“Is-saltna tiegħi mhix parti minn din id-dinja”
“Għal dan ġejt fid-dinja, biex nixhed għall-verità.”—ĠWANNI 18:37.
1, 2. (a) Id-dinja kif qed issir iżjed mifruda? (b) X’mistoqsijiet se nwieġbu f’dan l-artiklu?
“MINDU kont żgħira, ħlief inġustizzja ma rajtx,” tgħid oħt fl-Ewropa tan-Nofsinhar dwar il-passat tagħha. “Għalhekk kont kontra s-sistema politika f’pajjiżi, u appoġġjajt dak li ħafna qiesu bħala ideat estremi. Fil-fatt, għal ħafna żmien kont it-tfajla taʼ terrorist.” Ħu fl-Afrika tan-Nofsinhar jispjega għala kien ikun vjolenti: “Kont nemmen li t-tribù tiegħi kien superjuri għall-oħrajn kollha, u ngħaqadt maʼ partit politiku. Ġejna mgħallmin noqtlu bil-lanez lil dawk li kienu kontra tagħna—anke lil dawk tal-istess tribù tagħna li appoġġjaw lil partiti politiċi oħrajn.” Oħt li toqgħod fl-Ewropa ċentrali tistqarr: “Kont preġudikata, u kont nobgħod lil kull min kien taʼ nazzjonalità differenti jew li kellu reliġjon differenti minn tiegħi.”
2 Illum, iktar u iktar nies għandhom attitudnijiet bħal dawk li kellhom darba dawn it-tlieta. Ħafna gruppi politiċi jużaw il-vjolenza biex jiksbu l-indipendenza. Huwa 2 Timotju 3:1, 3) Il-Kristjani kif jistgħu jibqgħu magħqudin filwaqt li d-dinja ssir iżjed mifruda? Aħna nistgħu nitgħallmu ħafna mill-eżempju taʼ Ġesù. In-nies fi żmienu wkoll kienu mifrudin minħabba opinjonijiet politiċi sodi. F’dan l-artiklu, se nitgħallmu t-tweġibiet għal tliet mistoqsijiet: Ġesù għala rrifjuta li jinvolvi ruħu fi kwalunkwe grupp politiku? Ġesù kif wera li l-poplu t’Alla m’għandux iżomm maʼ naħa jew oħra fi kwistjonijiet politiċi? U Ġesù kif għallimna li qatt m’għandna nużaw il-vjolenza?
komuni għan-nies li jiġġieldu minħabba l-politika. U f’ħafna pajjiżi, in-nies jittrattaw ħażin lill-barranin iktar u iktar. L-istess bħalma bassret il-Bibbja, in-nies “ma jkunux iridu jiftiehmu” matul dawn l-aħħar jiem. (APPOĠĠJA ĠESÙ LIL DAWK LI RIEDU JKUNU INDIPENDENTI?
3, 4. (a) Fi żmien Ġesù, x’riedu ħafna Lhud? (b) Dawn is-sentimenti kif affettwaw lid-dixxipli taʼ Ġesù?
3 Ħafna Lhud li Ġesù ppritkalhom verament riedu jinħelsu mir-Rumani. Iz-Zeloti Lhud, grupp politiku fanatiku, għamlu kulma setgħu sabiex iħarrxu dawn is-sentimenti. Ħafna miz-Zeloti segwew l-ideat taʼ Ġuda l-Galilew, li bejn wieħed u ieħor għex fiż-żmien taʼ Ġesù. Ġuda kien messija falz, li żvija lil ħafna nies. L-istorjografu Lhudi Ġużeppi Flavju qal li Ġuda ħeġġeġ lil-Lhud biex jiġġieldu kontra Ruma u sejħilhom “beżżiegħa” lil dawk li aċċettaw li jħallsu t-taxxi lir-Rumani. Ir-Rumani fl-aħħar qatlu lil Ġuda. (Atti 5:37) Xi wħud miz-Zeloti saħansitra saru vjolenti sabiex jilħqu l-miri tagħhom.
4 Il-biċċa l-kbira mil-Lhud kienu qed jistennew bil-ħerqa li jiġi l-Messija. Huma ħasbu li l-Messija kien se jeħlishom mir-Rumani u jagħmel lil Iżrael nazzjon kbir għal darb’oħra. (Luqa 2:38; 3:15) Ħafna emmnu li l-Messija kien se jistabbilixxi saltna fuq l-art f’Iżrael. Kieku ġara dan, il-Lhud kollha li għexu f’pajjiżi differenti madwar id-dinja kienu se jmorru lura Iżrael. Anke Ġwanni l-Battista darba staqsa lil Ġesù: “Int Dak li għandu jiġi, jew għandna nistennew lil ħaddieħor?” (Mattew 11:2, 3) Forsi Ġwanni tħasseb jekk kienx ġej xi ħadd ieħor biex jeħles lil-Lhud. Iktar tard, żewġ dixxipli ltaqgħu maʼ Ġesù fit-triq taʼ Għemmaws wara li ġie rxoxtat. Huma qalu li kienu ttamaw li Ġesù kien il-wieħed li kellu jeħles lil Iżrael. (Aqra Luqa 24:21.) Ftit wara dan, l-appostli staqsew lil Ġesù: “Mulej, f’dan iż-żmien se terġaʼ tistabbilixxi s-saltna taʼ Israel?”—Atti 1:6.
5. (a) In-nies tal-Galilija għala riedu li Ġesù jkun is-sultan tagħhom? (b) Ġesù kif ikkoreġa l-ħsieb tagħhom?
5 Il-Lhud stennew li l-Messija kien se jsolvilhom il-problemi tagħhom. Probabbilment, hu għalhekk li n-nies tal-Galilija riedu li Ġesù jsir is-sultan tagħhom. Huma setgħu ħasbu li kien se jkun l-aħjar mexxej. Kien kelliem eċċellenti, setaʼ jfejjaq lill-morda, u saħansitra setaʼ jipprovdi l-ikel għal dawk li kienu bil-ġuħ. Wara li Ġesù temaʼ lil madwar 5,000 raġel, in-nies kienu mistagħġbin. Ġesù rrealizza x’riedu Ġwanni 6:10-15) L-għada, in-nies x’aktarx li kienu kkalmaw. Ġesù mbagħad spjegalhom li ma kienx ġie biex jipprovdi l-bżonnijiet materjali tagħhom imma biex jgħallimhom dwar is-Saltna t’Alla. Qalilhom: “Taħdmux għall-ikel li jintemm imma għall-ikel li jibqaʼ għall-ħajja taʼ dejjem.”—Ġwanni 6:25-27.
jagħmlu. Il-Bibbja tgħid: “Billi kien jaf li kienu ġejjin jaqbduh biex jagħmluh sultan, Ġesù reġaʼ telaq għalih waħdu fuq il-muntanja.” (6. Ġesù kif għamilha ċara li ma riedx qawwa politika fuq l-art? (Ara l-ewwel stampa, 1.)
6 Ftit qabel il-mewt tiegħu, Ġesù rrealizza li wħud mis-segwaċi tiegħu emmnu li hu kien se jibda jsaltan bħala sultan f’Ġerusalemm. Ġesù qalilhom it-tixbiha tal-miniet biex jgħinhom jifhmu li dan ma kienx se jseħħ. Din it-tixbiha kienet dwar “wieħed raġel nobbli minn twelidu,” Ġesù, li kellu jitlaq għal żmien twil. (Luqa 19:11-13, 15) Ukoll, Ġesù qal biċ-ċar lill-uffiċjal Ruman Ponzju Pilatu li hu ma żamm maʼ ħadd fil-politika tad-dinja. Pilatu staqsa lil Ġesù: “Int is-sultan tal-Lhud?” (Ġwanni 18:33) Pilatu setaʼ beżaʼ li Ġesù kien se jġiegħel lin-nies jirribellaw kontra r-Rumani. Imma Ġesù wieġeb: “Is-saltna tiegħi mhix parti minn din id-dinja.” (Ġwanni 18:36) Ġesù rrifjuta li jinvolvi ruħu fil-politika, għax is-Saltna tiegħu kienet se tkun fis-sema. Hu qal li x-xogħol tiegħu fuq l-art kien li ‘jixhed għall-verità.’—Aqra Ġwanni 18:37.
7. Għala jistaʼ jkun diffiċli li nevitaw li nappoġġjaw lil gruppi politiċi anke ġo qalbna?
7 Ġesù fehem x’kien l-inkarigu tiegħu. Meta nifhmu x’inhu l-inkarigu tagħna, aħna se nevitaw li nappoġġjaw lil kwalunkwe grupp politiku, anke ġo qalbna. Dan mhux dejjem faċli.
Indokratur li jivvjaġġa jgħid li n-nies fl-inħawi tiegħu qed isiru iżjed estremi. Huma kburin ħafna bin-nazzjon tagħhom u jemmnu li ħajjithom tkun aħjar jekk nieshom stess jiggvernawhom. Hu jżid jgħid: “B’ferħ, l-aħwa ddefendew l-unità Kristjana tagħhom billi kkonċentraw fuq l-ippritkar tal-aħbar tajba tas-Saltna. Huma għandhom il-fidi li Alla se jsolvi l-inġustizzja u l-problemi l-oħra li niffaċċjaw.”ĠESÙ KIF BAQAʼ NEWTRALI FI KWISTJONIJIET POLITIĊI?
8. Fi żmien Ġesù, ħafna Lhud x’inġustizzja sofrew?
8 Meta n-nies jaraw l-inġustizzji madwarhom, spiss jibdew jinvolvu ruħhom fil-politika. Fi żmien Ġesù, il-ħlas tat-taxxa kienet kwistjoni li ġiegħlet lil ħafna nies iżommu maʼ naħa jew oħra fil-politika. Fil-fatt, Ġuda l-Galilew irribella kontra Ruma għaliex ir-Rumani kienu qed jirreġistraw lin-nies biex ikunu ċerti li dawn iħallsu t-taxxi. U kien hemm ħafna taxxi x’jitħallsu, bħat-taxxi fuq l-affarijiet li kellhom, fuq l-art, u fuq id-djar. Ukoll, il-kolletturi tat-taxxi kienu korrotti ħafna u dan kabbar il-problema. Huma xi drabi ħallsu lill-uffiċjali tal-gvern biex jakkwistaw iżjed awtorità u mbagħad użaw din l-awtorità biex isiru sinjuri kbar. Żakkew, il-kollettur ewlieni tat-taxxa f’Ġeriko, sar sinjur għax ġiegħel lin-nies iħallsu ħafna.—Luqa 19:2, 8.
9, 10. (a) L-għedewwa taʼ Ġesù kif ipprovaw jinvolvuh fi kwistjoni politika? (b) X’nitgħallmu mit-tweġiba taʼ Ġesù? (Ara l-ewwel stampa, 2.)
9 L-għedewwa taʼ Ġesù pprovaw jinvolvuh fil-kwistjoni tal-ħlas tat-taxxa. Huma staqsewh dwar “it-taxxa fuq kull ras,” taxxa taʼ dinar li l-Lhud kollha kellhom iħallsu. (Aqra Mattew 22:16-18.) Il-Lhud veru kienu jobogħduha din it-taxxa għax fakkrithom li l-gvern Ruman kien jikkontrollahom. Il-“partitarji t’Erodi,” jiġifieri, dawk li appoġġjaw l-ideat politiċi tiegħu, ittamaw li jekk Ġesù jgħid li ma kellhomx iħallsu t-taxxa, huma setgħu jakkużawh li kien kontra l-Imperu Ruman. Imma jekk Ġesù jgħid li kellhom iħallsu t-taxxa, in-nies forsi ma kinux jibqgħu jsegwuh. Allura, x’għamel Ġesù?
10 Ġesù qagħad attent biex jibqaʼ newtrali f’din il-kwistjoni. Hu qal: “Għalhekk, agħtu lura lil Ċesari dak li hu taʼ Ċesari, imma lil Alla dak li hu t’Alla.” (Mattew 22:21) Ġesù kien jaf li ħafna kolletturi tat-taxxa kienu korrotti, imma hu ma ffokax fuq dan. Minflok, iffoka fuq is-soluzzjoni vera għall-problemi tal-umanità, is-Saltna t’Alla. Ġesù ħallielna l-eżempju. M’għandna nżommu maʼ ebda naħa fil-kwistjonijiet politiċi, anke jekk naħa waħda tidher li hi tajba u ġusta u n-naħa l-oħra tidher ħażina u inġusta. Il-Kristjani jiffokaw fuq is-Saltna t’Alla u fuq dak li Alla jgħid li hu tajjeb. Għal din ir-raġuni, m’għandniex opinjonijiet sodi dwar l-inġustizzji u ma nitkellmux m’oħrajn kontrihom.—Mattew 6:33.
11. Kif nistgħu ngħinu oħrajn isibu ġustizzja vera?
11 Ħafna mix-Xhieda taʼ Ġeħova rnexxielhom jeħilsu mill-opinjonijiet politiċi sodi li kien ikollhom. Pereżempju,
qabel tgħallmet il-verità, waħda oħt fil-Gran Brittanja ħadet kors fuq l-istudji soċjali f’università u bdiet tifforma opinjonijiet politiċi estremi. Hi tgħid: “Ridt niddefendi d-drittijiet tan-nies suwed, għaliex aħna konna sofrejna ħafna inġustizzja. Għalkemm kont tajba f’li nirbaħ l-argumenti, xorta spiċċajt irrabjata. Ma rrealizzajtx li l-kaġuni tal-inġustizzja razzjali kellhom jinqalgħu kompletament mill-qlub tan-nies. Madankollu, meta bdejt nistudja l-Bibbja rrealizzajt li kelli nibda minn qalbi stess.” U kienet oħt bajda li għenitha tibdel il-mod kif kienet tħossha f’qalbha. Hi żżid tgħid: “Issa qed naqdi bħala pijuniera regulari f’kongregazzjoni tal-lingwa tas-sinjali, u qed nitgħallem nilħaq lil kull xorta taʼ nies.”“ERĠAʼ DAĦĦAL SEJFEK F’POSTU”
12. Ġesù x’tip taʼ “ħmira” qalilhom jevitaw lid-dixxipli tiegħu?
12 Fi żmien Ġesù, il-mexxejja reliġjużi spiss appoġġjaw lill-gruppi politiċi. Pereżempju, il-ktieb Daily Life in Palestine at the Time of Christ jgħid li l-Lhud kienu maqsumin fi gruppi reliġjużi li kienu bħal partiti politiċi. Allura Ġesù wissa lid-dixxipli tiegħu: “Żommu għajnejkom miftuħin, oqogħdu attenti mill-ħmira tal-Fariżej u mill-ħmira t’Erodi.” (Marku 8:15) Meta Ġesù semma lil Erodi, probabbilment kien qed jirreferi għall-partitarji taʼ Erodi. Il-grupp l-ieħor, il-Fariżej, riedu lil-Lhud isiru indipendenti mill-Imperu Ruman. Skont ir-rakkont taʼ Mattew, Ġesù wissa wkoll lid-dixxipli tiegħu dwar is-Sadduċej. Is-Sadduċej riedu li Ruma tkompli tiggverna għax dan kien jippermettilhom li jkollhom pożizzjonijiet t’awtorità. Ġesù wissa lid-dixxipli tiegħu biex jevitaw “il-ħmira,” jew it-tagħlim, taʼ dawn it-tliet gruppi. (Mattew 16:6, 12) Huwa interessanti li Ġesù ta din it-twissija ftit wara li n-nies riedu jagħmluh sultan.
Ġesù għallem lid-dixxipli tiegħu biex jibqgħu newtrali għalkollox
13, 14. (a) Il-kwistjonijiet politiċi u reliġjużi kif wasslu għall-vjolenza u l-inġustizzja? (b) Għala qatt mhu tajjeb li nkunu vjolenti, anke meta niġu ttrattati inġustament? (Ara l-ewwel stampa, 3.)
13 Meta r-reliġjonijiet jindaħlu fil-politika, dan spiss iwassal għall-vjolenza. Ġesù għallem lid-dixxipli tiegħu biex jibqgħu newtrali għalkollox. Din hi raġuni waħda għala l-qassisin ewlenin u l-Fariżej riedu joqtlu lil Ġesù. Kienu jibżgħu li n-nies kienu se jisimgħu minnu u ma jsegwuhomx iktar. Kieku dan ġara, huma kienu se jitilfu l-qawwa reliġjuża u politika tagħhom. Huma qalu: “Jekk inħalluh sejjer hekk, kulħadd ipoġġi l-fidi fih, u jiġu r-Rumani u jiħdulna postna u ġensna.” (Ġwanni 11:48) Allura, il-Qassis il-Kbir Kajfa organizza pjan biex joqtol lil Ġesù.—Ġwanni 11:49-53; 18:14.
14 Kajfa stenna sa billejl u mbagħad bagħat suldati biex jarrestaw lil Ġesù. Imma Ġesù kien jaf bil-pjan biex joqtluh. B’hekk, matul l-aħħar ikla Luqa 22:36-38) Iktar tard dak il-lejl, folla nies marret biex tarresta lil Ġesù, u Pietru tant irrabja għal din l-inġustizzja li ħareġ is-sejf u attakka lil wieħed mill-irġiel. (Ġwanni 18:10) Imma Ġesù qal lil Pietru: “Erġaʼ daħħal sejfek f’postu, għax kulmin jaqbad is-sejf, bis-sejf jinqered.” (Mattew 26:52, 53) Liema lezzjoni qawwija għallem Ġesù lid-dixxipli tiegħu? Li huma ma kellhom ikunu l-ebda parti mid-dinja. Għal dan kien talab Ġesù iktar qabel f’dak il-lejl. (Aqra Ġwanni 17:16.) Alla biss għandu d-dritt li jiġġieled kontra l-inġustizzja.
mal-appostli qalilhom iġibu xi sjuf. Żewġt isjuf kellhom ikunu biżżejjed biex jgħallimhom lezzjoni importanti. (15, 16. (a) Il-Kelma t’Alla kif għenet lill-Kristjani biex jevitaw il-ġlied? (b) X’kuntrast jara Ġeħova meta jħares lejn id-dinja tal-lum?
15 L-oħt fl-Ewropa tan-Nofsinhar li ssemmiet qabel tgħallmet l-istess lezzjoni. Hi tgħid: “Fhimt li l-vjolenza ma ġġibx ġustizzja. Fhimt li dawk li jagħtuha għall-vjolenza spiss jispiċċaw mejtin. U ħafna oħrajn isiru iktar irrabjati. Kemm kont ferħana meta tgħallimt mill-Bibbja li Alla biss jistaʼ jġib ġustizzja vera fuq l-art. Għal dawn l-aħħar 25 sena, dan kien il-messaġġ li kont qed nipprietka.” Il-ħu fl-Afrika tan-Nofsinhar bidel il-lanza tiegħu mas-“sejf taʼ l-ispirtu,” il-Kelma t’Alla. (Efesin 6:17) Issa, hu jipprietka messaġġ taʼ paċi lil kull tip taʼ nies, hu x’inhu t-tribù tagħhom. U wara li l-oħt fl-Ewropa ċentrali saret waħda mix-Xhieda taʼ Ġeħova, hi żżewġet lil ħu taʼ nazzjonalità li kienet tobgħod. Dawn it-tlieta għamlu dawn il-bidliet għax riedu jkunu bħal Kristu.
16 Huwa importanti ħafna li nagħmlu dawn il-bidliet! Il-Bibbja tgħid li l-umanità hi bħal baħar imqalleb u qatt m’għandha paċi. (Isaija 17:12; 57:20, 21; Rivelazzjoni 13:1) Il-kwistjonijiet politiċi jxewxu lin-nies, jifirduhom, u jwassluhom għall-vjolenza. Imma aħna għandna l-paċi u magħqudin. Meta Ġeħova jara kemm in-nies fid-dinja huma mifrudin, hu żgur li jkun ferħan ħafna li jara kemm in-nies tiegħu huma magħqudin.—Aqra Sofonija 3:17.
17. (a) B’liema tliet modi nistgħu nżidu l-unità? (b) X’se nikkunsidraw fl-artiklu li jmiss?
17 F’dan l-artiklu tgħallimna li aħna nistgħu nżidu l-unità bi tliet modi: (1) Aħna fiduċjużi li s-Saltna t’Alla se tirranġa l-inġustizzji kollha, (2) aħna qatt ma nżommu maʼ xi naħa jew oħra fi kwistjonijiet politiċi, u (3) aħna niċħdu l-vjolenza. Imma xi ħaġa oħra li tistaʼ thedded l-unità tagħna hi l-preġudizzju. Fl-artiklu li jmiss se nitgħallmu kif aħna nistgħu negħlbu l-preġudizzju, bħalma għamlu l-ewwel Kristjani.