Tirrispetta bil-kbir il-Ktieb taʼ Ġeħova?
‘Meta rċivejtu l-kelma t’Alla, . . . ilqajtuha . . . bħalma hi tassew, bħala l-kelma t’Alla.’—1 TESSALONIKIN 2:13.
1-3. (a) X’setaʼ ġara bejn Evodja u Sintike? (b) Kif jistgħu jiġu evitati problemi bħal dawn? (Ara l-ewwel stampa.)
AĦNA nqisu l-Bibbja taʼ valur kbir għaliex nafu li hija l-Ktieb t’Alla nnifsu. Il-Bibbja fiha pariri li jistgħu jgħinuna nevitaw il-problemi, u tistaʼ tikkoreġina meta niżbaljaw. Allura kif nirreaġixxu għall-pariri tagħha? Aħseb f’żewġ nisa li għexu fl-ewwel seklu u li kienu mill-midlukin, Evodja u Sintike. Il-Bibbja tgħid li argumentaw, imma ma tgħidilniex għala. Ejja nimmaġinaw x’setaʼ ġara.
2 Jistaʼ jkun li Evodja stiednet lil xi aħwa d-dar għall-ikel. Imma ma stidnitx lil Sintike. Iktar tard, meta Sintike semgħet lil oħrajn jgħidu kemm ħadu gost bl-ikla, irrabjat ħafna. Setgħet ħasbet: ‘Ma nistax nemmen li Evodja ma stidnitnix! Jien ħsibt li konna ħbieb tal-qalb.’ Sintike ħasset li Evodja ma kellhiex grazzja magħha u li din kienet qed tevitaha. Allura Sintike stiednet lill-istess nies għall-ikel imma ma stidnitx lil Evodja! Din is-sitwazzjoni setgħet saħansitra fixklet oħrajn fil-kongregazzjoni. Il-Bibbja turi li Pawlu Filippin 4:2, 3.
kkoreġa liż-żewġ aħwa nisa u inkuraġġiehom biex jagħmlu paċi. Huma għandhom mnejn semgħu minnu u komplew jaqdu lil Ġeħova bil-ferħ.—3 Illum, aħna wkoll kultant jistaʼ jkollna problema maʼ xi ħu jew oħt fil-kongregazzjoni tagħna. Imma jekk nieħdu l-parir tal-Bibbja, nistgħu nsolvu problemi bħal dawn. Fil-fatt, nistgħu saħansitra nevitawhom. U meta nobdu dak li tgħidilna l-Bibbja, nuru li tassew inqisu l-Ktieb taʼ Ġeħova taʼ valur.—Salm 27:11.
IL-BIBBJA TGĦALLIMNA NIKKONTROLLAW L-EMOZZJONIJIET TAGĦNA
4, 5. X’parir tagħtina l-Kelma t’Alla dwar li nikkontrollaw l-emozzjonijiet tagħna?
4 Mhuwiex dejjem faċli li nikkontrollaw l-emozzjonijiet tagħna. Għandu mnejn inħossuna mdejqin jew irrabjati ħafna jekk xi ħadd jinsultana jew jittrattana inġustament, forsi minħabba l-kultura tagħna, il-kulur tal-ġilda, jew il-mod kif nidhru. U nistgħu nweġġgħu saħansitra iktar jekk min jinsultana jew jittrattana ħażin ikun ħuna jew oħtna. Liema parir li jistaʼ jgħinna nsibu fil-Kelma t’Alla?
5 Ġeħova jaf x’jistaʼ jiġri meta l-bnedmin ma jikkontrollawx l-emozzjonijiet tagħhom. Meta nħossuna mifxulin jew irrabjati, forsi ngħidu jew nagħmlu xi ħaġa li iktar tard jiddispjaċina li għamilna. Fil-Bibbja, Ġeħova jgħallimna nikkontrollaw kif inħossuna u jgħidilna: “Tgħaġġilx biex tieħu għalik.” Ipprova aħseb kemm problemi nevitaw meta nobdu dan il-parir u ma nirrabjawx malajr! (Aqra Ekkleżjasti 7:9; Proverbji 16:32.) Il-Bibbja tgħidilna wkoll biex naħfru lil oħrajn. Fil-fatt, Ġesù qalilna li jekk ma naħfrux lil oħrajn, Ġeħova ma jaħfirx lilna. (Mattew 6:14, 15) Għandek bżonn tkun iktar paċenzjuż u iktar lest li taħfer lil oħrajn?
6. X’jistaʼ jiġri jekk ma nikkontrollawx l-emozzjonijiet tagħna?
6 Jekk ma nikkontrollawx l-emozzjonijiet tagħna, għandu mnejn nibqgħu nħossuna rrabjati u saħansitra nibdew inħossu mibegħda lejn xi ħadd. Jew forsi ninfluwenzaw lil xi ħadd fil-kongregazzjoni biex iħossu bħalna. Anke jekk nipprovaw naħbu r-rabja jew il-mibegħda tagħna, oħrajn fl-aħħar se jirrealizzaw kif inħossuna. Imbagħad ħutna għandhom mnejn iżommu ’l bogħod minna. (Proverbji 26:24-26) L-anzjani se jużaw il-Bibbja biex jipprovaw jgħinuna neħilsu mir-rabja u l-mibegħda u naħfru lil oħrajn. (Levitiku 19:17, 18; Rumani 3:11-18) Meta jagħmlu dan, se nobdu l-gwida tal-Ktieb taʼ Ġeħova?
ĠEĦOVA QED IMEXXINA
7, 8. (a) Ġeħova kif imexxi lill-poplu tiegħu? (b) Liema huma xi ftit mid-direzzjonijiet li nsibu fil-Bibbja, u għala għandna nobduhom?
7 Ġeħova jmexxi lil dawk li llum jagħmlu parti mill-organizzazzjoni tiegħu fuq l-art u jgħallimhom. Kif? Hu ħatar lil Kristu biex ikun “il-kap tal-kongregazzjoni,” u Kristu ħatar lill-“ilsir leali u għaqli” biex jgħallem u jidderieġi lill-poplu t’Alla. (Efesin 5:23; Mattew 24:45-47) L-istess bħall-ġemgħa li tiggverna fl-ewwel seklu, dan l-ilsir verament iqis il-Bibbja taʼ valur għaliex hi l-Kelma t’Alla. (Aqra l-1 Tessalonikin 2:13.) Liema huma xi ftit mid-direzzjonijiet li nsibu fil-Bibbja?
8 Il-Bibbja tidderiġina biex nattendu l-laqgħat regolarment. (Ebrej 10:24, 25) Tinkuraġġina lkoll biex nemmnu l-istess tagħlim tal-Bibbja. (1 Korintin 1:10) Ukoll, tgħidilna biex ‘nibqgħu infittxu l-ewwel is-saltna.’ (Mattew 6:33) Il-Bibbja tistruwina biex nippritkaw minn dar għal dar, f’postijiet pubbliċi, u kull fejn jistgħu jinstabu n-nies. (Mattew 28:19, 20; Atti 5:42; 17:17; 20:20) Hi tidderieġi lill-anzjani jżommu l-kongregazzjoni nadifa. (1 Korintin 5:1-5, 13; 1 Timotju 5:19-21) U tgħidilna li għandna nżommu ruħna ndaf u nevitaw ħsibijiet u drawwiet li Ġeħova jobgħod.—2 Korintin 7:1.
‘Se nkun leali lejn Ġesù u nsegwi d-direzzjoni tal-ilsir leali?’
9. Ġesù lil min ħatar biex jgħinna nifhmu l-Kelma t’Alla?
9 Xi wħud forsi jħossu li m’għandhom bżonn lil ħadd biex jispjegalhom il-Bibbja. Imma Ġesù ilu sa mill-1919 juża lill-“ilsir leali u għaqli” biex jgħin lin-nies t’Alla jifhmu x’tgħallem il-Bibbja u jsegwu dak li tgħid. Billi nobdu l-Bibbja, aħna nżommu l-kongregazzjoni nadifa, fil-paċi, u magħquda. Staqsi lilek innifsek, ‘Se nkun leali lejn Ġesù u nsegwi d-direzzjoni tal-ilsir leali?’
IL-KARRU TAʼ ĠEĦOVA GĦADDEJ B’ĦEFFA!
10. Il-ktieb t’Eżekjel kif jiddeskrivi l-parti tal-organizzazzjoni taʼ Ġeħova fis-sema?
10 Permezz tal-Bibbja nitgħallmu li l-qaddejja taʼ Ġeħova fis-sema huma organizzati wkoll. Pereżempju, Eżekjel ra viżjoni taʼ Ġeħova riekeb fuq karru li setaʼ jimxi b’ħeffa fi kwalunkwe direzzjoni li Ġeħova riedu jmur. (Eżekjel 1:4-28) Il-karru jirrappreżenta l-parti tal-organizzazzjoni t’Alla fis-sema, li mill-ewwel tobdi d-direzzjoni tiegħu. B’hekk, hi taffettwa l-parti tal-organizzazzjoni tiegħu fuq l-art. Aħseb fil-ħafna bidliet li saru fl-organizzazzjoni t’Alla fl-aħħar għaxar snin. Ftakar li Ġeħova jiggwida bidliet bħal dawn. Dalwaqt, Kristu u l-anġli se jeqirdu lil din id-dinja mill-agħar. Ħadd iżjed mhu se jiddiżonora lil Ġeħova u lil ismu jew jikkritika l-mod kif imexxi!
11, 12. X’kienet kapaċi tagħmel l-organizzazzjoni taʼ Ġeħova f’dawn l-aħħar jiem?
11 Ikkunsidra dak li l-organizzazzjoni taʼ Ġeħova kienet kapaċi tagħmel f’dawn l-aħħar jiem. Kostruzzjoni. Mijiet t’aħwa rġiel u nisa ħadmu iebes biex jibnu l-kwartieri ġenerali ġodda tax-Xhieda taʼ Ġeħova f’Warwick, New York, l-Istati Uniti tal-Amerika. Eluf taʼ volontieri oħra madwar id-dinja qed jibnu Swali tas-Saltna u uffiċċji tal-fergħa. Dawn il-volontieri huma mmexxijin mid-Dipartiment tal-Ippjanar u l-Kostruzzjoni Madwar id-Dinja. Kemm aħna grati għall-ħafna wħud li jaħdmu iebes ħafna fuq bini bħal dan! U l-qaddejja taʼ Ġeħova kullimkien jagħtu dak li jistgħu ħalli jgħinu fl-ispejjeż biex jinbnew dawn il-postijiet. Ġeħova jbierek lill-poplu tiegħu għall-umiltà u l-lealtà li juri.—Luqa 21:1-4.
12 Edukazzjoni. Ġeħova jħobb jeduka lin-nies tiegħu. (Isaija 2:2, 3) Aħseb fid-diversi skejjel li għandna. Hemm l-Iskola tas-Servizz taʼ Pijunier, l-Iskola għall-Evanġelizzaturi tas-Saltna, l-Iskola taʼ Gilegħad, l-Iskola għad-Dħul f’Betel, l-Iskola għall-Indokraturi li Jżuru l-Kongregazzjonijiet u n-Nisa Tagħhom, l-Iskola għall-Anzjani tal-Kongregazzjoni, l-Iskola tal-Ministeru tas-Saltna, u l-Iskola għall-Membri tal-Kumitati tal-Fergħa u n-Nisa Tagħhom. U fuq il-websajt tagħna, jw.org, nistgħu nsibu l-Bibbja u letteratura oħra b’mijiet taʼ lingwi. Ukoll, il-websajt għandha sezzjonijiet speċjali għat-tfal u l-familji kif ukoll sezzjoni bl-aħbarijiet. Qiegħed tuża l-jw.org fil-ministeru tiegħek u fil-qima bħala familja?
KUN LEALI LEJN ĠEĦOVA U APPOĠĠJA L-ORGANIZZAZZJONI TIEGĦU
13. X’responsabbiltà għandu l-poplu taʼ Ġeħova?
13 X’unur dan li nkunu parti mill-organizzazzjoni taʼ Ġeħova u li nkunu nafu x’jistenna minna! M’għandniex Salm 97:10) M’għandna qatt inkunu bħal dawk li jaħsbu li “t-tajjeb hu ħażin u l-ħażin hu tajjeb.” (Isaija 5:20) Aħna rridu nogħġbu lil Ġeħova, allura aħna determinati li nkunu nodfa b’kull mod. (1 Korintin 6:9-11) Dak li Ġeħova jgħidilna fil-Bibbja hu għall-ġid tagħna stess. Aħna nħobbuh u rridu nkunu leali lejh. Għalhekk insegwu l-gwida tiegħu fid-dar, fil-kongregazzjoni, fuq ix-xogħol, l-iskola, jew kull fejn nistgħu nkunu. (Proverbji 15:3) Aħseb f’xi aspetti li fihom għandna bżonn inkunu leali lejn Alla.
xi ngħidu, la nafu x’jogħġob lil Alla, aħna għandna r-responsabbiltà li nobduh u nagħmlu dak li hu sew. U għalkemm ħafna nies iħobbu jagħmlu affarijiet ħżiena, għandna ‘nobogħdu dak li hu ħażin,’ bħalma jagħmel Ġeħova. (Missirijiet u ommijiet li jħobbu lil Ġeħova jridu li t-tfal tagħhom ikollhom ħbiberija mill-qrib miegħu
14. Il-ġenituri kif jistgħu jkunu leali lejn Ġeħova?
14 Kif inħarrġu lil uliedna. Fil-Bibbja, Ġeħova ta direzzjoni lill-ġenituri dwar kif iħarrġu lil uliedhom. Il-Kristjani jeħtieġ li joqogħdu attenti biex ma jiġux affettwati bil-mod taʼ ħsieb li hu komuni fid-dinja. (Efesin 2:2) Pereżempju, f’xi pajjiżi missier forsi jaħseb, ‘Ħeqq, hawnhekk in-nisa jgħallmu lit-tfal.’ Imma l-Bibbja biċ-ċar tikkmanda lill-missirijiet biex jgħallmu lil uliedhom dwar Ġeħova. (Efesin 6:4) Missirijiet u ommijiet li jħobbu lil Ġeħova jridu li t-tfal tagħhom ikollhom ħbiberija mill-qrib miegħu, l-istess bħalma kellu Samwel meta kien tifel ċkejken.—1 Samwel 3:19.
15. Kif nistgħu nkunu leali lejn Ġeħova meta nkunu qed nieħdu deċiżjonijiet importanti?
15 Kif nieħdu deċiżjonijiet. Qabel ma nieħdu deċiżjonijiet importanti fil-ħajja, aħna rridu naraw x’jaħseb Ġeħova sabiex inkunu nistgħu nibqgħu leali lejh. Il-Bibbja u l-organizzazzjoni tiegħu jistgħu jgħinuna. Pereżempju, illum xi ġenituri li telqu minn pajjiżhom iddeċidew li jibagħtu lit-tarbija tagħhom tat-twelid lura f’pajjiżhom biex tgħix maʼ qrabathom. B’dan il-mod, kemm il-missier u kemm l-omm ikunu jistgħu jibqgħu jaħdmu u jaqilgħu l-flus. Veru, din hi deċiżjoni personali, imma koppja għandhom jistaqsu lilhom infushom, ‘Ġeħova x’se jaħseb dwar id-deċiżjoni tagħna?’ (Aqra Rumani 14:12.) L-ewwel ikun għaqli li naħsbu dwar x’tgħid il-Bibbja qabel ma nieħdu deċiżjonijiet importanti dwar il-familja u x-xogħol tagħna. Neħtieġu l-għajnuna taʼ Missierna għaliex ma nistgħux nidderieġu l-passi tagħna.—Ġeremija 10:23.
16. (a) Meta twieled binha, x’għażla kellha tagħmel waħda omm? (b) X’għenha tieħu d-deċiżjoni t-tajba?
Salm 127:3; Proverbji 22:6) Il-mara żagħżugħa talbet lil Ġeħova, kif tgħidilna nagħmlu l-Bibbja, u talbitu bil-qalb biex jgħinha tagħmel dak li hu tajjeb. (Salm 62:7, 8) Tkellmet ukoll dwar il-problema tagħha mal-oħt li magħha kienet tistudja l-Bibbja u m’oħrajn fil-kongregazzjoni. Għalkemm qrabatha u ħbiebha baqgħu jgħidulha li kellha tibgħat lit-tarbija għand in-nanniet, hi ddeċidiet li ma kienx xieraq li tagħmel dan. Żewġha nnota kemm l-aħwa rġiel u nisa għenu lil martu u lil binhom. Tant kien impressjonat li beda jistudja l-Bibbja u jattendi l-laqgħat mal-familja tiegħu. Immaġina kemm ferħet din l-omm meta rrealizzat li Ġeħova kien wiġbilha talbha!
16 Wara li koppja marru jgħixu f’pajjiż ieħor, twildilhom tifel, u ppjanaw li jibagħtuh lura pajjiżhom biex jgħix man-nanniet tiegħu. Imma f’dak iż-żmien, il-mara bdiet tistudja l-Bibbja maʼ waħda mix-Xhieda taʼ Ġeħova. Hi tgħallmet li kien id-dmir tagħha li tgħallem lil binha dwar Ġeħova. (17. Meta nistudjaw il-Bibbja maʼ xi ħadd, liema direzzjoni għandna nsegwu?
17 Kif insegwu d-direzzjoni. Jekk aħna leali lejn Alla, se nsegwu d-direzzjoni li tagħtina l-organizzazzjoni tiegħu. Pereżempju, ikkunsidra x’hemm bżonn nagħmlu ftit wara li nibdew nistudjaw il-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? maʼ xi ħadd. Intqalilna biex nieħdu ftit minuti wara kull studju biex ngħinu lill-istudent isir jaf iktar dwar l-organizzazzjoni taʼ Ġeħova. Aħna nistgħu nużaw il-vidjow X’jiġri f’Sala tas-Saltna? u l-browxer Min Qed Jagħmel ir-Rieda taʼ Ġeħova Llum? Wara li nlestu l-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem? nistgħu ngħinu lill-istudent isir iktar ‘sod fil-fidi’ billi nistudjaw miegħu l-ktieb “Żommu Ruħkom fl-Imħabba t’Alla,” anke jekk sadattant laħaq tgħammed. (Kolossin 2:7) Qiegħed int issegwi din id-direzzjoni mill-organizzazzjoni taʼ Ġeħova?
18, 19. Semmi ftit raġunijiet għala għandna nkunu grati lejn Ġeħova?
18 Hemm ħafna raġunijiet għala għandna nkunu grati lejn Ġeħova! Waħda minnhom hi, “għax bih ngħixu u niċċaqalqu u neżistu.” (Atti 17:27, 28) Hu tana wkoll il-Ktieb tiegħu stess, il-Bibbja. Bħall-Kristjani f’Tessalonika, aħna ngħożżu dan ir-rigal għax huwa messaġġ mingħandu.—1 Tessalonikin 2:13.
19 Il-Bibbja għenitna nersqu qrib lejn Ġeħova, u hu resaq qrib lejna. (Ġakbu 4:8) Aħna tassew grati li Missierna stidinna nkunu parti mill-organizzazzjoni tiegħu! Inħossuna bħas-salmista li kiteb: “Irringrazzjaw lil Ġeħova, għax hu tajjeb: Għax il-qalb tajba bl-imħabba tiegħu hi għal dejjem.” (Salm 136:1) F’kull vers taʼ dak is-salm, is-salmista rripeta l-kliem “għax il-qalb tajba bl-imħabba tiegħu hi għal dejjem.” Iva, jekk aħna leali lejn Ġeħova u nsegwu d-direzzjoni li jagħtina permezz tal-organizzazzjoni tiegħu, hu se jagħtina ħajja taʼ dejjem u se jkun leali lejna għal dejjem!