Aħdem maʼ Ġeħova kuljum
“Aħna ħaddiema sħab m’Alla.”—1 KORINTIN 3:9.
1. B’liema modi nistgħu naħdmu maʼ Ġeħova?
META Ġeħova ħalaq lill-bnedmin, hu riedhom ikunu ħaddiema sħab miegħu. Għalkemm il-bnedmin illum huma imperfetti, nies leali xorta jistgħu jaħdmu maʼ Ġeħova kuljum. Pereżempju, aħna “ħaddiema sħab m’Alla” meta nippritkaw l-aħbar tajba tas-Saltna tiegħu u nagħmlu dixxipli. (1 Korintin 3:5-9) X’unur kbir li l-Ħallieq li jistaʼ kollox għażel lilna biex nagħmlu xogħol li hu daqstant importanti! Sadanittant, l-ippritkar mhuwiex l-uniku mod li bih naħdmu maʼ Ġeħova. F’dan l-artiklu se nitgħallmu kif aħna wkoll naħdmu miegħu meta ngħinu lill-familja tagħna u lil dawk fil-kongregazzjoni, meta nkunu ospitabbli, meta ngħinu fi proġetti li l-organizzazzjoni għandha madwar id-dinja, u meta nżidu fis-servizz tagħna lil Ġeħova.—Kolossin 3:23.
2. Għala qatt m’għandna nqabblu dak li nagħmlu għal Ġeħova maʼ dak li jagħmel ħaddieħor?
2 Hekk kif nistudjaw dan l-artiklu, hu importanti li niftakru li kulħadd hu differenti. L-età, is-saħħa, iċ-ċirkustanzi, u l-abbiltajiet tagħna mhumiex l-istess. Allura tqabbilx dak Galatin 6:4.
li tistaʼ tagħmel int għal Ġeħova maʼ dak li jistaʼ jagħmel ħaddieħor. L-appostlu Pawlu qal: “Kull wieħed ħa jagħti prova taʼ x’inhu għemilu, u mbagħad ikollu għalxiex jifraħ b’dak li jagħmel hu stess, u ma jqabbilx ruħu maʼ ħaddieħor.”—GĦIN LILL-FAMILJA TIEGĦEK U OĦRAJN FIL-KONGREGAZZJONI
3. Għala nistgħu ngħidu li kull min jieħu ħsieb familtu jkun qed jaħdem m’Alla?
3 Ġeħova jistenna minna li nieħdu ħsieb il-familji tagħna. Pereżempju, forsi jkollok bżonn taqlaʼ l-flus biex tmantni l-familja tiegħek. Ħafna ommijiet ikollhom jibqgħu d-dar sabiex ikunu maʼ wliedhom żgħar. U meta l-ġenituri ma jkunux jistgħu jieħdu ħsieb tagħhom infushom, għandu mnejn ikollna nieħdu ħsiebhom aħna. Dawn huma affarijiet li hemm bżonn isiru. Il-Bibbja tgħid: “Jekk xi ħadd ma jipprovdix għal tiegħu, u speċjalment għall-membri taʼ daru, ikun ċaħad il-fidi u jkun agħar minn bniedem mingħajr fidi.” (1 Timotju 5:8) Jekk għandek responsabbiltajiet tal-familja, għandu mnejn m’intix tagħmel kemm tixtieq għal Ġeħova. Imma tiskuraġġix ruħek! Ġeħova jkun kuntent meta tipprovdi għal familtek.—1 Korintin 10:31.
4. Il-ġenituri kif jistgħu jpoġġu l-interessi tas-Saltna l-ewwel, u x’jiġri meta jagħmlu dan?
4 Ġenituri Kristjani jistgħu jaħdmu maʼ Ġeħova billi jgħinu lil uliedhom jagħmlu miri fis-servizz tiegħu. Hekk għamlu ħafna ġenituri. B’riżultat taʼ dan, uliedhom subien u bniet iktar tard iddeċidew li jaqdu lil Ġeħova full-time, saħansitra ’l bogħod mid-dar. Xi wħud huma missjunarji, oħrajn jaqdu bħala pijunieri fejn hemm bżonn kbir għal pubblikaturi, u oħrajn jaqdu f’Betel. M’għandniex xi ngħidu, meta t-tfal ikunu ’l bogħod, il-ġenituri ma jistgħux iqattgħu ħin magħhom daqskemm jixtiequ. Imma huma jinkuraġġixxu mingħajr egoiżmu lil uliedhom biex ikomplu jaqdu lil Ġeħova jkunu fejn ikunu. Għala? Għax huma kuntenti ħafna li wliedhom qed ipoġġu lil Ġeħova l-ewwel f’ħajjithom. (3 Ġwanni 4) Ħafna minn dawn il-ġenituri jħossuhom bħal Ħanna, li qalet li ‘silfet’ lil binha Samwel lil Ġeħova. Huma jħossu li hu unur kbir li jaħdmu maʼ Ġeħova b’dan il-mod.—1 Samwel 1:28.
5. Int kif tistaʼ tgħin aħwa rġiel u nisa fil-kongregazzjoni tiegħek? (Ara l-ewwel stampa.)
5 Jekk m’għandekx responsabbiltajiet urġenti tal-familja, tistaʼ int tgħin aħwa rġiel jew nisa li jkunu morda jew imdaħħlin fiż-żmien jew li jkollhom bżonnijiet oħra? Jew tistaʼ tgħin lil dawk li jieħdu ħsiebhom? Fittex l-uħud fil-kongregazzjoni tiegħek li għandu mnejn ikollhom bżonn għajnuna bħal din. Pereżempju, forsi hemm oħt li qed tieħu ħsieb ġenitur anzjan. Tistaʼ tqattaʼ ftit ħin mal-ġenitur tagħha biex hi tkun tistaʼ tieħu ħsieb affarijiet oħra? Jew forsi tistaʼ tgħin lil xi ħadd billi toffri li tieħdu l-laqgħat, tmur tixtri miegħu, jew tieħdu miegħek l-isptar biex iżżuru lil xi ħadd. Meta tagħmel dan, għandek mnejn tkun qed taħdem maʼ Ġeħova f’li jwieġeb it-talb.—Aqra l-1 Korintin 10:24.
KUN OSPITABBLI
6. Kif nistgħu nkunu ospitabbli?
Aħna għandna ngħinu lil oħrajn kull meta jkollna opportunità li nagħmlu dan
6 Il-ħaddiema sħab m’Alla huma magħrufin għall-ospitalità tagħhom. Fil-Bibbja, il-kelma Griega użata għal “ospitalità” letteralment tfisser “qalb tajba lill-istranġieri.” (Ebrej 13:2) Fil-Kelma t’Alla, nistgħu naqraw dwar eżempji li jgħallmuna kif nistgħu nuru din il-qalb tajba. (Ġenesi 18:1-5) Aħna nistgħu u għandna ngħinu lil oħrajn kull meta jkollna opportunità li nagħmlu dan, kemm jekk ‘jiġu minna fil-fidi’ u kemm jekk le.—Galatin 6:10.
7. X’benefiċċji hemm meta tkun ospitabbli maʼ qaddejja full-time?
7 Tistaʼ int taħdem maʼ Ġeħova billi tkun ospitabbli maʼ qaddejja full-time li għandhom bżonn post fejn joqogħdu? (Aqra t-3 Ġwanni 5, 8.) Meta nagħmlu dan jibbenefikaw huma u anke aħna. Il-Bibbja dan issejjaħlu mod kif “ninkuraġġixxu lil xulxin.” (Rumani 1:11, 12) Ikkunsidra l-esperjenza taʼ Olaf. Meta kien żagħżugħ, indokratur li jżur il-kongregazzjonijiet u li kien single żar il-kongregazzjoni tiegħu. Dan kellu bżonn post fejn joqgħod, imma ħadd fil-kongregazzjoni ma setaʼ jgħinu. Olaf staqsa lill-ġenituri tiegħu, li ma kinux Xhieda, jekk l-indokratur setax joqgħod magħhom. Huma qalulu iva imma Olaf kien se jkollu jorqod fuq is-sufan. Hekk għamel Olaf, u ma ddispjaċiehx. Għadda ġimgħa stupenda mal-indokratur li jżur il-kongregazzjonijiet! Kmieni kull filgħodu kienu jqumu u jiddiskutu ħafna suġġetti interessanti waqt li jieklu l-kolazzjon. L-indokratur li jżur il-kongregazzjonijiet tant inkuraġġixxa lil Olaf li dan iddeċieda li jibda jaqdi lil Ġeħova full-time. Għal dawn l-aħħar 40 sena, Olaf qeda bħala missjunarju f’diversi pajjiżi.
8. Għala għandna nkunu qalbna tajba anke jekk oħrajn għall-ewwel ma japprezzawx? Agħti eżempju.
8 Aħna nistgħu nuru mħabba mal-istranġieri b’ħafna modi, anke jekk għall-ewwel ma japprezzawx. Pereżempju, oħt fi Spanja studjat il-Bibbja maʼ Yesica, mara mill-Ekwador. Ġurnata waħda matul l-istudju tal-Bibbja, Yesica ma setgħetx tieqaf tibki. Allura l-oħt staqsietha għaliex. Yesica qalet li qabel ma marret Spanja, kienet fqira ħafna. Jum fost l-oħrajn ma kellhiex ikel x’tagħti lil bintha, kellha biss ilma. Għalhekk, qalet talba għall-għajnuna waqt li pprovat traqqad lit-tarbija tagħha. Ftit wara, żewġ Xhieda żaru lil Yesica u tawha rivista. Imma ħadithom bl-herra u qattgħet ir-rivista, u qaltilhom: “B’din ir-rivista triduni nitmaʼ lil binti?” L-aħwa pprovaw ifarrġuha, imma Yesica ma semgħetx. Iktar tard, l-aħwa nisa ħallewlha basket bl-ikel ħdejn il-bieb tagħha. Issa, waqt l-istudju, kienet qed tibki għax irrealizzat li ma Ekkleżjasti 11:1, 6.
kinitx tat kas it-tweġiba t’Alla għat-talba tagħha. Iżda Yesica kienet determinata li taqdi lil Ġeħova. Biċ-ċar, kien hemm riżultati tajbin mill-ġenerożità taʼ dawk l-aħwa nisa.—KUN VOLONTIER FI PROĠETTI TAL-ORGANIZZAZZJONI
9, 10. (a) Liema kienu xi opportunitajiet biex l-Iżraelin ikunu volontieri? (b) L-aħwa rġiel b’liema modi jistgħu jgħinu fil-kongregazzjoni llum?
9 Fil-passat, l-Iżraelin kellhom ħafna opportunitajiet differenti biex ikunu volontieri. (Eżodu 36:2; 1 Kronaki 29:5; Neħemija 11:2) Illum, int ukoll għandek ħafna opportunitajiet biex tkun volontier fil-ħin, fl-affarijiet materjali, u fis-snajjaʼ tiegħek biex tgħin lil ħutek. Meta tagħmel dan, se tkun ferħan ħafna u Ġeħova se jbierkek.
10 Il-Kelma t’Alla tinkuraġġixxi lil irġiel fil-kongregazzjoni biex jaħdmu maʼ Ġeħova billi jaqdu lil oħrajn bħala qaddejja ministerjali u anzjani. (1 Timotju 3:1, 8, 9; 1 Pietru 5:2, 3) Dawk li jagħmlu dan iridu jgħinu oħrajn b’modi prattiċi kif ukoll fil-qima tagħhom. (Atti 6:1-4) Staqsewk l-anzjani biex tkun attendant jew biex tgħin fil-letteratura, fit-territorju, fil-manutenzjoni, jew f’xi ħaġa oħra? L-aħwa li jgħinu f’dawn l-affarijiet jgħidu li jieħdu ħafna gost.
11. Waħda oħt kif ibbenefikat milli taħdem fi proġetti taʼ kostruzzjoni?
11 Dawk li joffru lilhom infushom bħala volontieri fi proġetti taʼ kostruzzjoni spiss jagħmlu ħbieb ġodda. Oħt jisimha Margie ħadmet fi proġetti taʼ kostruzzjoni taʼ Swali tas-Saltna għal 18-il sena. F’dawn il-proġetti hi ħadet interess f’aħwa nisa iżgħar u għenet biex tħarriġhom. Hi tgħid li dan hu mod eċċellenti Rumani 1:12) Fil-fatt, meta għaddiet minn żminijiet diffiċli f’ħajjitha, il-ħbieb li għamlet f’dawn il-proġetti inkuraġġewha. Qatt offrejt li tkun volontier biex taħdem fi proġett taʼ kostruzzjoni? Int tistaʼ taħdem f’xi proġett anke jekk m’għandekx xi sengħa partikulari.
għall-volontieri biex jinkuraġġixxu lil xulxin. (12. Kif tistaʼ tgħin wara xi diżastru?
12 Aħna nistgħu wkoll naħdmu maʼ Ġeħova billi ngħinu lil ħutna wara xi diżastru. Pereżempju, nistgħu nagħtu l-flus. (Ġwanni 13:34, 35; Atti 11:27-30) Mod ieħor kif nistgħu ngħinu hu billi nnaddfu jew insewwu l-ħsara wara xi diżastru. Gabriela, oħt mill-Polonja li darha ġarrbet ħafna ħsara b’għargħar, kienet ferħana ferm li tara aħwa minn kongregazzjonijiet fil-viċin imorru jgħinuha. Meta taħseb f’din l-esperjenza, hi tgħid li ma tinkwetax għall-affarijiet materjali li tilfet, imma minflok tiffoka fuq dak li kisbet. Hi tgħid: “Din l-esperjenza reġgħet aċċertatni illi li tkun parti mill-kongregazzjoni Kristjana hu privileġġ uniku kif ukoll sors taʼ ferħ u kuntentizza.” Ħafna minn dawk li ġew megħjunin wara xi diżastru jgħidu li jħossuhom l-istess. U dawk li jaħdmu maʼ Ġeħova biex jgħinu lil dawn l-aħwa jħossuhom ferħanin ħafna u sodisfatti.—Aqra Atti 20:35; 2 Korintin 9:6, 7.
13. Kif insaħħu mħabbitna għal Ġeħova meta nkunu volontieri? Agħti eżempju.
13 Oħt jisimha Stephanie u pubblikaturi oħra fl-inħawi tagħha ħadmu m’Alla billi għenu lil Xhieda li ħarbu lejn l-Istati Uniti minħabba l-gwerra f’pajjiżhom. Huma għenu lil dawn ir-refuġjati jsibu djar u jakkwistaw l-għamara. Hi tgħid: “Aħna konna mqanqlin bil-ferħ u l-apprezzament tagħhom hekk kif esperjenzaw l-imħabba tal-aħwa madwar id-dinja. Il-familji jaħsbu li aħna għenna lilhom, imma fir-realtà, huma għenuna ħafna iktar. L-imħabba, l-unità, il-fidi, u l-fiduċja f’Ġeħova li rajna saħħewlna verament l-imħabba tagħna għal Ġeħova, u dan tana apprezzament iktar profond għal dak kollu li nirċievu permezz tal-organizzazzjoni tiegħu.”
ŻID FIS-SERVIZZ TIEGĦEK LIL ĠEĦOVA
14, 15. (a) Liema attitudni kellu l-profeta Isaija? (b) Il-Kristjani kif jistgħu jimitaw l-attitudni taʼ Isaija?
14 Tixtieq taħdem maʼ Ġeħova saħansitra iktar? Se toffri li tmur fejn hemm bżonn taʼ iktar pubblikaturi? Ċertament, m’għandniex għalfejn immorru Isaija 6:8) Lest int u tistaʼ tgħin lill-organizzazzjoni taʼ Ġeħova? Liema huma xi modi li bihom tistaʼ tgħin?
’l bogħod biex inkunu ġenerużi. Imma hemm xi aħwa li jistgħu. Huma għandhom attitudni bħal dik tal-profeta Isaija. Meta Ġeħova staqsa, “Lil min se nibgħat, u min se jmurilna?” hu qal: “Hawn jien! Ibgħat lili.” (15 Dwar l-ippritkar u li nagħmlu dixxipli, Ġesù qal: “Il-ħsad hu kbir, imma l-ħaddiema huma ftit. Għalhekk, itolbu bil-ħrara lil Sid il-ħsad biex jibgħat il-ħaddiema fil-ħsad tiegħu.” (Mattew 9:37, 38) Tistaʼ taqdi bħala pijunier f’post fejn hemm bżonn taʼ iktar pubblikaturi? Jew, tistaʼ tgħin lil xi ħadd ieħor biex jagħmel dan? Ħafna aħwa rġiel u nisa jħossu li l-aħjar mod biex juru mħabbithom għal Alla u l-proxxmu tagħhom hu billi jaqdu bħala pijunieri fejn hemm bżonn taʼ iktar pubblikaturi. Tistaʼ taħseb f’modi oħrajn li bihom tistaʼ tagħmel iktar fis-servizz tiegħek? Jekk iva, se tkun ferħan ħafna.
16, 17. Liema huma xi modi oħra kif int tistaʼ żżid fis-servizz tiegħek lil Ġeħova?
16 Int lest li taqdi f’Betel jew tgħin fi proġetti taʼ kostruzzjoni, kemm bħala ħaddiem għal ftit żmien biss u kemm jekk għal ġurnata jew iktar kull ġimgħa? L-organizzazzjoni taʼ Ġeħova dejjem ikollha bżonn nies li jkunu lesti jaqdu kull fejn ikun hemm bżonnhom u li jagħmlu kulma jintalbu anke jekk ikollhom l-esperjenza f’tip taʼ xogħol differenti. Ġeħova japprezza lil kull min ikun lest li jagħmel sagrifiċċji u jaqdi kull fejn hemm il-bżonn.—Salm 110:3.
17 Tixtieq li titħarreġ iktar sabiex taqdi lil Ġeħova iktar bis-sħiħ? Forsi tistaʼ tapplika għall-Iskola għall-Evanġelizzaturi tas-Saltna. Din l-iskola tħarreġ aħwa rġiel u nisa maturi li diġà qed jaqdu lil Ġeħova full-time, biex l-organizzazzjoni taʼ Ġeħova tkun tistaʼ tużahom iktar. Dawk li jattendu din l-iskola għandhom ikunu lesti li jaqdu kull fejn jintbagħtu. Se tkun lest li tagħmel iktar għal Ġeħova b’dan il-mod?—1 Korintin 9:23.
18. X’inhuma l-benefiċċji taʼ li naħdmu maʼ Ġeħova kuljum?
18 Peress li aħna l-poplu taʼ Ġeħova, aħna ġenerużi, twajbin, qalbna tajba, u nħobbu lil oħrajn. Aħna jimpurtana minn oħrajn kull ġurnata li tgħaddi. Dan iġibilna ferħ, paċi, u kuntentizza. (Galatin 5:22, 23) Minkejja ċ-ċirkustanzi li għandek, int se tkun ferħan dment li timita l-personalità ġeneruża taʼ Ġeħova u tkun wieħed jew waħda mill-ħaddiema prezzjużi sħab miegħu!—Proverbji 3:9, 10.