Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

X’Tiftakar?

X’Tiftakar?

Qrajt sew il-​ħarġiet taʼ It-​Torri tal-​Għassa taʼ din is-​sena? Mela ara tistax twieġeb il-​mistoqsijiet li ġejjin:

Kif għandna nittrattaw lill-​Kristjani midlukin?

Aħna napprezzaw il-​fidi tagħhom, imma ma nagħtuhomx attenzjoni żejda. Aħna nevitaw li ‘nammiraw individwi.’ (Ġuda 16) Aħna ma nistaqsuhomx mistoqsijiet personali dwar it-​tama tagħhom.—w20.01, pp. 28-29.

Għala għandek tkun konvint li Ġeħova jinnotak personalment?

Il-​Bibbja tgħid li hu nnotak qabel twelidt. U hu jismaʼ t-​talb tiegħek. Hu jaf il-​ħsibijiet tiegħek u dak li għandek f’qalbek. L-​azzjonijiet tiegħek jaffettwaw is-​sentimenti tiegħu. (1 Kron. 28:9; Prov. 27:11) Hu ġibdek lejh.—w20.02, p. 12.

Meta għandna nitkellmu u meta m’għandniex nitkellmu?

Aħna nieħdu pjaċir nitkellmu dwar Ġeħova. Aħna nitkellmu meta xi ħadd ikun qed jagħmel xi ħaġa ħażina. L-​anzjani jitkellmu meta xi ħadd ikollu bżonn xi parir. Aħna m’għandniex nitkellmu biex insiru nafu (jew nagħtu) informazzjoni dwar ix-​xogħol tagħna f’pajjiżi fejn mhux permess. Aħna ma nagħtux informazzjoni kunfidenzjali.—w20.03, pp. 20-21.

Il-​ġurati f’​Ġoel kapitlu 2 kif inhuma differenti minn dawk f’​Rivelazzjoni kapitlu 9?

Ġoel 2:20-29 jgħid li Alla kien se jkeċċi lill-​ġurati u jwiegħed li se jpatti għall-​ħsara li għamlu. Wara dan, Alla kien se jferraʼ l-​ispirtu tiegħu. Dawn il-​ġrajjiet twettqu meta l-​armata Babiloniża attakkat lil Iżrael u oħrajn seħħew iktar tard. Rivelazzjoni 9:1-11 xebbah il-​ġurati mal-​midlukin fi żmienna li qed jippritkaw il-​messaġġ taʼ ġudizzju t’Alla f’din id-​dinja ħażina, u dan iġiegħel lil dawk li jappoġġjaw lil din id-​dinja jħossuhom skomdi ħafna.—w20.04, pp. 3-6.

Min hu s-​sultan tat-​tramuntana llum?

Ir-​Russja u l-​pajjiżi li jappoġġjawha. Huma attakkaw lin-​nies t’Alla meta ma ħallewhomx jippritkaw u wrew li jobogħdu lix-​Xhieda. Is-​sultan tat-​tramuntana jipprova jsir iktar b’saħħtu mis-​sultan tan-​nofsinhar.—w20.05, pp. 12-13.

“Il-​frott taʼ l-​ispirtu” jinkludi biss dawk il-​kwalitajiet li jissemmew f’​Galatin 5:22, 23?

Le. L-​ispirtu qaddis jgħinna niżviluppaw kwalitajiet tajbin oħra, bħal ġustizzja. (Efes. 5:8, 9)—w20.06, p. 17.

X’jistaʼ jkun il-​periklu meta nitfgħu affarijiet fuq is-​social media?

Meta titfaʼ affarijiet fuq is-​social media, tistaʼ tagħti l-​impressjoni li qed tiftaħar, u li m’intix umli.—w20.07, pp. 6-7.

Il-​Kristjani x’jistgħu jitgħallmu mis-​sajjieda tas-​sengħa?

Huma jaħdmu meta u fejn jaħsbu li se jsibu iktar ħut, jafu jużaw l-​għodda addattata għas-​sajd, u bil-​kuraġġ jaħdmu f’kundizzjonijiet diffiċli. Aħna nistgħu nagħmlu l-​istess fil-​ministeru.—w20.09, p. 5.

X’inhuma xi modi li bihom nistgħu ngħinu l-​istudenti tal-​Bibbja jkabbru l-​imħabba tagħhom għal Ġeħova?

Nistgħu ninkuraġġuhom jaqraw il-​Bibbja kuljum, jimmeditaw fuq dak li jaqraw, u ngħallmuhom jitolbu.—w20.11, p. 4.

Min huma dawk li se “jingħataw il-​ħajja fil-​Kristu”?—1 Kor. 15:22.

L-​appostlu Pawlu ma kienx qed jgħid li kien se jiġi rxoxtat kulħadd għall-​ħajja fis-​sema. Hu kien qed jirreferi għall-​Kristjani midlukin, dawk li ‘tqaddsu f’unjoni maʼ Kristu Ġesù.’ (1 Kor. 1:2; 15:18)—w20.12, pp. 5-6.

Il-​midlukin x’se jagħmlu wara li ‘jinbidlu f’mument, f’ħakka t’għajn, matul l-​aħħar trumbetta’?—1 Kor. 15:51-53.

Huma se jsegwu lil Ġesù u ‘jirgħu lin-​nies b’xettru tal-​ħadid,’ jiġifieri, jeqirdu lill-​ġnus. (Riv. 2:26, 27)—w20.12, pp. 12-​13.