“L-Imħallef taʼ l-art kollha” dejjem jagħmel dak li hu sewwa
“Il-Blata, perfett għemilu, għax triqatu kollha huma ġustizzja.”—DEWTERONOMJU 32:4.
1. Abraham kif wera li fada fil-ġustizzja taʼ Ġeħova? (Ara l-ewwel stampa.)
“SEJJER l-Imħallef taʼ l-art kollha ma jagħmilx dak li hu sewwa?” (Ġenesi 18:25) Ir-raġel leali Abraham m’għamilx din il-mistoqsija għax kellu dubju. Anzi, il-mistoqsija tiegħu wriet li kellu fiduċja li Ġeħova kien se jiġġudika l-bliet taʼ Sodoma u Gomorra b’ġustizzja perfetta. Hu kien ċert li Ġeħova qatt ma kien se ‘joqtol lir-raġel sewwa maʼ dak li hu mill-agħar.’ Lil Abraham, dan ‘qatt ma għaddielu minn moħħu.’ Iktar tard, Ġeħova qal hekk dwaru nnifsu: “Il-Blata, perfett għemilu, għax triqatu kollha huma ġustizzja. Alla taʼ fedeltà, li miegħu m’hemm ebda inġustizzja; ġust u rett hu.”—Dewteronomju 31:19; 32:4.
2. Għala hu impossibbli li Ġeħova jkun inġust?
2 Abraham għala kien fiduċjuż li Ġeħova dejjem kien se jagħmel dak li hu tajjeb? Għax Ġeħova hu l-ikbar eżempju taʼ ġustizzja u sewwa. Fil-fatt, “il-ġustizzja” u Salm 33:5.
“s-sewwa” jissemmew flimkien ħafna drabi fl-Iskrittura Ebrajka għax għandhom tifsir simili. Mela ladarba l-livelli taʼ Ġeħova huma dejjem tajbin, hu dejjem se jiġġudika l-affarijiet kif suppost. Il-Bibbja tgħid: “Hu jħobb is-sewwa u l-ġustizzja.”—3. Agħti eżempju taʼ inġustizzja fid-dinja llum.
3 Hu taʼ faraġ għalina li nafu li Ġeħova hu dejjem ġust. Però, illum id-dinja mimlija inġustizzja. Pereżempju, xi nies instabu ħatjin u ntbagħtu l-ħabs għal atti kriminali li huma m’għamlux. Mit-testijiet tad-DNA, xi wħud fl-aħħar instabu innoċenti, imma dan ġara biss wara li qattgħu ħafna snin il-ħabs. Inġustizzji bħal dawn iġibu frustrazzjoni u rabja. Madankollu, hemm tip taʼ inġustizzja oħra li tistaʼ tkun saħansitra iktar diffiċli li nissaportuha. X’inhi?
INĠUSTIZZJA FIL-KONGREGAZZJONI
4. Il-fidi taʼ Kristjan kif tistaʼ tgħaddi minn prova?
4 Il-Kristjani jifhmu li se jiltaqgħu maʼ xi inġustizzja barra mill-kongregazzjoni Kristjana. Madankollu, hemm ċans li l-fidi tagħna tgħaddi minn prova jekk ninnotaw jew nesperjenzaw xi ħaġa li tidher inġusta ġol-kongregazzjoni stess. Kif se tirreaġixxi f’dal-każ? Se tħalliha tfixklek?
5. Għala m’għandniex niħduha bi kbira jekk ninnotaw jew nesperjenzaw xi inġustizzja fil-kongregazzjoni?
5 Ilkoll kemm aħna imperfetti u niżbaljaw, allura hemm ċans li xi ħadd jistaʼ jimxi b’mod inġust magħna jew li aħna forsi ma nkunux ġusti maʼ xi ħadd fil-kongregazzjoni. (1 Ġwanni 1:8) Għalkemm dan rari jiġri, Kristjani leali ma jiħduhiex bi kbira jew jitfixklu meta jkun hemm xi inġustizzja. Ġeħova tana pariri prattiċi fil-Bibbja biex jgħinuna nibqgħu leali jekk nesperjenzaw inġustizzja mingħand xi ħadd minn ħutna.—Salm 55:12-14.
6, 7. Wieħed ħu x’inġustizzja esperjenza fil-kongregazzjoni, u xi kwalitajiet għenuh?
6 Ikkunsidra l-esperjenza taʼ Willi Diehl. Fl-1931, Ħuna Diehl b’lealtà beda jaqdi fil-Betel taʼ Bern, l-Iżvizzera. Fl-1946, hu attenda t-tmien klassi tal-Iskola taʼ Gilegħad fi New York, l-Istati Uniti tal-Amerika. Eventwalment, wara l-gradwazzjoni, hu ġie assenjat fix-xogħol tas-circuit fl-Iżvizzera. Fil-bijografija tiegħu, Ħuna Diehl qal li f’Mejju tal-1949, hu informa lill-fergħa tal-Iżvizzera li kien għamel pjanijiet biex jiżżewweġ. L-aħwa responsabbli qalulu li kienu se jneħħulu l-privileġġi. Kulma tħalla jagħmel kien biss ix-xogħol taʼ pijunier. “Ma ħallewnix nagħti taħditiet,” qal Ħuna Diehl. “Ħafna ma baqgħux isellmulna, u ttrattawna bħal uħud maqtugħin mis-sħubija.”
7 Kif irreaġixxa Ħuna Diehl? Hu qal: “Min-naħa tagħna, konna nafu li ż-żwieġ ma kienx imur kontra l-Iskrittura, għalhekk sibna faraġ fit-talb u fdajna f’Ġeħova.” Minkejja li xi aħwa ma fehmux il-ħarsa taʼ Ġeħova dwar iż-żwieġ, maż-żmien il-fehma tagħhom ġiet koreġuta, u Ħuna Diehl reġaʼ ngħata lura l-privileġġi li kellu. Ġeħova * (Ara n-nota taʼ taħt.) Ejja nsaqsu lilna nfusna: ‘Jekk nesperjenza inġustizzja bħal din, se nkun ukoll paċenzjuż u nistenna lil Ġeħova jikkoreġi s-sitwazzjoni? Jew se nistrieħ fuqi nnifsi u nipprova negħleb l-inġustizzja waħdi?’—Proverbji 11:2; aqra Mikea 7:7.
ppremja l-lealtà tiegħu.Hu importanti li niftakru li aħna imperfetti u jistaʼ jkun li fhimna s-sitwazzjoni ħażin
8. Għala nistgħu nkunu żbaljati li naħsbu li aħna jew oħrajn konna vittmi taʼ inġustizzja?
8 Jekk tħoss li saret xi inġustizzja ġol-kongregazzjoni, ftakar li tistaʼ tkun żbaljat. Għala? Aħna imperfetti u jistaʼ jkun li fhimna s-sitwazzjoni ħażin. Jistaʼ jkun ukoll li m’għandniex il-fatti kollha. Imma kemm jekk għandna fehma tajba dwar is-sitwazzjoni u kemm jekk le, għandna nitolbu lil Ġeħova dwarha, nistrieħu fuqu, u nibqgħu leali. Dan se jgħinna biex ma ‘nagħdbux kontra Ġeħova.’—Aqra Proverbji 19:3.
9. X’eżempji se nikkunsidraw f’dan l-artiklu u li ġej?
9 Ejja nitgħallmu minn tliet każi taʼ inġustizzja li esperjenzaw in-nies taʼ Ġeħova fi żminijiet Bibliċi. F’dan l-artiklu se nikkunsidraw lil Ġużeppi, li bużnannuh kien Abraham, u l-esperjenza li kellu maʼ ħutu. Fl-artiklu li jmiss, se niddiskutu l-mod taʼ kif Ġeħova ttratta lis-Sultan Aħab u l-esperjenza tal-appostlu Pietru f’Antjokja tas-Sirja. Hekk kif niddiskutu dawn l-eżempji, fittex għal modi kif int tistaʼ tibqaʼ ffokat fuq Ġeħova u tipproteġi r-relazzjoni tiegħek miegħu, speċjalment meta tħoss li ġejt trattat b’mod inġust.
ĠUŻEPPI KIEN VITTMA TAʼ INĠUSTIZZJA
10, 11. (a) X’inġustizzji esperjenza Ġużeppi? (b) X’opportunità kellu Ġużeppi waqt li kien il-ħabs?
10 Ġużeppi kien qaddej leali taʼ Ġeħova li esperjenza inġustizzja minn nies li ma kienx jafhom. Imma l-iktar inġustizzja li weġġgħetu kienet dik minn ħutu stess. Meta kellu 17-il sena, ħutu ħatfuh u bigħuh bħala lsir. Imbagħad hu kien meħud l-Eġittu. (Ġenesi 37:23-28; 42:21) Iktar tard, f’dan il-pajjiż barrani, Ġużeppi ġie akkużat b’mod falz li pprova jistupra mara u ntbagħat il-ħabs mingħajr m’għadda ġuri. (Ġenesi 39:17-20) Ġużeppi dam ibati fil-ħabs bħala lsir u priġunier għal madwar 13-il sena. Mill-esperjenza taʼ Ġużeppi, x’lezzjonijiet nistgħu nitgħallmu li jistgħu jgħinuna jekk nesperjenzaw inġustizzja mingħand ħutna?
11 Waqt li Ġużeppi kien il-ħabs, il-kuppier ewlieni tas-sultan ukoll intbagħat il-ħabs. Lejl minnhom, il-kuppier Ġenesi 40:5-13.
kellu ħolma, u Ġeħova għen lil Ġużeppi biex jinterpretahielu. Ġużeppi spjega li l-kuppier kien se jinħeles mill-ħabs u jerġaʼ jmur jaqdi lill-Fargħun. Imbagħad, Ġużeppi ħataf l-opportunità biex jispjega s-sitwazzjoni tiegħu lil dan ir-raġel. Hemm ħafna x’nitgħallmu mhux biss minn dak li Ġużeppi qal imma anki minn dak li ma qalx.—12, 13. (a) Kif nafu li Ġużeppi ma qabadx u sempliċement aċċetta l-inġustizzja? (b) Ġużeppi x’ma qallux lill-kuppier?
12 Aqra Ġenesi 40:14, 15. Innota li Ġużeppi qal li hu ġie “maħtuf.” Il-kelma li tuża l-Bibbja tistaʼ tfisser ukoll “misruq.” Bla dubju, hu kien vittma taʼ inġustizzja. Ġużeppi qal ukoll b’mod ċar li ma kienx ħati tal-att immorali li ġie akkużat bih. Hu għalhekk li staqsa lill-kuppier biex isemmih mal-Fargħun. Xi skop kellu? Hu qal dan sabiex jinħareġ mill-ħabs.
13 Ġużeppi sempliċement qabad u aċċetta s-sitwazzjoni mingħajr ma pprova jagħmel xi ħaġa dwarha? Le! Ġużeppi kien jaf li kien vittma taʼ ħafna inġustizzji. Huwa għalhekk li spjega s-sitwazzjoni tiegħu lill-kuppier, bit-tama li dan ikun jistaʼ jgħinu. Imma Ġenesi 45:16-20.
nnota li l-Iskrittura ma ssemmix li xi darba Ġużeppi kixef li kienu ħutu li ħatfuh, lanqas lill-Fargħun stess. Fil-fatt, meta ħut Ġużeppi marru l-Eġittu u għamlu paċi miegħu, il-Fargħun laqagħhom u stidinhom biex jgħixu l-Eġittu u jgawdu “t-tajjeb taʼ l-art kollha.”—14. X’se jipproteġina milli ngħidu xi ħaġa li tweġġaʼ jekk nesperjenzaw inġustizzja fil-kongregazzjoni?
14 Jekk naħsbu li esperjenzajna l-inġustizzja fil-kongregazzjoni, irridu noqogħdu b’sebaʼ għajnejn biex ma nitkellmux dwar is-sitwazzjoni m’oħrajn. Ovvjament, għandna nitolbu l-għajnuna tal-anzjani jekk ħu jikkommetti dnub serju. (Levitiku 5:1) Madankollu, f’ħafna każi fejn ma jkunx involut dnub serju, jistaʼ jkun possibbli li tagħmel paċi maʼ ħuk mingħajr ma tgħid lil ħadd, lanqas lill-anzjani. (Aqra Mattew 5:23, 24; 18:15.) Ejja nkunu leali u f’sitwazzjonijiet bħal dawn napplikaw prinċipji Bibliċi. Kultant forsi nirrealizzaw li nkunu fhimna sitwazzjoni ħażin u li wara kollox ma konniex vittma tal-inġustizzja. Meta jiġri hekk se nkunu grati li ma ggravajniex is-sitwazzjoni billi għedna affarijiet ħżiena dwar xi ħadd minn ħutna. Ftakar li għandekx raġun jew le, li tgħid xi ħaġa li tweġġaʼ qatt mhu se jagħmel sitwazzjoni aħjar. Il-lealtà lejn Ġeħova u ħutna se tipproteġina milli nagħmlu żbalji bħal dawn. Is-salmista qal li hemm “dak li jimxi bla nuqqas.” Bniedem bħal dan “ma mmalafamax bi lsienu. Lil sieħbu m’għamillu xejn ħażin.”—Salm 15:2, 3; Ġakbu 3:5.
FTAKAR FL-IKTAR RELAZZJONI IMPORTANTI LI GĦANDEK
15. Ir-relazzjoni taʼ Ġużeppi maʼ Ġeħova kif kienet barka?
15 Nistgħu nitgħallmu lezzjoni importanti oħra minn Ġużeppi. Matul it-13-il sena li bata l-inġustizzja, Ġużeppi wera li kien iqis il-kwistjonijiet bħalma kien iqishom Ġeħova. (Ġenesi 45:5-8) Hu qatt ma waħħal f’Ġeħova għas-sitwazzjoni li kien fiha. M’għandniex xi ngħidu, Ġużeppi ma nesiex l-inġustizzja li bata, imma ma mteliex bir-rabja. L-iktar importanti hu li ma ħalliex l-imperfezzjonijiet u l-azzjonijiet ħżiena t’oħrajn jisseparawh minn Ġeħova. Il-lealtà taʼ Ġużeppi għamlitha possibbli li jara lil Ġeħova jikkoreġi l-inġustizzja u jbierek lilu u lill-familja tiegħu.
Ġużeppi ma ħalliex l-imperfezzjonijiet u l-azzjonijiet ħżiena t’oħrajn jisseparawh minn Ġeħova
16. Għala għandna nersqu saħansitra eqreb taʼ Ġeħova jekk nesperjenzaw inġustizzja fil-kongregazzjoni?
16 B’mod simili, għandna ngħożżu u nipproteġu r-relazzjoni tagħna maʼ Ġeħova. Qatt m’għandna nħallu Rumani 8:38, 39) Minflok, jekk nesperjenzaw inġustizzja fil-kongregazzjoni ejja nimitaw lil Ġużeppi u nersqu saħansitra eqreb taʼ Ġeħova. Ipprova ara l-affarijiet bħalma jarahom Hu. Wara li nkunu għamilna kulma stajna biex insolvu l-problema billi nsegwu prinċipji Bibliċi, irridu nħallu l-kwistjoni f’idejn Ġeħova. Nistgħu nkunu fiduċjużi li hu se jikkoreġi l-kwistjoni fil-ħin tiegħu u bil-mod tiegħu.
l-imperfezzjonijiet taʼ ħutna jifirduna minn mal-Alla li nħobbu u naqdu. (AFDA “L-IMĦALLEF TAʼ L-ART KOLLHA”
17. Kif nistgħu nuru li għandna fiduċja fl-“Imħallef taʼ l-art kollha”?
17 Sakemm indumu ngħixu f’din id-dinja mill-agħar, m’għandniex niħduha bi kbira li nesperjenzaw l-inġustizzji. F’każi rari, int, jew xi ħadd li taf, tistaʼ tesperjenza jew tinnota xi ħaġa li tidher inġusta fil-kongregazzjoni. Titfixkilx. (Salm 119:165) Minflok, ibqaʼ leali lejn Alla, itolbu għall-għajnuna, u strieħ fuqu. Ftakar li minħabba l-imperfezzjoni, jistaʼ jkun li fhimt is-sitwazzjoni ħażin, u li x’aktarx m’għandekx il-fatti kollha. Imita l-eżempju taʼ Ġużeppi u evita kliem negattiv, li jistaʼ jiggrava sitwazzjoni. Fl-aħħar, iktar milli tistrieħ fuqek innifsek, kun determinat li tibqaʼ leali u tistenna bil-paċenzja sakemm Ġeħova jikkoreġi l-kwistjoni. Imbagħad int se jkollok l-approvazzjoni u l-barka taʼ Ġeħova, bħalma kellu Ġużeppi. Tistaʼ tkun ċert li Ġeħova, “l-Imħallef taʼ l-art kollha,” dejjem se jagħmel dak li hu tajjeb, “għax triqatu kollha huma ġustizzja.”—Ġenesi 18:25; Dewteronomju 32:4.
18. X’se nikkunsidraw fl-artiklu li jmiss?
18 Fl-artiklu li jmiss, se nikkunsidraw żewġ eżempji oħra taʼ inġustizzja fost il-poplu taʼ Ġeħova fi żminijiet Bibliċi. B’dawn l-eżempji se niġu megħjunin naraw kif l-umiltà u l-maħfra jgħinuna nimitaw il-ħarsa taʼ Ġeħova lejn il-ġustizzja.
^ par. 7 Ara l-bijografija taʼ Willi Diehl fil-ħarġa tat-Torri tal-Għassa bl-Ingliż tal-1 taʼ Novembru 1991, “Jehovah Is My God, in Whom I Will Trust.”