ARTIKLU GĦALL-ISTUDJU 30
Ibqaʼ Miexi fil-Verità
“M’għandix raġuni akbar minn din biex irrodd ħajr, li nismaʼ li wliedi jkomplu mexjin fil-verità.”—3 ĠW. 4.
GĦANJA 54 “Din hi t-triq”
ĦARSA BIL-QUDDIEM *
1. Skont it-3 Ġwanni 3, 4, x’jagħmilna ferħanin?
TISTAʼ timmaġina kemm feraħ l-appostlu Ġwanni meta semaʼ li dawk li hu kien għen biex jitgħallmu l-verità baqgħu leali lejn Ġeħova? Huma ffaċċjaw ħafna problemi. U Ġwanni ħadem iebes biex isaħħaħ il-fidi taʼ dawn il-Kristjani leali li hu qieshom bħala t-tfal tiegħu. Anki aħna nħossuna ferħanin meta t-tfal tagħna jew dawk li ngħinu biex jiġu fil-verità, jiddedikaw lilhom infushom lil Ġeħova u jibqgħu jaqduh.—Aqra t-3 Ġwanni 3, 4.
2. X’kien l-iskop tal-ittri li kiteb l-appostlu Ġwanni?
2 Fis-sena 98 wara Kristu (WK), Ġwanni x’aktarx kien qed jgħix f’Efesu jew fil-viċin. Jistaʼ jkun li mar hemmhekk wara li nħeles mill-ħabs fil-gżira taʼ Patmos. Matul dak iż-żmien, Ġeħova permezz tal-ispirtu qaddis tiegħu użah biex jikteb tliet ittri. L-iskop taʼ dawn l-ittri kien biex jgħin lill-Kristjani leali jżommu l-fidi tagħhom f’Ġesù u jibqgħu mexjin fil-verità.
3. X’mistoqsijiet se nwieġbu?
3 Ġwanni kien l-uniku appostlu li kien għadu ħaj. Hu kien inkwetat dwar l-influwenza ħażina li għalliema foloz, jiġifieri l-apostati, kien qed ikollhom fuq il-kongregazzjonijiet. * (1 Ġw. 2:18, 19, 26) Dawn kienu jgħidu li jafu ’l Alla, imma ma kinux jobdu l-kmandamenti taʼ Ġeħova. F’dan l-artiklu se nikkunsidraw il-pariri li ta l-appostlu Ġwanni. Ukoll se nwieġbu dawn it-tliet mistoqsijiet: Xi jfisser li nimxu fil-verità? Xi problemi niffaċċjaw? U kif nistgħu ngħinu lil xulxin biex nibqgħu fil-verità?
XI JFISSER LI NIMXU FIL-VERITÀ?
4. Skont l-1 Ġwanni 2:3-6 u t-2 Ġwanni 4, 6, xi rridu nagħmlu biex nibqgħu mexjin fil-verità?
4 Biex nimxu fil-verità rridu nkunu nafu l-verità li nsibu fil-Kelma t’Alla, il-Bibbja. Ukoll, irridu “nosservaw il-kmandamenti [taʼ Ġeħova],” jiġifieri, għandna nobduhom. (Aqra l-1 Ġwanni 2:3-6 u t-2 Ġwanni 4, 6.) Ġesù ħallielna eżempju perfett taʼ kif għandna nobdu lil Ġeħova. Mod wieħed importanti kif nagħmlu dan huwa billi nagħmlu l-aħjar li nistgħu biex nimitaw l-eżempju taʼ Ġesù.—Ġw. 8:29; 1 Pt. 2:21.
5. Minn xiex għandna nkunu konvinti?
5 Biex nibqgħu fil-verità rridu nkunu konvinti li Ġeħova hu l-Alla tal-verità, u li dak kollu li jgħidilna fil-Kelma tiegħu huwa veru. Ukoll, irridu nkunu konvinti dwar l-irwol taʼ Ġesù bħala l-Messija mwiegħed, għax ħafna fid-dinja ma jafux jew ma jemmnux li hu qed imexxi fis-sema bħala Sultan. Ġwanni wissa li kien hemm “ħafna qarriqin,” li setgħu jfixklu lil dawk li ma kinux konvinti għalkollox mill-verità dwar Ġeħova u Ġesù. (2 Ġw. 7-11) Ġwanni saqsihom: “Min hu l-giddieb jekk mhux dak li jiċħad li Ġesù hu l-Kristu?” (1 Ġw. 2:22) L-unika mod biex nevitaw li niġu mqarrqin huwa billi nistudjaw il-Bibbja. Hekk biss se nsiru nafu lil Ġeħova u lil Ġesù u se nkunu konvinti li għandna l-verità.—Ġw. 17:3.
XI PROBLEMI NIFFAĊĊJAW?
6. X’jistaʼ jwaqqaf liż-żgħażagħ milli jimxu fil-verità?
6 Il-Kristjani kollha jridu joqogħdu attenti li ma jiġux imqarrqin mit-tagħlim tad-dinja. (1 Ġw. 2:26) Iż-żgħażagħ iridu joqogħdu attenti iżjed minn din in-nassa. Alexia, * oħt Franċiża taʼ 25 sena, tgħid: “Meta kont l-iskola ġejt mgħallma dwar l-evoluzzjoni u tagħlim ieħor tad-dinja, u dawn qajmuli dubji dwar il-verità. Kultant dan it-tagħlim kien jidher li jagħmel sens. Imma ħassejt li ma stajtx nemmen biss dak li l-għalliema kienu qed jgħallmuni. Kelli nagħti ċans lil Ġeħova.” Alexia studjat il-ktieb Life—How Did It Get Here? By Evolution or by Creation? Wara ftit ġimgħat, neħħejt id-dubji li kelli. Hi kompliet tgħid: “Tajt prova lili nnifsi li l-Bibbja fiha l-verità. U rrealizzajt illi li ngħix il-verità hi l-aħjar għażla li nistaʼ nagħmel biex inkun kuntenta.”
7. Minn xiex għandna noqogħdu attenti, u għala?
7 Il-Kristjani kollha, żgħar u kbar, għandhom joqogħdu attenti li ma jgħixux ħajja doppja. Ġwanni wera li ma nistgħux nimxu fil-verità u fl-istess ħin nagħmlu affarijiet ħżiena. (1 Ġw. 1:6) Jekk irridu li Ġeħova jkun kuntent bina, għandna dejjem niftakru li hu jara kollox. Anki jekk in-nies ma jafux x’qed nagħmlu ħażin, Ġeħova jaf.—Ebr. 4:13.
8. X’għandna nevitaw?
8 Għandna nevitaw kif id-dinja tqis id-dnub. Ġwanni kiteb: “Jekk ngħidu: ‘M’għandniex dnub,’ qed inqarrqu bina nfusna u l-verità m’hijiex fina.” (1 Ġw. 1:8) Fi żmien Ġwanni, l-apostati kienu jgħidu li xi ħadd setaʼ jagħmel l-affarijiet li Alla jgħid li huma ħżiena u xorta jkun ħabib t’Alla. Illum aħna mdawrin b’nies li għandhom l-istess ħarsa. Ħafna jgħidu li jemmnu f’Alla imma ma jaqblux mal-ħarsa tiegħu dwar id-dnub, speċjalment dak li Ġeħova jgħid fuq is-sess. Dak li Ġeħova jqis bħala kondotta ħażina, huma jqisuh li hu d-dritt tagħhom li jgħixu ħajjithom kif iridu huma.
9. Iż-żgħażagħ kif jibbenefikaw meta jkunu konvinti minn dak li tgħid il-Bibbja?
9 Iż-żgħażagħ għandhom sfida minn sħabhom tal-iskola jew tax-xogħol biex jaħsbuha l-istess bħalhom dwar is-sess. Aleksandar hekk ġralu. Hu jiftakar: “Xi bniet fl-iskola tiegħi pruvaw iġegħluni jkolli x’naqsam sesswalment magħhom. Għax kont ngħidilhom le, huma 1 Ġw. 2:14.
qaluli li kont gay.” Xi ħaġa simili tistaʼ tiġri lilek. Imma jekk tkun konvint minn dak li tgħid il-Bibbja, inti se tirrispetta lilek innifsek, tipproteġi saħħtek, tevita li tweġġaʼ, u żżomm il-ħbiberija tiegħek maʼ Ġeħova. U kull darba li ma ċċedix, se jsir iżjed faċli għalik biex tagħmel il-ħaġa t-tajba. Ftakar ukoll li l-ħarsa mħawda tad-dinja dwar is-sess ġejja minn Satana. Għalhekk, meta tevita li taħseb bħan-nies tad-dinja, inti ‘tirbaħ lill-Ħażin.’—10. L-1 Ġwanni 1:9, kif jgħinna naqdu lil Ġeħova b’kuxjenza nadifa?
10 Aħna nifhmu li Ġeħova għandu d-dritt li jgħidilna dak li hu ħażin. Għalhekk, aħna nagħmlu l-aħjar li nistgħu biex ma niżbaljawx. Imma meta niżbaljaw, aħna nammettu li żbaljajna maʼ Ġeħova fit-talb. (Aqra l-1 Ġwanni 1:9.) U jekk nagħmlu żball kbir, infittxu l-għajnuna tal-anzjani li Ġeħova għażel biex jieħdu ħsiebna. (Ġak. 5:14-16) Imma ma rridux inħallu l-kuxjenza tibqaʼ tniggiżna fuq xi ħaġa li għamilna fil-passat. Għala? Għax Missierna li jħobbna provda s-sagrifiċċju taʼ Ibnu bħala fidwa biex jinħafrulna dnubietna. U meta Ġeħova jgħid li se jaħfrilna, jekk vera jiddispjaċina għal dak li għamilna, hu hekk ħa jagħmel. Għalhekk, ejja ma nħallu xejn iwaqqafna milli naqdu lil Ġeħova b’kuxjenza nadifa.—1 Ġw. 2:1, 2, 12; 3:19, 20.
11. Kif nistgħu nipproteġu lil moħħna minn tagħlim li jistaʼ jaffettwa l-fidi tagħna?
11 Aħna rridu nevitaw għalkollox it-tagħlim tal-apostati. Mill-bidu tal-kongregazzjoni Kristjana, ix-Xitan dejjem ipprova jdaħħal id-dubji f’moħħ il-qaddejja leali taʼ Ġeħova. Għalhekk, aħna rridu nagħrfu dak li hu veru u dak * Dawk li jobogħduna jistgħu jigdbu fuqna permezz tal-Internet jew is-social media, biex jipprovaw idgħajfu l-fidi tagħna f’Ġeħova u l-imħabba tagħna għal ħutna. Temminx dan il-gideb, għax dan ġej minn Satana!—1 Ġw. 4:1, 6; Riv. 12:9.
li hu gidba.12. Għala hu importanti li nsaħħu l-apprezzament tagħna għall-veritajiet li tgħallimna?
12 Jekk ma rridux inċedu għall-attakki taʼ Satana, irridu nsaħħu l-fidi tagħna f’Ġesù u fl-irwol li għandu f’dak li jrid Ġeħova. Ukoll, irridu nafdaw li l-ilsir leali u għaqli biss qed jintuża minn Ġeħova biex jidderieġi l-organizzazzjoni tiegħu. (Mt. 24:45-47) Apparti minn hekk, aħna nsaħħu l-fidi tagħna billi nistudjaw regolarment il-Kelma t’Alla. Imbagħad, il-fidi tagħna se tkun bħal siġra li għandha l-għeruq fil-fond. Pawlu qal xi ħaġa simili lill-kongregazzjoni taʼ Kolossi: “Ladarba aċċettajtu lil Kristu Ġesù l-Mulej, ibqgħu mexjin f’unjoni miegħu, agħmlu l-għeruq u nbnew fih u ssodaw fil-fidi.” (Kol. 2:6, 7) Jekk nagħmlu dan, ikun impossibbli għal Satana u dawk li huma influwenzati minnu biex iwaqqfuna milli nimxu fil-verità.—2 Ġw. 8, 9.
13. In-nies taʼ Ġeħova x’jistennew, u għala?
13 Aħna nistennew li d-dinja tobgħodna. (1 Ġw. 3:13) Ġwanni jfakkarna li “d-dinja kollha qiegħda taħt il-qawwa tal-Ħażin.” (1 Ġw. 5:19) Hekk kif dis-sistema waslet fit-tmiem tagħha, Satana qed jifferoċja. (Riv. 12:12) Hu ma jużax biss attakki indiretti bħall-immoralità sesswali u l-gideb tal-apostati. Imma juża wkoll attakki diretti bħal persekuzzjoni ħarxa. Satana jaf li ftit żmien fadallu biex jipprova jwaqqaf ix-xogħol tal-ippritkar jew biex ikissrilna l-fidi. Għalhekk, aħna ma niħduhiex bi kbira meta nisimgħu li f’xi pajjiżi x-xogħol tagħna ma jistax isir bil-libertà kollha jew li ma jistax isir. Imma sadanittant, f’dawn il-pajjiżi ħutna għadhom jissaportu. Jagħmel x’jagħmel Satana lin-nies taʼ Ġeħova, aħna nistgħu noħorġu rebbiħin!
NGĦINU LIL XULXIN BIEX NIBQGĦU FIL-VERITÀ
14. Kif nistgħu ngħinu lil ħutna jibqgħu fil-verità?
14 Biex ngħinu lil ħutna jibqgħu fil-verità, irridu nipprovaw nifhmuhom u ngħinuhom. (1 Ġw. 3:10, 11, 16-18) Aħna mhux biss inħobbu lil xulxin meta kollox ikun sejjer sew, imma anki meta jinqalgħu l-problemi. Pereżempju, taf b’xi ħadd li għadu kif tilef lil xi ħadd fil-mewt u tistaʼ tinkuraġġih b’xi mod? Jew smajt li xi aħwa tilfu affarijiet minħabba xi diżastru naturali, u hemm bżonn xi għajnuna biex jerġgħu jibnu s-Swali tas-Saltna jew id-djar tagħhom? Aħna nuru kemm nifhmuhom, inħobbuhom, u kemm nixtiequ ngħinuhom mhux biss b’dak li ngħidu imma l-iktar b’dak li nagħmlu.
15. Bħalma jgħid l-1 Ġwanni 4:7, 8, xi rridu nagħmlu?
15 Aħna nimitaw lil Missierna Ġeħova meta nuru mħabba lejn xulxin. (Aqra l-1 Ġwanni 4:7, 8.) Mod importanti kif nuru mħabba hu billi naħfru lil xulxin. Pereżempju, meta xi ħadd iweġġagħna, aħna nuru li nħobbuh billi naħfrulu u ninsew dak li għamel. (Kol. 3:13) Ħu jismu Aldo hekk ġralu. Darba semaʼ ħu, li kellu rispett lejh, jgħaddi kumment dwar il-kultura tiegħu. Aldo qal, “Tlabt ħafna lil Ġeħova biex jgħinni ma noqgħodx nhewden fuq dak li qal.” Imma hu ma waqafx hemm. Iddeċieda li jistaqsi lill-ħu biex joħroġ fuq il-ministeru miegħu. Waqt li kienu qed jaħdmu flimkien, Aldo spjegalu kif ħassu fuq dak il-kumment. “Kif għedtlu kif ħassejtni, hu skuża ruħu. Minn leħnu stajt ninduna li ddispjaċieh ħafna għal dak li qal. Minn dakinhar kien qisu qatt ma ġara xejn.”
16-17. Xi trid tkun determinat li tagħmel?
16 L-appostlu Ġwanni ħabb ħafna lil ħutu u riedhom ikollhom fidi soda. Fit-tliet ittri tiegħu kien jidher ċar li kien jimpurtah minnhom u jħobbhom. Kemm hu inkuraġġanti li nafu li l-irġiel u n-nisa li se jmexxu maʼ Ġesù fis-sema, jinteressahom minna u qalbhom tajba bħalma kien Ġwanni!—1 Ġw. 2:27.
17 Jalla nieħdu bis-serjetà dan li għadna kemm iddiskutejna. Kun determinat li timxi fil-verità billi tobdi lil Ġeħova f’dak kollu li tagħmel. Studja l-Bibbja u afda f’dak li tgħid. Kompli saħħaħ il-fidi tiegħek f’Ġesù. Tiġix imqarraq mit-tagħlim tad-dinja, u evita għalkollox it-tagħlim tal-apostati. Tgħixx ħajja doppja u tħallix lin-nies jipprovaw iħajruk tagħmel dak li hu ħażin. Għix mal-livelli għoljin taʼ Ġeħova. Għin lil ħutek biex jibqgħu fil-verità billi taħfrilhom meta jweġġgħuk. U għin lil dawk li għandhom bżonn l-għajnuna. Imbagħad, minkejja l-problemi li jkollna se nibqgħu mexjin fil-verità.
GĦANJA 49 Inferrħu qalb Ġeħova
^ par. 5 Aħna ngħixu f’dinja kkontrollata minn Satana, missier il-gidba. Għalhekk, hi diffiċli ħafna biex nibqgħu mexjin fil-verità. Il-Kristjani tal-bidu kellhom l-istess problema. Biex jgħin lilhom u lilna llum, Ġeħova uża lill-appostlu Ġwanni biex jikteb tliet ittri. F’dawn l-ittri se nitgħallmu x’jistaʼ jfixkilna u x’nistgħu nagħmlu biex ma nitfixklux.
^ par. 3 Ara l-kaxxa “ Ir-Raġuni Għala Ġwanni Kiteb l-Ittri Tiegħu.”
^ par. 6 Xi ismijiet ġew mibdulin.
^ par. 11 Ara l-artiklu tal-istudju “Għandek il-fatti kollha?” fil-ħarġa taʼ It-Torri tal-Għassa t’Awwissu 2018.
^ par. 59 X’JGĦIDULNA L-ISTAMPI: Fl-iskola, oħt żagħżugħa l-ħin kollu tara u tismaʼ li l-ħajja omosesswali hija normali. (F’xi kulturi, jużaw il-kuluri tal-qawsalla biex jirrappreżentaw l-omosesswalità.) Iktar tard, hi tieħu l-ħin biex issaħħaħ il-fidi tagħha f’dak li jgħid Ġeħova li hu tajjeb. Dan għenha tkun ippreparata f’sitwazzjoni diffiċli.