ARTIKLU GĦALL-ISTUDJU 23
“Oqogħdu attenti li ma jkunx hemm xi ħadd li jaħtafkom taħt difrejh”!
“Oqogħdu attenti li ma jkunx hemm xi ħadd li jaħtafkom taħt difrejh b’filosofija u qerq fieragħ skond it-tradizzjoni tal-bnedmin.”—KOL. 2:8.
GĦANJA 96 Il-ktieb t’Alla stess—Teżor
ĦARSA BIL-QUDDIEM *
1. Skont Kolossin 2:4, 8, Satana kif jipprova jikkontrollalna lil moħħna?
SATANA jridna nieqfu nħobbu lil Ġeħova. Sabiex jilħaq din il-mira, hu jipprova jinfluwenza l-mod kif naħsbu, bħallikieku jikkontrollalna lil moħħna u jagħmlu ubbidjenti lejh. Hu jipprova jipperswadina jew iqarraq bina biex insegwuh billi juża affarijiet li huma attraenti għalina.—Aqra Kolossin 2:4, 8.
2-3. (a) Għala għandna noqogħdu attenti għat-twissija mniżżla f’Kolossin 2:8? (b) X’se nikkunsidraw f’dan l-artiklu?
2 Qegħdin aħna verament f’periklu serju li niġu mqarrqin minn Satana? Iva, qegħdin! Ftakar li Pawlu ma kitibx it-twissija mniżżla f’Kolossin 2:8 lil nies li ma kinux jemmnu. Hu kitibha lill-Kristjani li kienu ġew midlukin bl-ispirtu qaddis. (Kol. 1:2, 5) Dawn il-Kristjani kienu fil-periklu dak iż-żmien, u aħna qegħdin f’periklu saħansitra ikbar illum. (1 Kor. 10:12) Għala? Satana twaddab fil-viċinanzi tal-art, u hu ffokat biex iqarraq bil-qaddejja leali t’Alla. (Riv. 12:9, 12, 17) Ukoll, qed ngħixu fi żmien meta nies mill-agħar u impusturi jibqgħu sejrin “mill-ħażin għall-agħar.”—2 Tim. 3:1, 13.
3 F’dan l-artiklu se niddiskutu kif Satana juża “qerq fieragħ,” jew qerq bla sens, biex jipprova jinfluwenza l-ħsibijiet tagħna. Se nidentifikaw tliet nases minn tiegħu. (Efes. 6:11) Imbagħad, fl-artiklu taʼ wara dan, se nikkunsidraw kif inġibu fix-xejn kwalunkwe riżultat negattiv li t-tattiki tiegħu setgħu ġabu fuq il-ħsibijiet tagħna. Imma l-ewwel, ejja naraw x’nistgħu nitgħallmu mill-mod kif Satana qarraq bl-Iżraelin wara li daħlu fl-Art Imwiegħda.
IMĦAJRIN IQIMU ALLAT FOLOZ
4-6. Skont Dewteronomju 11:10-15, l-Iżraelin liema bidla rigward il-biedja kellhom jagħmlu meta ssetiljaw fl-Art Imwiegħda?
4 Bil-ħażen taʼ moħħu, Satana ħajjar lill-Iżraelin iqimu allat foloz. Kif għamel dan? Hu ħa vantaġġ mill-bżonn tagħhom li jipprovdu l-ikel għalihom infushom. Meta l-Iżraelin daħlu fl-Art Imwiegħda, huma kellhom ibiddlu l-mod taʼ kif ikabbru l-prodotti tal-ikel tagħhom. Meta kienu l-Eġittu, l-Iżraelin saqqew l-għelieqi tagħhom billi ġabu l-ilma mix-Xmara Nil. Madankollu, fl-Art Imwiegħda ma kien hemm ebda xmara kbira, allura biex ikollhom x’jieklu kellhom bżonn l-ilma tax-xita kif ukoll tan-nida. (Aqra Dewteronomju 11:10-15; Is. 18:4, 5) B’hekk, l-Iżraelin kellhom jitgħallmu metodi ġodda tal-biedja. Dan ma kienx se jkun faċli għaliex il-biċċa l-kbira tan-nies li kellhom l-esperjenza fil-biedja kienu mietu fid-deżert.
5 Ġeħova spjega lill-poplu tiegħu li ċ-ċirkustanzi tagħhom kienu nbidlu. Imbagħad żied din it-twissija, li mad-daqqa t’għajn tistaʼ tidher li m’għandhiex x’taqsam mal-biedja: “Oqogħdu attenti għalikom infuskom li ma tmurx qalbkom titħajjar, u dduru u tqimu allat oħrajn u tmilu quddiemhom.” (Dt. 11:16, 17) Ġeħova għala wissa kontra l-qima t’allat foloz meta kien qed jitkellem dwar li jitgħallmu metodi ġodda tal-biedja?
6 Ġeħova kien jaf li l-Iżraelin kienu se jitħajru biex jitgħallmu xi mod ġdid dwar il-biedja mingħand in-nies pagani taʼ Num. 25:3, 5; Mħ. 2:13; 1 Slat. 18:18) Issa nnota kif Satana kien kapaċi jaħtaf lill-Iżraelin taħt difrejh.
madwarhom. Bla dubju, il-ġirien tagħhom kienu iżjed tal-esperjenza minnhom, u l-poplu t’Alla setaʼ jitgħallem mill-metodi utli tagħhom, iżda kien hemm periklu. Ir-raġunar tal-bdiewa Kangħanin kien affettwat mit-twemmin tagħhom f’Bagħal. Huma qiesu lil Bagħal bħala sid is-sema u l-wieħed li jagħti x-xita. Ġeħova ma riedx li niesu jingannaw ruħhom bi twemmin falz bħal dan. Madankollu, għal darba wara l-oħra, l-Iżraelin għażlu li jqimu lil Bagħal. (TLIET TATTIKI LI SATANA UŻA BIEX JAĦTAF LILL-IŻRAELIN TAĦT DIFREJH
7. Liema prova tal-fidi ffaċċjaw l-Iżraelin meta daħlu fl-Art Imwiegħda?
7 L-ewwel tattika li Satana uża kienet ix-xewqa normali tan-nies biex jaraw l-art tissaqqa bl-ilma tax-xita. Fl-Art Imwiegħda, kull sena ftit li xejn kienet tagħmel xita mill-aħħar t’April sa Settembru. Il-ħajja u l-uċuħ tar-rabaʼ ddependew mix-xita li ġeneralment kienet tibda lejn Ottubru. Satana qarraq bl-Iżraelin f’li jemmnu li biex jimxu ’l quddiem, huma kellhom jadottaw il-prattiki tal-ġirien pagani tagħhom. Dawn kienu jemmnu li kien hemm bżonn taʼ ċerti ritwali biex iqanqlu lill-allat tagħhom jaġixxu u jġibulhom ix-xita meħtieġa. Dawk li ma kellhomx biżżejjed fidi f’Ġeħova emmnu li dan kien l-uniku mod biex tiġi evitata nixfa għal żmien twil. Allura huma għamlu ritwali pagani biex iqimu lill-alla falz Bagħal.
8. Liema tattika oħra uża Satana? Spjega.
8 Satana uża tattika oħra fuq l-Iżraelin. Hu ħajjarhom għall-immoralità sesswali. Il-ġnus pagani qiemu lill-allat tagħhom billi għamlu atti immorali diżgustanti. Din il-forma baxxa taʼ qima inkludiet prostituzzjoni fit-tempju kemm taʼ nisa kif ukoll taʼ rġiel. L-omosesswalità u forom oħrajn taʼ immoralità sesswali mhux biss kienu tollerati imma wkoll saru normali! (Dt. 23:17, 18; 1 Slat. 14:24) Dawn il-pagani emmnu li dawn ir-ritwali inkuraġġew lill-allat tagħhom biex jagħmlu l-art fertili. Ħafna Iżraelin inġibdu lejn ir-ritwali immorali sesswalment tal-pagani u ħallew lilhom infushom jiġu mħajrin jaqdu allat foloz. Fir-realtà, huma nħatfu taħt difrejn Satana.
9. Skont Ħosea 2:16, 17, Satana kif ġiegħel lill-Iżraelin jinsew x’kienet il-ħarsa taʼ Ġeħova?
9 Satana uża t-tielet tattika. Hu nessa lill-Iżraelin x’kienet il-ħarsa taʼ Ġeħova. Fi żmien il-profeta Ġeremija, Ġeħova qal li l-profeti foloz ġiegħlu lill-poplu Tiegħu jinsa Ismu “minħabba Bagħal.” (Ġer. 23:27) Għal xi żmien, il-poplu t’Alla milli jidher waqaf juża l-isem taʼ Ġeħova u biddlu mal-isem Bagħal, li jfisser “Sid.” Dan għamilha diffiċli għall-Iżraelin biex jifhmu d-differenza bejn Ġeħova u Bagħal, u b’hekk kien eħfef għalihom li jħalltu r-ritwali tal-qima lil Bagħal mal-qima taʼ Ġeħova.—Aqra Ħosea 2:16, 17 u n-nota taʼ taħt.
IT-TATTIKI LI JUŻA SATANA LLUM
10. Satana x’tattiki juża llum?
10 Satana juża l-istess tattiki llum. Hu jaħtaf in-nies taħt difrejh billi jħajjarhom jaġixxu skont ix-xewqat naturali tagħhom, billi jippromwovi l-immoralità sesswali, u billi jnessi lin-nies x’inhi
l-ħarsa taʼ Ġeħova. L-ewwel, ejja nikkunsidraw l-aħħar tattika.11. Satana kif nessa lin-nies x’inhi l-ħarsa taʼ Ġeħova?
11 Satana jnessi lin-nies x’inhi l-ħarsa taʼ Ġeħova. Wara l-mewt tal-appostli taʼ Ġesù, uħud li qalu li kienu Kristjani bdew ixerrdu tagħlim falz. (Atti 20:29, 30; 2 Tess. 2:3) Dawn l-apostati bdew inessu l-identità tal-uniku Alla veru. Pereżempju, huma waqfu jużaw l-isem t’Alla meta għamlu l-kopji tal-Bibbja u ppreferew espressjonijiet bħal “Mulej.” Billi neħħew l-isem personali t’Alla u poġġew “Mulej” minfloku, huma għamluha diffiċli għal min jaqra l-Bibbja biex jara kif Ġeħova hu differenti mill-“mulejiet” l-oħrajn imsemmijin fl-Iskrittura. (1 Kor. 8:5) Huma użaw l-istess kelma, “Mulej,” kemm għal Ġeħova kif ukoll għal Ġesù. B’hekk, kien diffiċli li wieħed jifhem li Ġeħova u Ibnu huma individwi differenti b’pożizzjonijiet differenti. (Ġw. 17:3) Din il-konfużjoni tat sehemha għall-iżvilupp tad-duttrina tat-Trinità—duttrina li l-Kelma t’Alla ma tgħallimx. Minħabba f’hekk, ħafna jaraw lil Alla bħala misterjuż u jemmnu li hu impossibbli li ssir tafu. X’gidba hi din!—Atti 17:27.
12. Ir-reliġjon falza xi ppromwoviet, u b’liema riżultat, bħalma hu spjegat f’Rumani 1:28-31?
12 Satana jħajjar lin-nies jaġixxu skont ix-xewqat immorali. Fi żmien Iżrael tal-qedem, Satana uża r-reliġjon falza biex jippromwovi l-immoralità. Illum jagħmel l-istess. Ir-reliġjon falza tittollera u saħansitra tippromwovi mġiba immorali. B’hekk, ħafna li jgħidu li jaqdu lil Alla abbandunaw il-livelli ċari tiegħu dwar il-moralità. L-appostlu Pawlu jiddeskrivi x’kien ir-riżultat fl-ittra tiegħu lir-Rumani. (Aqra Rumani 1:28-31.) Fost “dak li mhux xieraq” hemm kull tip taʼ immoralità sesswali, inkluż l-omosesswalità. (Rum. 1:24-27, 32; Riv. 2:20) Kemm hu importanti għalina li nżommu mat-tagħlim ċar tal-Bibbja!
13. X’tattika oħra juża Satana?
13 Satana jħajjar lin-nies jaġixxu skont ix-xewqat naturali tagħhom. Aħna għandna xewqa naturali biex 1 Tim. 5:8) Spiss, jistaʼ jkollna edukazzjoni bażika billi nattendu l-iskola u nkunu studenti ħabrieka. Imma rridu noqogħdu attenti. Minbarra l-edukazzjoni bażika, is-sistema edukattiva f’ħafna pajjiżi tgħallem ukoll l-għerf tal-bniedem. L-istudenti huma inkuraġġiti jiddubitaw l-eżistenza t’Alla u jinjoraw il-Bibbja. Huma jiġu mgħallmin li t-teorija tal-evoluzzjoni hi l-unika spjegazzjoni intelliġenti għall-oriġini tal-ħajja. (Rum. 1:21-23) Tagħlim bħal dan imur kontra “l-għerf t’Alla.”—1 Kor. 1:19-21; 3:18-20.
ikollna edukazzjoni bażika li tistaʼ tgħinna naqilgħu l-għajxien għalina u għall-familji tagħna. (14. L-għerf tal-bniedem x’jippromwovi?
14 L-għerf tal-bniedem jinjora jew imur kontra l-livelli ġusti taʼ Ġeħova. Ma jippromwovix il-frott tal-ispirtu t’Alla iżda, minflok, “l-għemejjel tal-laħam.” (Gal. 5:19-23) Dan jinkuraġġixxi l-kburija u l-arroganza, bir-riżultat li n-nies isiru “jħobbu lilhom infushom.” (2 Tim. 3:2-4) Dawn il-kwalitajiet huma l-oppost tal-attitudni ġwejda u umli li l-qaddejja t’Alla huma inkuraġġiti li jkollhom. (2 Sam. 22:28) Xi Kristjani li ħadu edukazzjoni ogħla beda jkollhom raġunar bħal tad-dinja minflok bħal t’Alla. Ejja nikkunsidraw eżempju wieħed biss taʼ x’jistaʼ jiġri.
15-16. Int x’titgħallem mill-esperjenza taʼ waħda oħt?
15 Oħt li ilha fis-servizz full-time għal iktar minn 15-il sena tgħid: “Bħala Xhud mgħammda kont qrajt u smajt dwar il-perikli taʼ li tmur l-università, imma ma
tajtx kas twissijiet bħal dawn. Ħsibt li l-parir ma kienx jgħodd għalija.” Xi sfidi ffaċċjat? Hi tammetti: “L-istudju għall-korsijiet li ħadt tant ħadli ħin u sforz li ma kienx jibqagħli ħin nitlob lil Ġeħova bħalma kien ikolli qabel, kont inkun wisq għajjiena biex ingawdi diskussjonijiet fil-ministeru dwar il-Bibbja, u għajjiena mejta biex nipprepara tajjeb għal-laqgħat. B’ferħ, ladarba rrealizzajt illi li nkun involuta ħafna f’edukazzjoni ogħla kien qed jagħmilli l-ħsara fir-relazzjoni tiegħi maʼ Ġeħova, kont naf li kelli nieqaf. U hekk għamilt.”16 Din l-edukazzjoni ogħla x’effett ħalliet fuq ir-raġunar taʼ din l-oħt? Hi twieġeb: “Nistħi nammetti li l-edukazzjoni li għażilt għallmitni niffoka fuq l-imperfezzjonijiet t’oħrajn, speċjalment taʼ ħuti fil-kongregazzjoni, għallmitni nistenna ħafna minnhom, u biex ninqataʼ minnhom. Kellu jgħaddi ħafna żmien biex nieqaf naħseb b’dan il-mod. Dak il-perjodu f’ħajti wrieni kemm hu perikoluż li ninjoraw it-twissijiet mogħtijin minn Missierna tas-sema permezz tal-organizzazzjoni tiegħu. Ġeħova kien jafni aħjar milli kont naf lili nnifsi. Kemm nixtieq li smajt minnu!”
17. (a) X’għandha tkun id-determinazzjoni tagħna? (b) X’se nikkunsidraw fl-artiklu li jmiss?
17 Kun determinat li qatt ma tħalli lid-dinja taʼ Satana taħtfek taħt difrejha “b’filosofija u qerq fieragħ.” Oqgħod għassa kontinwament għat-tattiki taʼ Satana. (1 Kor. 3:18; 2 Kor. 2:11) Qatt tħallih inessik min hu Ġeħova u kif iridek tqimu. Għix skont il-livelli morali għoljin taʼ Ġeħova. U qatt tħalli lil Satana jqarraq bik f’li tinjora l-pariri taʼ Ġeħova. Imma x’għandek tagħmel jekk tinduna li diġà ġejt affettwat bir-raġunar taʼ din id-dinja? L-artiklu li jmiss se jurina kif il-Kelma t’Alla tistaʼ tgħinna negħlbu saħansitra ħsibijiet u drawwiet “stabbiliti fis-sod.”—2 Kor. 10:4, 5.
GĦANJA 49 Inferrħu qalb Ġeħova
^ par. 5 Satana huwa espert f’li jidħaq bin-nies. Ħafna waqgħu fin-nassa tiegħu u emmnu li kienu ħelsin, għalkemm fir-realtà jkun ħatafhom taħt difrejh. Dan l-artiklu se jitkellem dwar diversi tattiki li juża Satana biex iqarraq bin-nies.
^ par. 48 X’TGĦIDILNA L-ISTAMPA: Xi Iżraelin jagħmluha mal-Kangħanin u qed jiġu mħajrin jieħdu sehem fil-qima lil Bagħal u fl-immoralità.
^ par. 51 X’TGĦIDILNA L-ISTAMPA: Riklam minn knisja li taċċetta lill-omosesswali bħala membri tagħha.
^ par. 53 X’TGĦIDILNA L-ISTAMPA: Oħt żagħżugħa daħlet l-università. Hi u sħabha tal-klassi jemmnu l-idea tal-professoressa tagħhom li x-xjenza u t-teknoloġija jistgħu jsolvu l-problemi kollha tal-bnedmin. Iżjed tard, fis-Sala tas-Saltna, hi ma tibqax interessata u taħseb fuq in-nuqqasijiet tal-aħwa.