Agħti unur lil min jistħoqqlu
“Lil Dak li qiegħed bil-qiegħda fuq it-tron u lill-Ħaruf ikunu l-barka u l-unur u l-glorja u s-setgħa għal dejjem.”—RIVELAZZJONI 5:13.
1. Xi nies għala għandu mnejn jistħoqqilhom unur, u x’se nitgħallmu f’dan l-artiklu?
AĦNA kif nonoraw lin-nies? Nagħmlu dan billi nagħtuhom attenzjoni speċjali u nuruhom rispett. Ġeneralment, nonoraw lil dawk li jkunu għamlu xi ħaġa li għaliha jistħoqqilhom unur jew lil dawk li għandhom inkarigu jew pożizzjoni importanti. F’dan l-artiklu se nitgħallmu lil min għandna nonoraw u għala.
2, 3. (a) Ġeħova għala speċjalment jistħoqqlu unur? (Ara l-ewwel stampa.) (b) Min hu l-Ħaruf imsemmi f’Rivelazzjoni 5:13, u għala għandna nonorawh?
2 Rivelazzjoni 5:13 jgħid li “Dak li qiegħed bil-qiegħda fuq it-tron” u “l-Ħaruf” jistħoqqilhom unur. “Dak li qiegħed bil-qiegħda fuq it-tron” jirreferi għal Ġeħova. F’Rivelazzjoni kapitlu 4, il-ħlejjaq fis-sema jagħtuna raġuni waħda għala Ġeħova, “Dak li jgħix għal dejjem taʼ dejjem,” jistħoqqlu jkun onorat. Huma jgħidu: “Int jistħoqqlok, Ġeħova, Alla tagħna, li tirċievi l-glorja u l-unur u l-qawwa, għax int ħlaqt l-affarijiet kollha, u bir-rieda tiegħek eżistew u nħolqu.”—Rivelazzjoni 4:9-11.
3 “Il-Ħaruf” imsemmi f’Rivelazzjoni 5:13 hu Ġesù Kristu. Kif nafu? Meta kien fuq l-art, Ġesù kien imsejjaħ “il-Ħaruf t’Alla li jneħħi d-dnub tad-dinja.” (Ġwanni 1:29) Liema sultan ieħor qatt kien lest li jmut minn jeddu bħala fidwa għas-sudditi tiegħu? Din ċertament hi raġuni tajba biex nonorawh. Ġesù jistħoqqlu unur għax “hu s-Sultan tas-slaten u s-Sid tas-sidien.” (1 Timotju 6:14-16) Forsi tħossok bħalma jħossuhom il-ħlejjaq fis-sema li jkantaw: “Il-Ħaruf li nqatel jistħoqqlu li jirċievi l-qawwa u r-rikkezzi u l-għerf u s-saħħa u l-unur u l-glorja u l-barka.”—Rivelazzjoni 5:12.
4. Għala jkun għaqli għalina li nonoraw lil Ġeħova u lil Kristu?
4 Ġwanni 5:22, 23 jgħid li Ġeħova ħatar lil Kristu bħala l-imħallef tal-bnedmin kollha. Din hi raġuni prinċipali għala għandna nonoraw lil Ġesù. U meta nagħmlu hekk, aħna nonoraw ukoll lil Ġeħova. Meta nagħżlu li nonoraw lil Ġesù u lil Missieru, aħna jistaʼ jkollna ħajja taʼ dejjem.—Aqra Salm 2:11, 12.
5. Il-bnedmin kollha għala jistħoqqilhom ammont t’unur u rispett?
5 Il-bnedmin kienu maħluqin “fix-xbieha t’Alla.” (Ġenesi 1:27) Dan ifisser li l-maġġoranza tan-nies għandhom l-abbiltà li juru kwalitajiet simili għal t’Alla. Pereżempju, il-bnedmin jistgħu juru mħabba, qalb tajba, u mogħdrija. Il-bnedmin inħalqu wkoll b’kuxjenza, li hi s-sens taʼ x’inhu tajjeb jew ħażin, onest jew diżonest, xieraq jew mhux xieraq. (Rumani 2:14, 15) Ħafna nies iħobbu affarijiet li huma nodfa u sbieħ u jridu jgħixu fil-paċi m’oħrajn. Dan mhux sorpriża, għax Ġeħova hu Alla taʼ ordni u paċi. Bla dubju, il-bnedmin kollha ġew maħluqin bl-abbiltà li jimitaw lil Ġeħova b’xi mod jew ieħor. Għal din ir-raġuni, jistħoqqilhom l-unur u r-rispett tagħna.—Salm 8:5.
URI UNUR BIL-MOD IT-TAJJEB
6, 7. Ix-Xhieda taʼ Ġeħova kif inhuma differenti minn ħafna nies meta jagħtu unur lil oħrajn?
6 Aħna nafu li nies oħrajn għandhom jiġu onorati, imma jistaʼ jkun diffiċli li nkunu nafu liema tip t’unur nagħtuhom u kemm nonorawhom. Dan għaliex il-maġġoranza tan-nies huma influwenzati ħafna mill-attitudnijiet tad-dinja taʼ Satana. Ħafna nies jagħmlu lil irġiel jew nisa idoli tagħhom. Minflok ma jagħtuhom unur u juruhom rispett bħalma ried Ġeħova, in-nies jagħtu wisq unur lil bnedmin oħrajn, billi jittrattawhom bħala allat. Għandu mnejn jimitaw il-kondotta, l-imġiba, u l-mod kif jilbsu mexxejja politiċi u reliġjużi, atleti, atturi famużi tal-films, u nies popolari oħra.
7 Kristjani veri jafu li jkun ħażin li jonoraw lil bnedmin sa dan il-punt. Mill-bnedmin kollha li qatt għexu, Ġesù biss ħalla eżempju perfett għalina x’nimitaw. (1 Pietru 2:21) Irridu niftakru li “kollha dinbu u jonqsu milli jilħqu l-glorja t’Alla.” (Rumani 3:23) L-ebda bniedem ma jistħoqqlu jkun meqjum. Meta nagħtu lil bnedmin unur iktar milli jmissna, dan idejqu lil Ġeħova.
8, 9. (a) Ix-Xhieda taʼ Ġeħova kif iqisuhom lill-uffiċjali tal-gvern? (b) Meta m’għandniex nobdu lill-uffiċjali?
8 Hemm xi nies li jistħoqqilhom l-unur jew ir-rispett tagħna minħabba l-pożizzjoni li għandhom. Pereżempju, aħseb dwar l-uffiċjali tal-gvern u dak li jagħmlu għalik. Huma jgħinu ħalli jżommu l-inħawi fejn noqogħdu protetti u jieħdu ħsieb il-bżonnijiet taċ-ċittadini tagħhom. Hemm ħafna benefiċċji mix-xogħol li jagħmlu. L-appostlu Pawlu qal li għandna nqisu lil dawn l-awtoritajiet tal-gvern bħala “awtoritajiet superjuri.” Hu qal ukoll li għandna nobdu l-liġijiet tagħhom: “Agħtu lil kulħadd dak li għandu jieħu, lil min jitlob it-taxxa, it-taxxa,” u “lil min jirrikjedi l-unur, l-unur.”—9 Bħala Xhieda taʼ Ġeħova, aħna nagħmlu kulma nistgħu ħalli nuru lill-uffiċjali tal-gvern li nirrispettawhom. Ovvjament, kull pajjiż għandu l-proċeduri tiegħu, allura dak li l-uffiċjali jistennew minna f’post wieħed jistaʼ jkun differenti minn dak li jistennew f’post ieħor. Xorta waħda, aħna nikkooperaw mal-uffiċjali tal-gvern waqt li jagħmlu xogħolhom. Madankollu, jekk ikunu jriduna nagħmlu xi ħaġa li twassalna biex ma nobdux lil Ġeħova, aħna ma nistgħux nagħmluha. F’dawn il-każijiet, aħna nobdu u nonoraw lil Ġeħova iktar mill-bniedem.—Aqra l-1 Pietru 2:13-17.
10. Il-qaddejja taʼ Ġeħova tal-passat kif ħallew eżempju tajjeb għalina llum?
10 Aħna nistgħu nitgħallmu mill-qaddejja taʼ Ġeħova tal-passat, li wrew unur lill-gvernijiet u lill-uffiċjali tagħhom. Ġużeppi u Marija huma eżempju tajjeb. Meta r-Rumani riedu jkunu jafu kemm kien hemm nies jgħixu fil-pajjiż, Ġużeppi u Marija vvjaġġaw lejn Betlem biex jirreġistraw avolja Marija kienet waslet biex twelled. (Luqa 2:1-5) L-appostlu Pawlu huwa eżempju ieħor taʼ xi ħadd li rrispetta mexxejja umani. Meta kien akkużat li għamel xi ħaġa ħażina, b’rispett iddefenda lilu nnifsu quddiem is-Sultan Erodi Agrippa u quddiem Festu, il-gvernatur tal-provinċja Rumana tal-Lhudija.—Atti 25:1-12; 26:1-3.
11, 12. (a) Aħna għala ma nagħtux unur speċjali lil mexxejja reliġjużi? (b) X’ġara meta Xhud Awstrijak wera rispett lejn politikant?
11 Xi ngħidu għall-mexxejja reliġjużi? Għandna nagħtuhom unur speċjali? Aħna nagħtuhom l-istess unur li nagħtu lil kwalunkwe persuna oħra. Imma jkun ħażin għalina li nagħtuhom unur speċjali, anke jekk jistennewh. Għala? Għax ir-reliġjon falza ma tgħallimx il-verità dwar Alla u l-Kelma tiegħu, il-Bibbja. Ġesù kkritika lill-għalliema reliġjużi foloz u sejħilhom ipokriti u mexxejja ħżiena. (Mattew 23:23, 24) Mill-banda l-oħra, ma jkunx ħażin li nuru rispett u unur speċjali lill-uffiċjali tal-gvern. Talli nagħmlu dan, huma xi drabi għenuna.
12 Uffiċjal minnhom kien Dr. Heinrich Gleissner, politikant Awstrijak. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, ġie arrestat min-Nazi. Meta tefgħuh fi trejn lejn kamp tal-konċentrament, iltaqaʼ maʼ Leopold Engleitner, Xhud żeluż mill-Awstrija. Ħuna Engleitner
b’rispett spjega t-twemmin tiegħu lil Dr. Gleissner, li qagħad jismaʼ b’attenzjoni. Meta spiċċat il-gwerra, Gleissner għal darba wara l-oħra uża l-pożizzjoni tiegħu biex jgħin lix-Xhieda fl-Awstrija. Int forsi taf b’eżempji oħra t’affarijiet tajbin li ġraw minħabba li Kristjani wrew rispett lejn uffiċjali tal-gvern.ONORA LIL OĦRAJN
13. Min speċjalment jistħoqqlu l-unur u r-rispett tagħna, u għala?
13 Ħutna rġiel u nisa jistħoqqilhom l-unur u r-rispett tagħna. Dan hu speċjalment minnu għal aħwa rġiel li qed jieħdu t-tmexxija, bħall-anzjani, l-indokraturi li jżuru l-kongregazzjonijiet, il-membri tal-Kumitati tal-Fergħa, u l-membri tal-Ġemgħa li Tiggverna. (Aqra l-1 Timotju 5:17.) Kollha kemm huma jieħdu ħsieb il-bżonnijiet tal-poplu t’Alla, u l-Bibbja tirreferi għalihom bħala “rġiel bħala għotjiet.” (Efesin 4:8) Allura, hi x’inhi n-nazzjonalità, l-edukazzjoni, il-qagħda soċjali jew finanzjarja tagħhom, jagħmel sens li nonorawhom u nirrispettawhom. Il-Kristjani tal-bidu ħallewlna eżempju tajjeb. Huma onoraw lill-irġiel li kienu jmexxu, u aħna nagħmlu l-istess illum. Meta nkunu maʼ dawn l-irġiel, ma nittrattawhomx bħallikieku huma anġli, jiġifieri, sovrumani. Imma aħna nirrispettawhom u nonorawhom għax-xogħol iebes u l-umiltà tagħhom.—Aqra t-2 Korintin 1:24; Rivelazzjoni 19:10.
14, 15. Anzjani Kristjani kif inhuma differenti minn ħafna mexxejja reliġjużi?
14 Anzjani bħal dawn huma bħal ragħajja Mattew 23:6, 7.
umli. Dawn ma jridux jiġu ttrattati bħala nies popolari. Allura huma differenti ferm minn ħafna mexxejja reliġjużi llum kif ukoll mill-mexxejja reliġjużi taʼ żmien Ġesù. Hu qal dwarhom: “Iħobbu l-iktar post prominenti fl-ikliet taʼ fil-għaxija u s-siġġijiet taʼ quddiem fis-sinagogi, u t-tislim fis-swieq.”—Meta l-anzjani jkunu umli u jobdu l-kliem taʼ Ġesù, ħuthom se jħobbuhom, jirrispettawhom, u jonorawhom
15 Anzjani Kristjani jobdu l-kliem taʼ Ġesù: “Tissejħux Rabbi, għax wieħed hu l-għalliem tagħkom, filwaqt li intom ilkoll aħwa. Barra minn hekk, issejħu lil ħadd missierkom fuq l-art, għax wieħed hu Missierkom, Dak tas-sema. U tissejħux ‘mexxejja,’ għax wieħed hu l-Mexxej tagħkom, il-Kristu. Imma l-akbar wieħed fostkom għandu jkun il-qaddej tagħkom. Kulmin jitgħolla jiġi umiljat, u kulmin jumilja ruħu jitgħolla.” (Mattew 23:8-12) Meta anzjani fil-kongregazzjonijiet madwar id-dinja jkunu umli u jobdu l-kliem taʼ Ġesù, ħuthom se jħobbuhom, jirrispettawhom, u jonorawhom.
16. Għala għandna nkomplu naħdmu iebes f’li nonoraw lil oħrajn?
16 Jistaʼ jiħdilna ż-żmien biex nitgħallmu kif nonoraw lil oħrajn. Dan kien minnu wkoll għall-Kristjani tal-bidu. (Atti 10:22-26; 3 Ġwanni 9, 10) Imma l-isforz hu taʼ min jagħmlu. Meta nonoraw lil oħrajn bil-mod li jridna Ġeħova, se nirċievu ħafna benefiċċji.
IL-BENEFIĊĊJI TAʼ LI NURU UNUR
17. X’inhuma xi benefiċċji taʼ li nuru unur lil nies li għandhom awtorità?
17 Meta nonoraw u nirrispettaw nies li għandhom awtorità fil-komunitajiet tagħna, hemm iktar ċans li huma jiddefendu d-dritt tagħna li nippritkaw. Ukoll, għandu mnejn ikollhom ħarsa pożittiva għax-xogħol tal-ippritkar tagħna. Hekk ġara ftit tas-snin ilu fil-Ġermanja meta pijuniera jisimha Birgit marret għall-gradwazzjoni tal-iskola taʼ bintha. L-għalliema qalu lil Birgit li kien il-pjaċir tagħhom li kellhom tfal tax-Xhieda fil-klassi matul is-snin. Huma ħassew li t-tfal tax-Xhieda għamlu l-iskola post aħjar. Birgit qaltilhom, “Uliedna jiġu mgħallma jimxu mal-livelli taʼ mġiba li jagħtina Alla, u dan jinkludi li jirrispettaw u jonoraw lill-għalliema.” Waħda għalliema qalet li kieku t-tfal kollha kienu bħax-Xhieda, kien ikun eħfef li tgħallem. Huma tant kellhom ħarsa pożittiva lejn it-tfal tax-Xhieda li xi ġimgħat wara, waħda mill-għalliema attendiet konvenzjoni.
18, 19. X’għandna niftakru meta nagħtu unur lill-anzjani?
18 Il-prinċipji li jinstabu fil-Kelma t’Alla jistgħu jgħinuna nifhmu kif nonoraw l-anzjani tal-kongregazzjoni. (Aqra Ebrej 13:7, 17.) Aħna nistgħu u għandna nfaħħruhom għax-xogħol iebes li jagħmlu. Meta nikkooperaw mad-direzzjoni li jagħtu, dan se jgħin lill-anzjani biex jaqdu bil-ferħ. Ukoll, il-Bibbja tgħid li għandna nimitaw il-fidi tagħhom. Imma dan ma jfissirx li għandna nipprovaw nimitaw bl-eżatt il-mod kif anzjan “prominenti” jilbes, jitkellem, u jgħallem. Li kieku kellna nagħmlu dan, jistaʼ jidher bħallikieku qed insegwu l-bnedmin minflok lill-Kristu. Aħna m’għandniex ninsew li l-anzjani huma imperfetti bħalna.
19 Meta nonoraw u nirrispettaw l-anzjani u ma nittrattawhomx bħal nies popolari, dan se jkun t’għajnuna għalihom. Kif? Se jkun iktar faċli għalihom biex jibqgħu umli u jevitaw li jaħsbu li huma aħjar minn oħrajn jew li dak li jagħmlu hu dejjem tajjeb.
20. Kif nibbenefikaw meta nonoraw lil oħrajn?
20 Li nonoraw lil oħrajn jgħinna nevitaw li nsiru egoisti u jgħinna nibqgħu umli meta ningħataw attenzjoni speċjali. Huwa taʼ protezzjoni wkoll għax jgħinna nevitaw li nitfixklu meta xi ħadd li nirrispettaw jagħmel xi ħaġa li tiddiżappuntana. Benefiċċju ieħor hu li jżommna magħqudin mal-organizzazzjoni taʼ Ġeħova. L-organizzazzjoni ma tagħti lil ebda bniedem unur żejjed kemm jekk jemmen u kemm jekk ma jemminx.
21. Liema hu l-iktar benefiċċju importanti taʼ li nuru unur lil oħrajn?
21 L-iktar benefiċċju importanti taʼ li nuru unur lil oħrajn hu li billi nagħmlu dan se nogħġbu lil Alla. Se nkunu qed nagħmlu dak li jridna nagħmlu u se nibqgħu leali lejh. Imbagħad, Ġeħova se jkun jistaʼ jagħti tweġiba lil Satana, li qal li ħadd ma jistaʼ jkun leali. (Proverbji 27:11) Il-maġġoranza tan-nies fid-dinja ma jafux kif jagħtu unur lil oħrajn bil-mod it-tajjeb. Aħna grati ferm li nafu kif nagħtu unur bil-mod kif irid Ġeħova!