IT-TORRI TAL-GĦASSA—EDIZZJONI GĦALL-ISTUDJU Marzu 2018

Din il-ħarġa fiha l-artikli għall-istudju li se jiġu studjati bejn it-30 t’April u t-3 taʼ Ġunju 2018.

Il-magħmudija—Ħtieġa għall-Kristjani

Il-Bibbja x’tgħallem dwar il-magħmudija? Persuna x’passi għandha tieħu qabel titgħammed? U għalliem Kristjan għala għandu jkollu l-mira tal-magħmudija f’moħħu meta jgħallem lil uliedu jew studenti oħrajn tal-Bibbja?

Ġenituri, qegħdin tgħinu ’l uliedkom jagħmlu progress biex jitgħammdu?

Il-ġenituri Kristjani dwar xiex iridu jkunu ċerti qabel uliedhom jitgħammdu?

L-ospitalità—Drawwa sabiħa u meħtieġa ħafna!

L-Iskrittura għala tħeġġeġ lill-Kristjani biex juru l-ospitalità maʼ xulxin? X’opportunitajiet għandna biex nuru l-ospitalità? X’jistaʼ jwaqqafna milli nuru l-ospitalità, u kif nistgħu nitjiebu?

Id-dixxiplina—Evidenza tal-imħabba t’Alla

X’nistgħu nitgħallmu minn dawk li Alla ddixxiplina fil-passat? U meta aħna jkollna bżonn niddixxiplinaw, kif nistgħu nimitaw l-eżempju taʼ Ġeħova?

“Isimgħu mid-dixxiplina u siru għorrief”

Ġeħova b’liema modi jgħallimna d-dixxiplina fuqna nfusna? U kif nistgħu nibbenefikaw minn kwalunkwe dixxiplina li għandna mnejn ningħataw fil-kongregazzjoni Kristjana?