jibda jattendi l-laqgħat. Se naraw ukoll kif l-anzjani jistgħu jgħinu biex student tal-Bibbja jagħmel progress u jasal għall-magħmudija.
META TMUR FUQ STUDJU TAL-BIBBJA
5. X’għandek tagħmel meta tkun mistieden biex tmur fuq studju tal-Bibbja?
5 Waqt studju tal-Bibbja, hija r-responsabbiltà tal-għalliem li l-istudent jifhem dak li tgħallem il-Bibbja. Jekk l-għalliem jistiednek biex tmur miegħu fuq studju, ftakar li l-irwol tiegħek hu li tgħinu. (Ekk. 4:9, 10) Imma, x’tistaʼ tagħmel biex tkun t’għajnuna waqt studju tal-Bibbja?
6. Meta tkun sejjer fuq studju, kif tistaʼ tapplika l-prinċipju li hemm fi Proverbji 20:18?
6 Ipprepara għall-istudju. L-ewwel, staqsi lill-għalliem biex jgħidlek xi affarijiet dwar l-istudent. (Aqra Proverbji 20:18.) Tistaʼ tistaqsih: “Hemm xi ħaġa li għandi nkun naf dwar l-istudent? X’se nistudjaw miegħu? Minn dan l-istudju, x’tixtiequ jitgħallem l-istudent? Hemm xi ħaġa li m’għandix nagħmel jew m’għandix ngħid waqt l-istudju? Kif nistaʼ ninkuraġġixxi lill-istudent biex jagħmel progress?” Bla dubju, l-għalliem mhux ħa jgħidlek informazzjoni kunfidenzjali, imma dak li jgħidlek jistaʼ jkun t’għajnuna. Joy, li hija missjunarja, titkellem dwar dawn l-affarijiet maʼ dawk li jmorru fuq studju magħha. Hi tgħid: “Din l-informazzjoni tgħinhom biex jinteressaw ruħhom u jkunu jafu kif jistgħu jgħinu lill-istudent.”
7. Għala għandek bżonn tipprepara meta tmur fuq studju maʼ xi ħadd ieħor?
7 Jekk tiġi mistieden biex tmur fuq studju, ikun tajjeb li tipprepara minn Esd. 7:10) Daniel, il-ħu li semmejna qabel, jgħid: “Jien napprezza meta dawk li jiġu miegħi jippreparaw għall-istudju, għax b’hekk joħorġu punti tajbin.” Barra minn hekk, l-istudent x’aktarx se jinnota li t-tnejn preparajtu għall-istudju, u dan se jħalli effett tajjeb fuqu. Jekk forsi ma jkollokx ħin biex tipprepara l-istudju kollu, ikun tajjeb li tgħaddi l-punti prinċipali.
qabel. (8. X’għandek tagħmel biex it-talba waqt studju tal-Bibbja tmiss qalb l-istudent?
8 It-talb huwa parti importanti mill-istudju. Għalhekk, aħseb x’se tgħid jekk l-għalliem li jikkonduċi l-istudju jgħidlek biex tgħid it-talba. B’hekk, meta tgħid it-talba, x’aktarx se tmisslu qalbu. (Salm 141:2) Hannah, li tgħix fil-Ġappun, għadha tiftakar it-talb li kienet tgħid oħt meta kienet tmur fuq l-istudju tagħha. Hi tgħid: “Mit-talb tagħha ndunajt li hi kellha ħbiberija maʼ Ġeħova, u jien ridt inkun bħalha. U meta kienet issemmi ismi fit-talb, kont nistaʼ nara li verament tħobbni.”
9. Skont Ġakbu 1:19, x’tistaʼ tagħmel biex tkun t’għajnuna waqt studju tal-Bibbja?
9 Għin lill-għalliem waqt l-istudju. Omar, pijunier speċjali fin-Niġerja, jgħid: “Xi ħadd li jkun t’għajnuna waqt l-istudju huwa wieħed li jismaʼ. Hu ma jitkellimx ħafna għax jaf li l-għalliem għandu r-responsabbiltà li jikkonduċi l-istudju.” Imma kif se tkun taf meta għandek titkellem u x’se tgħid? (Prov. 25:11) Oqgħod attent waqt li l-għalliem u l-istudent ikunu qed jitkellmu. (Aqra Ġakbu 1:19.) Imbagħad se titkellem xħin ikun hemm il-bżonn. Bla dubju, għandek taħseb sew qabel titkellem. Pereżempju, inti m’għandekx titkellem ħafna, twaqqaf l-għalliem waqt li jkun qed jispjega xi ħaġa, u mhux se taqbeż fuq suġġett ieħor. Imma b’kumment qasir, eżempju jew mistoqsija, tkun tistaʼ tgħin lill-istudent jifhem il-punt aħjar. Xi kultant forsi tħoss li ma tantx għandek xi żżid dwar is-suġġett. Imma jekk tfaħħar lill-istudent u turi interess personali fih, tkun qed tagħmel biżżejjed biex tgħinu jagħmel progress.
10. L-esperjenza tiegħek kif tistaʼ tgħin lill-istudent tal-Bibbja?
10 Aqsam l-esperjenza tiegħek magħhom. Jekk taħseb li tistaʼ tgħin lill-istudent, għidlu fil-qosor kif sibt il-verità, kif għelibt xi sfida, jew kif Ġeħova għenek. (Salm 78:4, 7) Dan jistaʼ jkun dak li l-istudent ikollu bżonn jismaʼ. Tistaʼ ssaħħaħlu l-fidi tiegħu u tinkuraġġih biex ikompli jagħmel progress u jasal għall-magħmudija. U tistaʼ tgħinu wkoll jegħleb prova li jkun qed jiffaċċja. (1 Pt. 5:9) Gabriel, li jgħix fil-Brażil u issa qed jaqdi bħala pijunier, jiftakar dak li għenu meta kien qed jistudja l-Bibbja. Hu jgħid: “Meta smajt l-esperjenzi tal-aħwa, jien tgħallimt li Ġeħova jkun qed jara dak li nkunu għaddejjin minnu. U jekk huma rnexxielhom jegħlbu l-problemi tagħhom, jien se jirnexxili wkoll.”
META L-ISTUDENT JATTENDI L-LAQGĦAT
11-12. L-istudenti li jattendu għal-laqgħat għala għandna nilqgħuhom mill-qalb?
11 Biex student tal-Bibbja jagħmel progress u jasal għall-magħmudija, hu għandu jattendi l-laqgħat b’mod regolari u jibbenefika minnhom. (Ebr. 10:24, 25) X’aktarx, l-ewwel darba jattendi għax ikun stiednu l-għalliem tiegħu. Imma meta jiġi, ilkoll kemm aħna nistgħu ninkuraġġuh biex jibqaʼ jattendi l-laqgħat. B’liema modi nistgħu nagħmlu dan?
12 Ilqaʼ lill-istudenti mill-qalb. (Rum. 15:7) Jekk l-istudent iħossu komdu meta jattendi l-laqgħat, x’aktarx li se jkun irid jibqaʼ jattendi. Laqqgħu m’aħwa oħrajn, imma ġġegħlux iħossu skomdu. Jekk l-għalliem tiegħu jkun għadu ma wasalx jew forsi jkun qed jagħmel xi ħaġ’oħra, tkellem miegħu. Meta jkun qed jitkellem, agħti kas dak li qed jgħid u uri interess personali fih. Dan kif jistaʼ jaffettwa lill-istudent? Innota l-esperjenza taʼ Dmitrii, li tgħammed ftit tas-snin ilu u issa qed jaqdi bħala qaddej ministerjali. Meta jiftakar fl-ewwel laqgħa li attenda, hu jgħid: “Ħu nduna li jien kont qed niddejjaq nidħol waħdi fis-Sala tas-Saltna, u daħal miegħi. Ħafna aħwa ġew fuqi biex ikellmuni. Ma kontx qed nistennieha! Jien tant ħadt pjaċir li xtaqt li jkun hemm laqgħa kuljum. Qatt ma kont esperjenzajt xi ħaġa bħal din.”
13. L-eżempju tiegħek kif jistaʼ jaffettwa lil student tal-Bibbja?
13 Kun t’eżempju tajjeb. L-eżempju tajjeb tiegħek jistaʼ jgħin lill-istudent biex ikun ċert li aħna Kristjani veri. (Mt. 5:16) Victor, li issa qed jaqdi bħala pijunier fil-Moldova, jgħid: “Jien innotajt kif l-aħwa fil-kongregazzjoni jgħixu, jaħsbuha, u jaġixxu. Dan ikkonvinċieni li x-Xhieda taʼ Ġeħova għandhom ir-reliġjon vera.”
14. L-eżempju tiegħek kif jistaʼ jgħin lil xi ħadd biex ikompli jagħmel progress?
14 Qabel ma jasal għall-magħmudija, l-istudent għandu bżonn japplika dak li jkun qed jitgħallem. Dan mhux dejjem faċli. Imma meta student se jara kemm ibbenefikajt int meta applikajt il-pariri tal-Bibbja, se jkun irid jimitak. (1 Kor. 11:1) Innota l-esperjenza taʼ Hannah, li ssemmiet qabel. Hi tgħid: “L-aħwa kienu ġa qed jagħmlu l-affarijiet li jien kont qed nitgħallem. Jien rajt kif nistaʼ ninkuraġġixxi lil oħrajn, naħfer, u nuri mħabba. Huma qatt ma kienu jitkellmu negattiv dwar oħrajn. U jien xtaqt li nkun bħalhom.”
15. Skont Proverbji 27:17, għala huwa importanti li nsiru ħbieb tal-istudenti li jibdew jattendu l-laqgħat?
15 Sir ħabib tal-istudenti. Hekk kif student ikompli jattendi l-laqgħat, ibqaʼ uri interess personali fih. (Flp. 2:4) Tistaʼ tipprova ssir tafu aħjar. Tistaʼ tgħidlu proset tal-progress li qed jagħmel. Tistaʼ titkellem miegħu dwar l-istudju tal-Bibbja, il-familja tiegħu, u x-xogħol. Dawn il-konversazzjonijiet jistgħu jgħinukom biex issiru ħbieb sew. Meta ssir ħabib taʼ student tkun qed tgħinu biex jagħmel progress u jasal għall-magħmudija. (Aqra Proverbji 27:17.) Hannah, li issa hija pijuniera regulari, tiftakar meta bdiet tattendi l-laqgħat. Hi tgħid: “Hekk kif bdejt nagħmel ħbieb fil-kongregazzjoni, bdejt inħares ’il quddiem biex immur il-laqgħat, u anki meta kont inħossni għajjiena kont immur. Bdejt nieħu pjaċir bil-kumpanija taʼ dawn il-ħbieb u dan għenni biex naqtaʼ l-ħbieb li kelli. Jien xtaqt li nsir ħabiba taʼ Ġeħova u tal-aħwa. Għalhekk, iddeċidejt li nitgħammed.”
16. X’tistaʼ tagħmel iktar biex tgħin lill-istudent tal-Bibbja jħossu parti mill-kongregazzjoni?
16 Hekk kif l-istudent ikompli jagħmel il-bidliet, għinu biex iħossu parti mill-kongregazzjoni. Tistaʼ tagħmel dan billi tkun ospitabbli miegħu. (Ebr. 13:2) Denis, li jgħix il-Moldova, jiftakar fiż-żmien meta hu kien jistudja. Hu jgħid: “Jien u l-mara tiegħi kemm-il darba konna mistidnin biex inqattgħu l-ħin mal-aħwa. Huma rrakkontawlna kif Ġeħova għenhom. Dan inkuraġġiena ħafna u kkonvinċiena biex naqdu lil Ġeħova, u li jekk nagħmlu hekk kien se jkollna ħajja mill-isbaħ.” Meta l-istudent tal-Bibbja jsir pubblikatur, tistaʼ tistiednu wkoll joħroġ miegħek fuq il-ministeru. Diego, ħu mill-Brażil, jgħid: “Ħafna aħwa kienu jistidnuni biex immur magħhom fuq il-ministeru. Dan huwa l-aħjar mod biex lill-aħwa ssir tafhom aħjar. Ukoll, għenni biex nitgħallem ħafna u nersaq eqreb taʼ Ġeħova u Ġesù.”
L-ANZJANI KIF JISTGĦU JGĦINU?
17. L-anzjani kif jistgħu jgħinu lill-istudenti tal-Bibbja?
17 Sib il-ħin għall-istudenti tal-Bibbja. Anzjani, meta turu interess u mħabba lejn l-istudenti tal-Bibbja, tistgħu tgħinuhom biex jagħmlu progress u jaslu
għall-magħmudija. Qabel jew wara l-laqgħa, tistaʼ titkellem ftit magħhom? Meta tiftakar x’jisimhom, speċjalment meta jagħmlu xi kumment, huma se jaraw li inti jinteressak minnhom. Tistaʼ ssib il-ħin biex tmur maʼ pubblikatur li qed jikkonduċi studju tal-Bibbja? Tistaʼ tkun t’għajnuna għall-istudent iktar milli taħseb int. Pijuniera jisimha Jackie, li tgħix fin-Niġerja, tgħid: “Ħafna studenti tal-Bibbja jibqgħu sorpriżi meta jsiru jafu li l-ħu li kien miegħi għall-istudju huwa anzjan. Student tal-Bibbja qal: ‘Il-qassis żgur li mhux se jagħmel hekk. Hu jmur jara lil dawk li huma sinjuri, u biss jekk jagħtuh xi ħaġa tal-flus!’” Dan l-istudent issa qed jattendi l-laqgħat.18. L-anzjani kif jistgħu japplikaw il-kliem li nsibu f’Atti 20:28?
18 Ittrennja u inkuraġġixxi lill-għalliema tal-Bibbja. Anzjani, intom għandkom ir-responsabbiltà biex tgħinu lill-pubblikaturi jsiru effettivi fil-ministeru u għalliema tajbin. (Aqra Atti 20:28.) Meta xi ħadd ma jħossux komdu jikkonduċi studju tal-Bibbja għax ikun hemm inti, offri li tagħmel l-istudju int. Jackie, li ssemmiet qabel, tgħid: “L-anzjani spiss jistaqsuni dwar l-istudenti tal-Bibbja tiegħi. Meta niffaċċja xi sfida biex nikkonduċi l-istudju tal-Bibbja, huma jagħtuni pariri tajbin.” L-anzjani jistgħu jagħmlu ħafna biex jinkuraġġixxu lil dawk li għandhom studju tal-Bibbja. (1 Tess. 5:11) Jackie tkompli tgħid: “Jien nieħu pjaċir meta jinkuraġġuni u jgħiduli li japprezzaw ħafna x-xogħol li nagħmel. Kliem bħal dan inħossu jagħtini s-saħħa. Il-kliem inkuraġġanti tagħhom jgħinni niftakar li jien qed nagħmel xogħol tajjeb mal-istudenti tal-Bibbja, u dan iġibli ħafna ferħ.”—Prov. 25:25.
19. Kull wieħed u waħda minna kif jistaʼ jkun ferħan?
19 Anki jekk bħalissa m’għandniex studju tal-Bibbja, xorta nistgħu ngħinu lil xi ħadd jagħmel progress u jasal għall-magħmudija. Mingħajr ma nitkellmu ħafna, bil-kummenti preparati tagħna nistgħu ngħinu lill-għalliem waqt l-istudju. Meta l-istudenti jiġu s-Sala tas-Saltna, nistgħu nkunu l-ħbieb tagħhom u t’eżempju tajjeb għalihom ukoll. U l-anzjani jistgħu jinkuraġġixxu lill-istudenti billi jsibu l-ħin għalihom u lill-għalliema billi jittrennjawhom u jfaħħruhom tax-xogħol li għamlu. Kemm nieħdu pjaċir meta nagħmlu xi ħaġa, anki jekk tkun żgħira, biex xi ħadd isir iħobb u jaqdi lil Ġeħova!
GĦANJA 79 Għallimhom iżommu sod