Ħalli l-liġijiet u l-prinċipji t’Alla jittrennjaw il-kuxjenza tiegħek
“Moħħni fit-tfakkiriet tiegħek.”—SALM 119:99.
1. X’inhi waħda mill-affarijiet li jagħmluna aħjar mill-annimali?
ĠEĦOVA ta lill-bnedmin xi ħaġa speċjali. Din hi l-kuxjenza tagħna. Il-kuxjenza hi waħda mill-affarijiet li jagħmluna aħjar mill-annimali. Kif nafu li Adam u Eva kellhom kuxjenza? Wara li m’obdewx lil Alla, huma nħbew minnu. Il-kuxjenza tagħhom niggżithom.
2. Il-kuxjenza tagħna kif inhi bħal boxxla? (Ara l-ewwel stampa.)
2 Il-kuxjenza hi dik ix-xi ħaġa ġo fina li tgħinna nagħżlu bejn it-tajjeb u l-ħażin, u b’hekk isservi taʼ gwida f’ħajjitna. Xi ħadd li l-kuxjenza tiegħu mhijiex trenjata sew hu bħal vapur li għandu boxxla li ma taħdimx sew. Ir-riħ u l-kurrenti tal-baħar jistgħu jieħdu l-vapur f’direzzjoni ħażina. Imma boxxla li taħdem sew se tgħin lill-kaptan iżomm il-vapur fir-rotta t-tajba. B’mod simili, jekk nittrennjaw il-kuxjenza tagħna kif suppost, din tkun tistaʼ tiggwidana sew.
3. X’jistaʼ jiġri jekk ma nittrennjawx il-kuxjenza tagħna kif suppost?
1 Timotju 4:1, 2) Tistaʼ saħansitra tikkonvinċina li “l-ħażin hu tajjeb.” (Isaija 5:20) Ġesù qal lis-segwaċi tiegħu: “Ġejja s-siegħa meta kulmin joqtolkom jimmaġina li qed jagħti servizz sagru lil Alla.” (Ġwanni 16:2) Hekk ħasbu dawk li qatlu lid-dixxiplu Stiefnu. (Atti 6:8, 12; 7:54-60) Matul l-istorja, ħafna reliġjużi għamlu atti kriminali tal-biżaʼ, bħall-qtil, u qalu li għamlu dan għal Alla. Imma fir-realtà, dak li għamlu hu kontra l-liġijiet t’Alla. (Eżodu 20:13) Bla dubju, il-kuxjenza tagħhom ma ggwidathomx kif suppost!
3 Jekk il-kuxjenza tagħna mhijiex trenjata kif suppost, din mhux se twissina kontra dak li hu ħażin. (4. Kif nistgħu nkunu ċerti li l-kuxjenza tagħna taħdem sew?
4 Allura kif nistgħu nkunu ċerti li l-kuxjenza tagħna taħdem sew? Il-liġijiet u l-prinċipji fil-Bibbja ‘jiswew biex jgħallmu, iwiddbu, jikkoreġu, jiddixxiplinaw fis-sewwa.’ (2 Timotju 3:16) Aħna għandna nistudjaw il-Bibbja regolarment, naħsbu fil-fond dwar dak li tgħid, u napplikawh f’ħajjitna. B’dan il-mod, se nitgħallmu naħsbu iktar u iktar bħal Ġeħova. Imbagħad nistgħu nkunu ċerti li l-kuxjenza tagħna se tiggwidana sew. Ejja niddiskutu kif nistgħu nużaw il-liġijiet u l-prinċipji taʼ Ġeħova biex nittrennjaw il-kuxjenza tagħna.
ĦALLI L-LIĠIJIET T’ALLA JITTRENNJAWK
5, 6. Il-liġijiet t’Alla kif jgħinuna?
5 Jekk irridu l-liġijiet t’Alla jgħinuna, għandna nagħmlu iktar milli sempliċement naqrawhom jew inkunu nafuhom. Għandna bżonn inħobbuhom u nirrispettawhom. Il-Bibbja tgħidilna: “Obogħdu dak li hu ħażin, u ħobbu dak li hu tajjeb.” (Għamos 5:15) Imma kif nistgħu nagħmlu dan? Għandna bżonn nitgħallmu nqisu l-affarijiet bil-mod kif iqishom Ġeħova. Ħa nieħdu eżempju: Immaġina li m’intix torqod sew, u t-tabib jgħidlek li għandek tiekol ikel bnin, tagħmel iktar eżerċizzju, u tagħmel xi bidliet oħra fil-mod kif tgħix. Inti timxi mal-parir tiegħu, u jirnexxilek! Kif tħossok dwar dak li qallek it-tabib?
6 B’mod simili, il-Ħallieq tana liġijiet biex jipproteġuna mir-riżultati ħżiena tad-dnub u biex intejbu ħajjitna. Aħseb dwar kif nibbenefikaw meta nobdu l-liġijiet tal-Bibbja dwar il-gideb, il-qerq, is-serq, l-immoralità sesswali, il-vjolenza, u l-ispiritiżmu. (Aqra Proverbji 6:16-19; Rivelazzjoni 21:8) Meta nesperjenzaw ir-riżultati tajbin li jiġu mill-ubbidjenza tagħna lejn Ġeħova, imħabbitna għalih u għal-liġijiet tiegħu tikber.
7. Ir-rakkonti fil-Bibbja kif jgħinuna?
7 M’għandniex għalfejn inbatu l-konsegwenzi li jiġu meta ma nobdux il-liġijiet t’Alla sabiex nitgħallmu x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin. Aħna nistgħu nitgħallmu mill-iżbalji li oħrajn għamlu fil-passat. Dawn ir-rakkonti huma mniżżlin fil-Bibbja. Proverbji 1:5 jgħid: “Bniedem għaref jismaʼ u jieħu iktar istruzzjoni.” Din l-istruzzjoni tiġi mingħand Alla u hi l-aqwa struzzjoni possibbli! Pereżempju, aħseb dwar kemm bata David wara li m’obdiex lil Ġeħova u għamel adulterju maʼ Bat-seba. (2 Samwel 12:7-14) Meta taqra dan ir-rakkont, staqsi lilek innifsek: ‘David kif setaʼ jevita dawn il-problemi? Jekk inkun f’sitwazzjoni simili, x’nagħmel? Jekk niġi mħajjar nagħmel adulterju, se naġixxi bħal David jew bħal Ġużeppi?’ (Ġenesi 39:11-15) Jekk naħsbu sew dwar ir-riżultati ħżiena tad-dnub, aħna se ‘nobogħdu dak li hu ħażin’ ħafna iktar.
8, 9. (a) Il-kuxjenza tagħna x’tgħinna nagħmlu? (b) Il-kuxjenza tagħna kif taħdem id f’id mal-prinċipji taʼ Ġeħova?
8 Aħna nevitaw affarijiet li Alla jobgħod. Imma x’għandna nagħmlu jekk inkunu f’sitwazzjoni li għaliha m’hemmx liġi speċifika fil-Bibbja? Aħna kif se nkunu nafu dak li Alla jridna nagħmlu? Jekk ħallejna l-Bibbja tittrennja l-kuxjenza tagħna, aħna se nieħdu deċiżjoni għaqlija.
9 Peress li Ġeħova jħobbna, hu tana prinċipji li jistgħu jiggwidaw il-kuxjenza tagħna. Hu jispjega: “Jien, Ġeħova, jien Alla tiegħek, li ngħallmek għall-ġid tiegħek, li mmexxik fit-triq li għandek timxi.” (Isaija 48:17, 18) Meta naħsbu fil-fond dwar prinċipji Bibliċi u nħalluhom imissulna qalbna, aħna nkunu nistgħu nikkoreġu u naġġustaw il-kuxjenza tagħna. Imbagħad dan se jgħinna nieħdu deċiżjonijiet għaqlin.
ĦALLI L-PRINĊIPJI T’ALLA JIGGWIDAWK
10. X’inhu prinċipju, u Ġesù kif uża l-prinċipji fit-tagħlim tiegħu?
10 Prinċipju hu verità bażika li tiggwida l-ħsieb tagħna, billi tgħinna nieħdu deċiżjonijiet tajbin. Li nkunu nafu l-prinċipji taʼ Ġeħova jgħinna nifhmu kif jaħseb hu u għala jagħtina ċerti liġijiet. Ġesù uża prinċipji biex jgħallem lid-dixxipli tiegħu li l-attitudnijiet u l-azzjonijiet għandhom il-konsegwenzi. Pereżempju, hu għallem li r-rabja tistaʼ twassal għall-vjolenza u li l-ħsibijiet immorali jistgħu jwasslu għall-adulterju. (Mattew 5:21, 22, 27, 28) Meta aħna nħallu l-prinċipji taʼ Ġeħova jiggwidawna, il-kuxjenza tagħna se tkun trenjata sew, u se nagħmlu għażliet li jġibu unur lil Alla.—1 Korintin 10:31.
11. Il-kuxjenza taʼ xi ħadd kif tistaʼ tkun differenti minn taʼ ħaddieħor?
11 Anke meta l-Kristjani jittrennjaw il-kuxjenza tagħhom billi jużaw il-Bibbja, huma xorta jistgħu jaslu għal konklużjonijiet differenti fuq ċerti suġġetti. Eżempju taʼ dan hu dwar jekk għandniex nixorbu l-alkoħol. Il-Bibbja ma tgħidx li hu ħażin li tixrob l-alkoħol, imma twissina li m’għandniex nixorbu żżejjed jew niskru. (Proverbji 20:1; 1 Timotju 3:8) Ifisser dan li sakemm Kristjan ma jixrobx iżżejjed, m’għandux għalfejn jaħseb dwar xi ħaġa oħra meta jieħu d-deċiżjoni tiegħu? Le. Anke jekk il-kuxjenza tiegħu tħallih jixrob l-alkoħol, hu xorta għandu jaħseb dwar il-kuxjenza t’oħrajn.
12. Il-kliem f’Rumani 14:21 kif jistaʼ jgħinna nirrispettaw il-kuxjenza t’oħrajn?
12 Pawlu wera li għandna bżonn nirrispettaw il-kuxjenza t’oħrajn billi kiteb: “Hu sewwa li ma tikolx laħam jew li ma tixrobx inbid jew li ma tagħmel xejn li jistaʼ jfixkel lil ħuk.” (Rumani 14:21) Allura anke jekk għandna d-dritt li nixorbu l-alkoħol, aħna nkunu lesti nissagrifikaw dan id-dritt jekk inkunu nafu li jistaʼ jfixkel il-kuxjenza taʼ Kristjan ieħor. Jistaʼ jkun li ħu kellu l-vizzju jixrob l-alkoħol qabel ma tgħallem il-verità u ddeċieda li ma jixrobx iżjed. Aħna ma nkunu rridu nagħmlu xejn li jistaʼ jwaqqgħu fil-vizzju li kellu. (1 Korintin 6:9, 10) Jekk dan il-ħu kien mistieden id-dar tagħna, konna nipprovaw inġegħluh jixrob l-alkoħol, anke jekk ma jridx? Dażgur li le!
Int lest li tagħmel sagrifiċċju personali biex tgħin lil oħrajn?
13. Timotju kif irrispetta l-kuxjenza t’oħrajn biex jgħinhom jaċċettaw l-aħbar tajba?
13 Meta Timotju kien żagħżugħ, hu aċċetta li jiġi ċirkonċiż avolja dan kien taʼ wġigħ. Hu kien jaf li ċ-ċirkonċiżjoni kienet importanti għal-Lhud li kien sejjer jippritkalhom. Bħal Pawlu, Timotju ma ried iweġġaʼ lil ħadd. (Atti 16:3; 1 Korintin 9:19-23) Lest int ukoll li tagħmel sagrifiċċju personali biex tgħin lil oħrajn?
‘IRSISTI LEJN IL-MATURITÀ’
14, 15. (a) Aħna kif nimmaturaw? (b) Il-Kristjani maturi kif jittrattaw lil oħrajn?
14 Aħna lkoll għandna nkunu rridu nitilqu Ebrej 6:1) Aħna ma nsirux Kristjani maturi sempliċement għax ilna s-snin fil-verità. Biex issir matur jeħtieġ sforz. Għandna bżonn inkomplu nkabbru l-għarfien u l-fehma tagħna. Għalhekk, hemm bżonn naqraw il-Bibbja kuljum. (Salm 1:1-3) Hekk kif taqra l-Bibbja kuljum, se tkun tistaʼ tifhimhom iktar il-liġijiet u l-prinċipji taʼ Ġeħova.
t-tagħlim bażiku dwar il-Kristu u “nirsistu lejn il-maturità.” (15 L-iktar liġi importanti għall-Kristjani hi l-liġi tal-imħabba. Lid-dixxipli tiegħu Ġesù qalilhom: “B’dan ikun jaf kulħadd li intom dixxipli tiegħi, jekk ikollkom l-imħabba bejnietkom.” (Ġwanni 13:35) L-imħabba tissejjaħ “il-liġi nobbli” u “t-twettiq tal-liġi.” (Ġakbu 2:8; Rumani 13:10) Aħna ma niskantawx li l-imħabba hi daqshekk importanti, għax il-Bibbja tgħid li “Alla hu mħabba.” (1 Ġwanni 4:8) Għal Alla, l-imħabba hi iktar milli sempliċi sentiment. Hu jagħti prova taʼ mħabbtu b’dak li jagħmel. Ġwanni kiteb: “B’dan intweriet l-imħabba t’Alla għalina, għax Alla bagħat lill-Iben uniġenitu tiegħu fid-dinja biex niksbu l-ħajja permezz tiegħu.” (1 Ġwanni 4:9) Meta nħobbu lil Ġeħova, lil Ġesù, lil ħutna, u lil nies oħrajn, nagħtu prova li aħna Kristjani maturi.—Mattew 22:37-39.
16. Hekk kif insiru Kristjani maturi, il-prinċipji għala jsiru iktar importanti għalina?
16 Hekk kif insiru Kristjani maturi, il-prinċipji se jsiru iktar importanti għalina. Il-liġijiet ġeneralment japplikaw għal sitwazzjoni speċifika, imma l-prinċipji japplikaw għal ħafna sitwazzjonijiet differenti. Pereżempju, tifel żgħir ma jifhimx kemm hu perikoluż li jkun ħabib maʼ nies ħżiena, allura 1 Korintin 15:33) Imma hekk kif it-tifel jimmatura, hu jitgħallem kif jirraġuna fuq prinċipji Bibliċi. Dawn il-prinċipji se jgħinuh jagħżel ħbieb tajbin. (Aqra l-1 Korintin 13:11; 14:20.) Iktar ma nirraġunaw fuq prinċipji Bibliċi, iktar se tkun taʼ min jafdaha l-kuxjenza tagħna. Aħna se nifhmu iktar biċ-ċar dak li Alla jkun iridna nagħmlu fi kwalunkwe sitwazzjoni.
l-ġenituri tiegħu għandhom bżonn jagħmlu liġijiet biex jipproteġuh. (17. Għala nistgħu ngħidu li għandna dak kollu li hemm bżonn biex nieħdu deċiżjonijiet għaqlin?
17 Aħna għandna dak kollu li hemm bżonn biex nieħdu deċiżjonijiet li jogħġbu lil Ġeħova. Fil-Bibbja, insibu liġijiet u prinċipji li jgħinuna nsiru ‘kapaċi għalkollox, armati bis-sħiħ għal kull għemil tajjeb.’ (2 Timotju 3:16, 17) Il-prinċipji Bibliċi jgħinuna nifhmu kif jaħseb Ġeħova. Imma hemm bżonn sforz biex insibuhom. (Efesin 5:17) Bħala għajnuna, għandna l-Watch Tower Publications Index, il-Gwida għall-Pubblikazzjonijiet tax-Xhieda taʼ Ġeħova, il-Watchtower Library, il-LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa, u l-app tal-JW Library. Meta nużaw dawn l-għodod, aħna se nibbenefikaw mill-istudju personali tagħna u bħala familja.
KUXJENZA TRENJATA FUQ IL-BIBBJA ĠĠIB IL-BARKIET
18. X’jiġri meta napplikaw il-liġijiet u l-prinċipji taʼ Ġeħova f’ħajjitna?
18 Ħajjitna tmur ħafna għall-aħjar meta napplikaw il-liġijiet u l-prinċipji taʼ Ġeħova. Salm 119:97-100 jgħid: “Kemm inħobbha l-liġi tiegħek! Il-jum kollu moħħni fiha. Iktar għaref mill-għedewwa tiegħi jagħmilni l-kmandament tiegħek, għax hu tiegħi għal dejjem. Sar għandi iktar dehen mill-għalliema kollha tiegħi, għax moħħni fit-tfakkiriet tiegħek. Kif inġib ruħi juri li nifhem iktar mix-xjuħ, għax ħarist ordnijietek.” Meta nieħdu l-ħin biex naħsbu fil-fond dwar il-liġijiet u l-prinċipji t’Alla, aħna se naġixxu b’iktar għerf u fehma. U meta nużaw il-liġijiet u l-prinċipji tiegħu biex nittrennjaw il-kuxjenza tagħna, aħna se naslu “għall-qjies taʼ statura li jiġi mill-milja tal-Kristu,” jiġifieri, naslu għall-maturità Kristjana.—Efesin 4:13.