Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Kont taf?

Kont taf?

Ġesù għala setaʼ b’mod xieraq isejħilhom “ħallelin” lill-​bejjiegħa tal-​annimali fit-​tempju taʼ Ġerusalemm?

FL-​Evanġelju taʼ Mattew naqraw: “Ġesù daħal fit-​tempju u keċċa ’l barra lil dawk kollha li kienu qed ibigħu u jixtru fit-​tempju, u qaleb l-​imwejjed tas-​sarrafa tal-​flus u l-​bankijiet taʼ dawk li kienu jbigħu l-​ħamiem. U qalilhom: ‘Hu miktub, “Dari tissejjaħ dar tat-​talb,” imma intom qed tagħmluha għar tal-​ħallelin.’”—Mattew 21:12, 13.

L-​istorja turi li l-​bejjiegħa fit-​tempju ttrattaw il-​klijenti tagħhom b’mod inġust billi żammewlhom bl-​għoli. Pereżempju, ġeneralment il-​ħamiem tant kien irħis li l-​foqra setgħu jixtruh għas-​sagrifiċċji. Madankollu, kitbiet Lhud tal-​qedem jgħidu li kien hemm żmien fl-​ewwel seklu meta persuna kellha tħallas dinar tad-​deheb sabiex tixtri żewġ ħamimiet. Biex jaqlaʼ dan l-​ammont, wieħed kellu jaħdem 25 ġurnata. Il-​ħamiem tant kien sar għali li l-​fqar ma setgħux jaffordjawh iktar. (Levitiku 1:14; 5:7; 12:6-​8) Ir-​Rabbi Simeon ben Gamaliel tant irrabja dwar din is-​sitwazzjoni li naqqas l-​ammont taʼ sagrifiċċji li l-​Lhud kienu meħtieġa joffru. Immedjatament, il-​prezz taʼ żewġ ħamimiet niżel għal wieħed fil-​mija taʼ dinar tad-​deheb.

Kif nistgħu naraw, il-​bejjiegħa tat-​tempju kienu rgħiba u ħadu vantaġġ mill-​klijenti tagħhom. Huwa għalhekk li Ġesù setaʼ b’mod xieraq isejħilhom “ħallelin.”