Lest li tistenna bil-paċenzja?
“Intom ukoll kunu paċenzjużi.”—ĠAKBU 5:8.
1, 2. (a) X’jistaʼ jġegħelna nistaqsu, “Kemm irrid indum?” (b) L-eżempji taʼ qaddejja leali tal-passat għala jistgħu jinkuraġġuna llum?
“KEMM se jkolli ndum?” Din kienet il-mistoqsija li staqsew il-profeti leali Isaija u Ħabakkuk. (Isaija 6:11; Ħabakkuk 1:2) Meta s-Sultan David kiteb Salm 13, hu staqsa din it-tip taʼ mistoqsija erbaʼ darbiet. (Salm 13: 1, 2) U meta Ġesù Kristu kien imdawwar b’nies li ma kellhomx fidi, staqsa: “Kemm irrid indum?” (Mattew 17:17) Illum, aħna wkoll nistgħu niġu f’mumenti li nistaqsu l-istess mistoqsija.
2 X’jistaʼ jġegħelna nistaqsu: “Kemm irrid indum?” Jistaʼ jkun li ġejna effettwati minn xi inġustizzja. Jew forsi ma nifilħux jew qed nixjieħu. Għandu mnejn inħossuna stressati minħabba li qed ngħixu fi “żminijiet kritiċi li diffiċli biex issib tarfhom.” (2 Timotju 3:1) Jew jistaʼ jkun li l-attitudnijiet ħżiena t’oħrajn madwarna qed jgħejjuna u jiskuraġġuna. Hi x’inhi r-raġuni, huwa inkuraġġanti li tkun taf li Ġeħova ma kkundannax lill-qaddejja leali tiegħu li staqsewh din il-mistoqsija fil-passat.
3. X’jistaʼ jgħinna meta nkunu f’sitwazzjoni diffiċli?
3 X’jistaʼ jgħinna meta nkunu f’sitwazzjoni li tkun diffiċli nissaportuha? Ġakbu, ħu Ġesù mill-omm, kien imnebbaħ jgħidilna: “Għalhekk, ħuti, kunu paċenzjużi sal-preżenza tal-Mulej.” (Ġakbu 5:7) Allura aħna lkoll għandna bżonn inkunu paċenzjużi. Imma x’inhi l-paċenzja, u kif nistgħu nuru din il-kwalità sabiħa?
X’INHI L-PAĊENZJA?
4, 5. (a) X’inhi l-paċenzja, u kif nistgħu nkunu paċenzjużi? (b) Ġakbu kif jispjegaha l-paċenzja? (Ara l-ewwel stampa.)
4 Il-Bibbja tgħid li l-paċenzja tiġi mill-ispirtu qaddis t’Alla. Mingħajr l-għajnuna t’Alla, jistaʼ jkun diffiċli għal bnedmin imperfetti biex ikunu paċenzjużi f’sitwazzjonijiet diffiċli ħafna. Il-paċenzja hi rigal mingħand Alla, u meta nuruha nagħtu prova tal-imħabba tagħna għal Ġeħova u oħrajn. Meta ma nkunux paċenzjużi, l-imħabba taʼ bejnietna u għal oħrajn tiddgħajjef. (1 Korintin 13:4; Galatin 5:22) Il-paċenzja x’tinvolvi? Din tinvolvi li nissaportu sitwazzjonijiet diffiċli waqt li xorta jkollna attitudni pożittiva. (Kolossin 1:11; Ġakbu 1:3, 4) Ukoll, il-paċenzja tgħinna nibqgħu leali lejn Ġeħova jkunu xi jkunu l-problemi li jkollna. Din se tgħinna nevitaw li npattu meta nkunu qed inbatu. Il-Bibbja tgħid li għandna nkunu lesti naċċettaw il-bżonn li nistennew. Din hi lezzjoni importanti li nitgħallmu minn Ġakbu 5:7, 8. (Aqra.)
5 Għala għandna nkunu lesti nistennew lil Ġeħova biex jaġixxi? Id-dixxiplu Ġakbu jqabbel is-sitwazzjoni tagħna maʼ dik taʼ bidwi. Għalkemm bidwi jaħdem iebes biex iħawwel il-prodott tiegħu, hu ma jistax jikkontrolla t-temp jew kemm il-prodott jikber malajr. Għandu bżonn jistenna bil-paċenzja “l-frott prezzjuż taʼ l-art.” B’mod simili, hemm ħafna affarijiet li aħna ma nistgħux nikkontrollaw hekk kif nistennew il-wegħdi taʼ Ġeħova jitwettqu. (Marku 13:32, 33; Atti 1:7) Bħall-bidwi, hemm bżonn li nistennew bil-paċenzja.
6. X’nistgħu nitgħallmu mill-eżempju tal-profeta Mikea?
6 Il-profeta Mikea kellu jissaporti sitwazzjonijiet diffiċli, l-istess bħalna llum. Hu għex matul iż-żmien li s-Sultan Aħaż kien qed imexxi. Aħaż kien sultan tassew mill-agħar. B’hekk, kien hemm ħafna korruzzjoni fil-pajjiż. L-affarijiet tant kienu ħżiena li l-Bibbja tgħid li n-nies kienu saru “pronti biex jagħmlu d-deni, biex jagħmluh sew.” (Aqra Mikea 7:1-3.) Mikea kien jaf li hu ma setax ibiddel din is-sitwazzjoni. Allura, x’kien se jagħmel? Hu jgħidilna: “Jien lil Ġeħova nibqaʼ nfittex. Jien se nistenna b’attitudni xierqa lill-Alla tas-salvazzjoni tiegħi. Alla tiegħi se jismagħni.” (Mikea 7:7) Bħal Mikea, aħna wkoll irridu ‘nistennew b’attitudni xierqa.’
7. Għala għandna nagħmlu iktar milli sempliċement nistennew lil Ġeħova biex iwettaq il-wegħdi tiegħu?
Kolossin 1:11, 12) Hekk kif nistennew, aħna noqogħdu attenti li ma ngergrux li Ġeħova mhux qed jaġixxi malajr biżżejjed. Jekk nagħmlu dan, ma jiħux gost.—Kolossin 3:12.
7 Jekk għandna fidi bħal taʼ Mikea, aħna se nkunu lesti nistennew lil Ġeħova. Is-sitwazzjoni tagħna mhijiex bħal dik taʼ ħabsi li qed jistenna fiċ-ċella tiegħu għall-ġurnata meta se jinqatel. Hu qed jiġi sforzat jistenna, u mhux qed iħares ’il quddiem għal din il-ġurnata. Aħna qegħdin f’sitwazzjoni differenti ħafna! Aħna lesti nistennew lil Ġeħova għax nafu li eżattament fil-ħin xieraq, hu se jwettaq il-wegħda tiegħu, dik li jagħtina ħajja taʼ dejjem! Għalhekk ‘nissaportu bis-sħiħ u nibqgħu nistabru bil-ferħ.’ (EŻEMPJI TAʼ WĦUD LEALI LI WREW PAĊENZJA
8. X’nitgħallmu minn irġiel u nisa leali li għexu fil-passat?
8 X’se jgħinna nkunu iktar lesti nistennew? Nistgħu naħsbu dwar irġiel u nisa leali li għexu fil-passat u stennew bil-paċenzja lil Ġeħova biex iwettaq il-wegħdi tiegħu. (Rumani 15:4) Hekk kif naħsbu dwar l-eżempji tagħhom, ikun tajjeb li niftakru kemm kellhom idumu jistennew, għala kienu lesti jistennew, u kif Ġeħova berikhom għall-paċenzja li wrew.
9, 10. Abraham u Sara kemm damu jistennew lil Ġeħova?
9 Ikkunsidra l-eżempju t’Abraham u Ebrej 6:12, 15) Abraham għala kellu bżonn juri l-paċenzja? Għax kien se jieħu ż-żmien biex din il-wegħda titwettaq. Fl-14 taʼ Nisan tas-sena 1943 qabel Kristu, Abraham u Sara u n-nies kollha taʼ darhom qasmu x-Xmara Ewfrat u daħlu fl-Art Imwiegħda. Iżda Abraham imbagħad kellu jistenna 25 sena sakemm twieled ibnu Iżakk u 60 sena oħra sakemm twieldu n-neputijiet tiegħu Għesaw u Ġakobb.—Ebrej 11:9.
Sara. Peress li wrew “il-fidi u l-paċenzja,” huma wirtu “l-wegħdi.” Il-Bibbja tgħidilna li “wara li [Abraham] wera l-paċenzja,” Ġeħova wiegħed li kien se jbierku u jagħmlu missier taʼ ġens kbir. (10 Abraham kemm wiret mill-Art Imwiegħda? Il-Bibbja tgħid li Ġeħova “ma tah l-ebda proprjetà li tistaʼ tintiret, le, lanqas daqs rifsa taʼ sieq; imma, waqt li kien għadu bla tfal, wiegħdu li jagħtihielu bħala proprjetà, u lil nislu warajh.” (Atti 7:5) Kien biss 430 sena wara li Abraham qasam ix-Xmara Ewfrat li d-dixxendenti tiegħu saru l-ġens li kien se jgħix f’dik l-art.—Eżodu 12:40-42; Galatin 3:17.
11. Abraham għala kien lest jistenna, u liema barkiet se jara minħabba l-paċenzja tiegħu?
11 Abraham kien lest jistenna għax kien ċert li Ġeħova kien se jżomm il-wegħdi tiegħu. Hu kellu fidi f’Ġeħova. (Aqra Ebrej 11:8-12.) Abraham kien kuntent jistenna avolja ma rax il-wegħdi kollha t’Alla jitwettqu qabel ma miet. Imma immaġina ftit il-ferħ t’Abraham meta jiġi rxoxtat lura f’art magħmula ġenna. Hu se jkun sorpriż meta jaqra dwar l-istorja taʼ ħajtu u familtu f’ħafna partijiet tal-Bibbja. * (Ara n-nota taʼ taħt.) Immaġina ftit kemm se jkun ferħan meta jsir jaf bl-irwol importanti ħafna li kellu fit-twettiq tal-iskop taʼ Ġeħova, dak dwar il-Messija mwiegħed! Nistgħu nkunu ċerti li se jħoss li dawk il-barkiet kienu taʼ min jistenna għalihom.
12, 13. Ġużeppi għala kellu bżonn il-paċenzja, u liema attitudni pożittiva kellu?
12 Ġużeppi, li bużnannuh kien Abraham, ukoll kien lest li jkun paċenzjuż. Hu kien vittma taʼ xi inġustizzji tal-biżaʼ. L-ewwel, ħutu bigħuh bħala lsir meta kellu madwar 17-il sena. Imbagħad, b’mod falz ġie akkużat li pprova jistupra lill-mara taʼ sidu u spiċċa l-ħabs. (Ġenesi 39:11-20; Salm 105:17, 18) Għalkemm Ġużeppi kien qaddej leali t’Alla, jidher li kien iktar ikkastigat milli mbierek. Imma wara 13-il sena, kollox inbidel. Ġużeppi nħeles mill-ħabs u sar it-tieni mexxej l-iktar setgħan fl-Eġittu.—Ġenesi 41:14, 37-43; Atti 7:9, 10.
Ġużeppi fehem li Ġeħova kien qed jieħu ħsieb il-kwistjoni u li l-barkiet mingħandu kienu taʼ min jistenna għalihom
13 Imtela bir-rabja Ġużeppi minħabba dawn l-inġustizzji? Ħass hu li Ġeħova kien abbandunah? Le. Ġużeppi stenna bil-paċenzja. X’għenu? Kienet il-fidi tiegħu f’Ġeħova. Hu fehem li Ġeħova kien qed jieħu ħsieb il-kwistjoni. Naraw dan minn dak li qal lil ħutu: “Tibżgħux, jaqaw jien qiegħed flok Alla? Intom kellkom f’moħħkom li tagħmluli d-deni. Alla kellu f’moħħu li jagħmel il-ġid bl-iskop li jaġixxi, bħal Ġenesi 50:19, 20) Ġużeppi kien jaf li l-barkiet mingħand Ġeħova kienu taʼ min jistenna għalihom.
f’dan il-jum, biex iżomm ħajjin ħafna nies.” (14, 15. (a) Il-paċenzja taʼ David għala hi impressjonanti? (b) X’għen lil David biex jistenna bil-paċenzja?
14 Is-Sultan David ukoll sofra ħafna inġustizzji. Ġeħova dilek lil David biex ikun is-sultan taʼ Iżrael meta kien żgħir. Imma David kellu jistenna 15-il sena qabel ma sar sultan saħansitra tat-tribù tiegħu stess. (2 Samwel 2:3, 4) Matul ftit minn dan iż-żmien, David kellu jaħrab u jistaħba mis-Sultan Sawl, li kien qed jipprova joqtlu. * (Ara n-nota taʼ taħt.) B’hekk, David ma kellux dar tiegħu. Kellu joqgħod f’pajjiż barrani jew f’għerien fix-xagħri. Fl-aħħar, Sawl inqatel f’battalja. Iżda David xorta kellu jistenna madwar sebaʼ snin oħra sakemm fl-aħħar sar sultan tal-ġens kollu taʼ Iżrael.—2 Samwel 5:4, 5.
15 David għala kien lest jistenna bil-paċenzja? Hu jagħtina t-tweġiba fl-istess salm fejn għal erbaʼ darbiet staqsa kemm kien se jdum. Hu jgħid: “Min-naħa tiegħi, fil-qalb tajba bl-imħabba tiegħek fdajt; ħa tifraħ qalbi bis-salvazzjoni tiegħek. Se nkanta lil Ġeħova, għax hu ppremjani.” (Salm 13:5, 6) David kien jaf li Ġeħova kien iħobbu u li dejjem kien se jkun leali lejh. Hu ħaseb dwar id-drabi meta Ġeħova kien għenu fil-passat, u ħares ’il quddiem għaż-żmien meta Ġeħova kien se jtemm il-provi tiegħu. David kien jaf li l-barkiet taʼ Ġeħova kienu taʼ min jistenna għalihom.
Ġeħova ma talabniex nagħmlu xi ħaġa li hu stess mhux lest li jagħmel
16, 17. Alla Ġeħova u Ġesù Kristu kif ħallew eżempji eċċellenti taʼ li tkun lest tistenna?
16 Ġeħova ma talabniex nagħmlu xi ħaġa li hu stess mhux lest li jagħmel. Hu ħalla l-aqwa eżempju taʼ li tkun lest tistenna. (Aqra t-2 Pietru 3:9.) Pereżempju, eluf taʼ snin ilu fil-ġnien tal-Għeden, Ġeħova ġie akkużat li kien inġust minn Satana. Ġeħova qed “jibqaʼ jistenna” għaż-żmien meta ismu se jkun imqaddes għalkollox. Ir-riżultat se jkun barkiet meraviljużi għal dawk li qed “jibqgħu jistennewh” bil-ħerqa.—Isaija 30:18.
17 Anke Ġesù kien lest jistenna. Meta kien fuq l-art, hu baqaʼ leali sal-mewt. Fis-sena 33, hu ppreżenta l-valur tas-sagrifiċċju tiegħu lil Ġeħova fis-sema. Imma kellu jistenna sal-1914 biex jibda jsaltan bħala Sultan. (Atti 2:33-35; Ebrej 10:12, 13) Minkejja dan, Ġesù xorta se jkollu jistenna sat-tmiem tat-Tmexxija taʼ Elf Sena tiegħu sakemm l-għedewwa kollha tiegħu jinqerdu. (1 Korintin 15:25) Dan hu żmien twil ħafna taʼ stennija. Madankollu, il-barkiet se jkunu taʼ min jistenna għalihom.
X’SE JGĦINNA?
18, 19. X’se jgħinna nkunu lesti nistennew bil-paċenzja?
18 B’mod ċar, Ġeħova jridna nkunu paċenzjużi, lesti nistennew. X’se jgħinna nagħmlu dan? Għandna bżonn nitolbu għall-ispirtu qaddis t’Alla. Ftakar, il-paċenzja tiġi mill-ispirtu qaddis t’Alla. (Efesin 3:16; 6:18; 1 Tessalonikin 5:17-19) Allura itlob bil-ħerqa lil Ġeħova biex jgħinek tissaporti bil-paċenzja!
19 Ftakar ukoll li kienu l-fidi u l-fiduċja li kellhom Abraham, Ġużeppi, u David li għenuhom biex jistennew bil-paċenzja t-twettiq tal-wegħdi taʼ Ġeħova. Huma ma ħasbux biss fihom infushom u f’dak li riedu. Meta naħsbu dwar kemm l-affarijiet marru tajjeb għalihom, aħna wkoll se niġu inkuraġġiti nistennew b’attitudni xierqa.
20. X’għandna nkunu determinati li nagħmlu?
20 Allura, minkejja li forsi niġġieldu kontra l-provi, aħna determinati li nistennew “b’attitudni xierqa.” Xi drabi nistgħu nistaqsu: “Sakemm, O Ġeħova?” (Isaija 6:11) Imma bl-għajnuna tal-ispirtu qaddis t’Alla, aħna nistgħu nimitaw lill-profeta Ġeremija u ngħidu: “Ġeħova huwa sehmi,” u “Għalhekk se nistennieh b’attitudni xierqa.”—Lamentazzjonijiet 3:21, 24.
^ par. 11 Madwar 15-il kapitlu tal-ktieb tal-Ġenesi jiddiskutu l-ħajja t’Abraham. Ukoll, il-kittieba tal-Iskrittura Griega Kristjana jirreferu għal Abraham iktar minn 70 darba.
^ par. 14 Ġeħova ċaħad lil Sawl wara li kien saltan għal ftit iktar minn sentejn. Xorta waħda, Sawl kompla jsaltan għal 38 sena oħra, sa ma miet.—1 Samwel 13:1; Atti 13:21.