IT-TORRI TAL-GĦASSA—EDIZZJONI GĦALL-ISTUDJU Ġunju 2020

Din il-ħarġa fiha l-artikli għall-istudju li se jiġu studjati bejn it-3-30 t’Awwissu 2020.

“Ħa Jitqaddes Ismek”

Artiklu għall-istudju 23: mit-3-9 t’Awwissu 2020. Liema suġġett huwa importanti għall-bnedmin u l-anġli? Dan għala hu importanti ħafna, u kif aħna involuti fih? It-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet u oħrajn se jsaħħulna l-ħbiberija tagħna maʼ Ġeħova.

“Agħtini Qalb Sħiħa Biex Nibżaʼ minn Ismek”

Artiklu għall-istudju 24: mill-10-16 taʼ Awwissu 2020. F’dan l-artiklu se niddiskutu x’qal David fit-talba tiegħu lil Alla f’​Salm 86:11, 12. Xi jfisser li nibżgħu mill-isem taʼ Ġeħova? Għala għandu jkollna rispett kbir għal dan l-isem? U l-biżaʼ minn Alla, kif tipproteġina meta nkunu mħajrin nagħmlu xi ħaġa ħażina?

Mistoqsijiet mill-Qarrejja

“Il-frott taʼ l-ispirtu” jinkludi biss dawk il-kwalitajiet li jissemmew f’​Galatin 5:22, 23?

‘Jien Stess Se Nfittex lin-Nagħaġ Tiegħi’

Artiklu għall-istudju 25: Mis-17-23 taʼ Awwissu 2020. Uħud li qdew għal ħafna snin lil Ġeħova b’lealtà, għala tbiegħdu mill-kongregazzjoni? Alla kif iħossu dwarhom? Dan l-artiklu se jwieġeb dawn il-mistoqsijiet. Se jiddiskuti wkoll, x’nistgħu nitgħallmu minn kif Ġeħova għen lil xi wħud fi żminijiet Bibliċi li ma għamlux dak li talab minnhom Ġeħova.

“Erġgħu Lura Lejja”

Artiklu għall-istudju 26: Mill-24-30 t’Awwissu 2020. Ġeħova jixtieq lil dawk li m’għadhomx jippritkaw u ma jattendux il-laqgħat biex jerġgħu lura għandu. Aħna nistgħu ninkuraġġixxu lill-uħud inattivi li jixtiequ jaċċettaw l-istedina taʼ Ġeħova: “Erġgħu lura lejja.” F’dan l-artiklu se nikkunsidraw kif aħna nistgħu ngħinuhom.