Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Mistoqsijiet mill-qarrejja

Mistoqsijiet mill-qarrejja

Jekk raġel u mara li mhumiex miżżewġin lil xulxin jgħaddu l-​lejl flimkien mingħajr raġunijiet validi, ikun dan evidenza li huma dinbu u li kumitat ġudizzjali għandu jiġi fformat?

Iva, li tnejn jgħaddu l-​lejl flimkien waħedhom mingħajr raġunijiet validi hija evidenza soda li kkommettew immoralità sesswali. B’hekk, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet validi, għandu jiġi fformat kumitat ġudizzjali.—1 Korintin 6:18.

Il-​ġemgħa tal-​anzjani tikkunsidra bir-​reqqa kull sitwazzjoni biex tiddetermina jekk hemmx bżonn kumitat ġudizzjali. Pereżempju: Il-​koppja kienu qed joħorġu flimkien qabel? L-​anzjani wissewhom fil-​passat dwar il-​mod kif iġibu ruħhom bejniethom? Dawn għala għaddew il-​lejl flimkien? Ippjanaw minn qabel biex jagħmlu dan? Kellhom xi għażla oħra, jew ġrat xi ħaġa li ma kellhomx kontroll fuqha, bħal xi ħaġa li ma kinitx mistennija jew xi emerġenza li ma ħallitilhomx għażla oħra ħlief li jgħaddu l-​lejl flimkien? (Ekkleżjasti 9:11) Fejn raqdu? Kull sitwazzjoni hi differenti, allura jistaʼ jkun hemm informazzjoni oħra li se taffettwa d-​deċiżjoni tal-​anzjani.

Wara li l-​ġemgħa tal-​anzjani tikkunsidra l-​informazzjoni kollha, hi se tiddeċiedi jekk għandux jiġi fformat kumitat ġudizzjali.