Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Kif tagħmel l-istudju tiegħek tal-Bibbja iktar effettiv u pjaċevoli

Kif tagħmel l-istudju tiegħek tal-Bibbja iktar effettiv u pjaċevoli

ĠOŻWÈ kellu jmexxi lill-​poplu t’Iżrael biex jidħol fl-​Art Imwiegħda. Dan kien se jkun diffiċli ħafna. Madankollu, Ġeħova saħħu u inkuraġġieh billi qallu: “Kun kuraġġuż u agħmel il-​ħila.” Hu qal lil Ġożwè li jekk jaqra u jobdi l-​Liġi, imbagħad kien se jieħu deċiżjonijiet għaqlin u jkollu suċċess.—Ġożwè 1:7, 8.

Aħna ngħixu fi “żminijiet kritiċi li diffiċli biex issib tarfhom,” allura anke aħna niffaċċjaw sfidi diffiċli. (2 Timotju 3:1) Jekk irridu jkollna suċċess bħal Ġożwè, għandna bżonn nimxu fuq il-​parir li tah Ġeħova. Hemm bżonn li naqraw il-​Bibbja regolarment u nużaw dak li nitgħallmu biex nieħdu deċiżjonijiet tajbin.

Imma xi wħud minna forsi ma jafux jistudjaw, jew jistaʼ jkun ma niħdux gost nistudjaw. Madankollu, studju personali tal-​Bibbja hu importanti ħafna. Hekk kif tara l-​kaxxa “ Ipprova dawn is-​suġġerimenti,” se ssib għajnuniet biex tagħmel l-​istudju tiegħek iktar effettiv u pjaċevoli.

Is-​salmista kanta: “Mexxini fil-​mogħdija tal-​kmandamenti tiegħek, għax biha nitgħaxxaq.” (Salm 119:35) Anke inti tistaʼ tieħu gost tistudja l-​Kelma t’Alla. Hekk kif tkompli tistudjaha se tiskopri ħafna ħsibijiet sbieħ.

Għalkemm m’intix se tmexxi poplu bħalma kellu jagħmel Ġożwè, int għandek l-​isfidi tiegħek stess. Allura, bħal Ġożwè, studja u obdi l-​Kelma t’Alla. Jekk tagħmel dan, se tieħu deċiżjonijiet għaqlin u jkollok suċċess.