Ġenituri, qegħdin tgħinu ’l uliedkom jagħmlu progress biex jitgħammdu?
“Għala qed titnikker? Qum, tgħammed.”—ATTI 22:16.
1. Ġenituri Kristjani dwar xiex iridu jkunu ċerti qabel ma wliedhom jitgħammdu?
“GĦAL xhur sħaħ domt ngħid lil missieri u ommi li ridt nitgħammed, u spiss kellmuni dwar dan. Huma riedu jagħmlu ċert li kont naf kemm kienet serja d-deċiżjoni tiegħi. Fil-31 taʼ Diċembru 1934 waslet il-ġurnata għal din il-ġrajja tant importanti f’ħajti.” Dan hu l-mod kif Blossom Brandt iddeskriviet x’ġara meta ddeċidiet li titgħammed. Illum, ukoll, il-ġenituri jridu jgħinu ’l uliedhom jieħdu deċiżjonijiet għaqlin. Jekk tifel jew tifla tistenna biex titgħammed mingħajr ma jkollha raġuni tajba, dan jistaʼ jagħmel ħsara lir-relazzjoni tagħha maʼ Ġeħova. (Ġakbu 4:17) Qabel ma binhom jew binthom titgħammed, ġenituri għaqlin iridu jkunu ċerti li hu jew hi tinsab lesta biex issir dixxiplu taʼ Kristu.
2. (a) Xi indokraturi li jżuru l-kongregazzjonijiet xi problema nnotaw? (b) X’se niddiskutu f’dan l-artiklu?
2 Xi indokraturi li jżuru l-kongregazzjonijiet innotaw li
ħafna żgħażagħ li jkollhom ftit inqas jew ftit iktar minn 20 sena jkunu għadhom ma tgħammdux, avolja jkunu trabbew fil-verità. Fil-biċċa l-kbira, dawn iż-żgħażagħ imorru l-laqgħat, jieħdu sehem fis-servizz tal-għalqa, u jqisu lilhom infushom bħala Xhieda taʼ Ġeħova. Xorta waħda, għal xi raġuni ma jkunux iddedikaw lilhom infushom lil Ġeħova u tgħammdu. Xi drabi, dan jiġri għax il-ġenituri jaħsbu li wliedhom mhumiex lesti biex jitgħammdu. F’dan l-artiklu se niddiskutu erbaʼ affarijiet li jinkwetaw lil xi ġenituri u li jżommuhom lura milli jinkuraġġixxu ’l uliedhom biex jitgħammdu.IBNI JEW BINTI GĦANDHA ŻMIEN BIŻŻEJJED?
3. Il-ġenituri taʼ Blossom dwar xiex kienu inkwetati?
3 Il-ġenituri taʼ Blossom, li ssemmew fl-ewwel paragrafu, kienu inkwetati dwar jekk binthom kellhiex żmien biżżejjed biex tifhem xi jfisser li titgħammed u kemm hija ħaġa serja. Il-ġenituri kif jistgħu jkunu jafu jekk binhom jew binthom hix lesta biex tiddedika lilha nfisha lil Ġeħova?
4. Il-kmand taʼ Ġesù f’Mattew 28:19, 20 kif jistaʼ jgħin lill-ġenituri llum?
4 Aqra Mattew 28:19, 20. Il-Bibbja ma tgħidx li persuna għandha titgħammed taʼ xi età speċifika. Imma huwa tajjeb għall-ġenituri li jaħsbu sew dwar xi jfisser li jagħmlu dixxipli. Bil-lingwa Griega, il-kelma għal “agħmlu dixxipli” użata f’Mattew 28:19 tfisser li tgħallem lil xi ħadd bil-mira li tgħinu jsir student, jew dixxiplu. Dixxiplu hu wieħed li jitgħallem u jifhem x’għallem Ġesù u li jrid jobdih. Allura, minn meta jitwieldu wliedhom, il-ġenituri għandhom jgħallmuhom bil-mira li jgħinuhom jiddedikaw lilhom infushom lil Ġeħova u jsiru dixxipli taʼ Kristu. M’għandniex xi ngħidu, it-trabi ma jikkwalifikawx għall-magħmudija. Xorta waħda, il-Bibbja turi li anke tfal żgħar kapaċi jifhmu u jħobbu l-verità tal-Bibbja.
5, 6. (a) Mill-mod kif il-Bibbja tiddeskrivi lil Timotju, x’nistgħu nikkonkludu dwar il-magħmudija tiegħu? (b) Liema hu l-aħjar mod kif ġenituri għaqlin jgħinu ’l uliedhom?
5 Timotju kien dixxiplu li ddeċieda li jaqdi lil Ġeħova meta kien għadu żgħir. L-appostlu Pawlu qal li Timotju beda jitgħallem il-verità mill-Kelma t’Alla ‘mindu kien tarbija.’ Missier Timotju ma kienx jaqdi lil Ġeħova, iżda ommu u nanntu għenu lil Timotju jħobb il-Kelma t’Alla. B’hekk, kellu fidi b’saħħitha ħafna. (2 Timotju 1:5; 3:14, 15) Setaʼ kellu ftit inqas jew ftit iktar minn 20 sena meta kkwalifika biex jirċievi inkarigi speċjali fil-kongregazzjoni.—Atti 16:1-3.
6 It-tfal kollha huma differenti. Mhux kollha jimmaturaw tal-istess età. Xi tfal jifhmu l-verità, jieħdu deċiżjonijiet għaqlin, u jkunu jridu jitgħammdu meta jkunu żgħar. Oħrajn għandhom mnejn ikunu lesti li jitgħammdu meta jikbru ftit ieħor. Ġenituri għaqlin ma jagħmlux pressjoni fuq uliedhom biex jitgħammdu. Minflok, jgħinu lil kull wieħed u waħda minnhom jagħmel progress bil-pass tiegħu. Il-ġenituri jifirħu meta wliedhom japplikaw Proverbji 27:11. (Aqra.) Imma għandhom jiftakru li l-mira tagħhom hi li jgħinu ’l uliedhom isiru dixxipli. B’dan f’moħħhom, għandhom jistaqsu lilhom infushom, ‘Ibni jew binti għandha biżżejjed għarfien biex tiddedika lilha nfisha lil Alla u titgħammed?’
IBNI JEW BINTI GĦANDHA BIŻŻEJJED GĦARFIEN?
7. Hemm bżonn li wieħed ikun jaf kull dettall taʼ kull tagħlim Bibliku qabel ikun jistaʼ jitgħammed? Spjega.
Kull dixxiplu taʼ Kristu għandu jibqaʼ jitgħallem anke wara li jitgħammed
7 Huma u jgħallmu lit-tfal tagħhom, il-ġenituri jgħinuhom ikunu jafu l-verità sew. Dan l-għarfien se jqanqal lit-tfal biex jiddedikaw lilhom infushom lil Alla. Imma dan ma jfissirx li tifel jew tifla għandha tkun taf kull dettall taʼ kull tagħlim Bibliku qabel tkun tistaʼ tiddedika ruħha u titgħammed. Kull dixxiplu taʼ Kristu għandu jibqaʼ jitgħallem anke wara li jitgħammed. (Aqra Kolossin 1:9, 10.) Mela wieħed kemm għandu bżonn ikun jaf qabel ikun jistaʼ jitgħammed?
8, 9. X’ġara lil gwardjan tal-ħabs f’Filippi, u x’nistgħu nitgħallmu mill-esperjenza tiegħu?
8 L-esperjenza taʼ waħda familja mill-passat tistaʼ tgħin lill-ġenituri llum. (Atti 16:25-33) Fis-sena 50, Pawlu mar il-belt taʼ Filippi fit-tieni vjaġġ missjunarju tiegħu. Waqt li kien hemm, hu u Sila ġew akkużati b’mod falz, arrestati, u mitfugħin il-ħabs. Matul il-lejl, kien hemm terremot qawwi li fetaħ il-bibien kollha tal-ħabs. Il-kalzrier, jew il-gwardjan tal-ħabs, ħaseb li l-priġunieri kollha kienu ħarbu, u ried joqtol lilu nnifsu. Imma Pawlu waqqfu. Imbagħad Pawlu u Sila għallmu lill-gwardjan tal-ħabs u lill-familja tiegħu l-verità dwar Ġesù. Huma emmnu l-affarijiet li tgħallmu dwar Ġesù u rrealizzaw kemm kien importanti li jobduh. Allura tgħammdu minnufih. X’nistgħu nitgħallmu mill-esperjenza tagħhom?
9 Il-gwardjan tal-ħabs setaʼ kien suldat Ruman irtirat. Ma kienx jaf il-Kelma t’Alla. Allura, biex isir Kristjan kellu jitgħallem veritajiet bażiċi mill-Bibbja, jifhem dak li Ġeħova jirrikjedi mill-qaddejja tiegħu, u jkun irid jobdi t-tagħlim taʼ Ġesù. Dak li tgħallem f’dak iż-żmien qasir għenu jkun irid jitgħammed. Bla dubju, hu kellu jkompli jitgħallem iktar wara li tgħammed. Allura, meta ibnek jew bintek tgħidlek li trid titgħammed għax tħobb lil Ġeħova u trid tobdih, x’tistaʼ tagħmel? Int tistaʼ tħalliha tkellem lill-anzjani biex ikunu jistgħu jiddeċiedu jekk tikkwalifikax għall-magħmudija. * (Ara n-nota taʼ taħt.) Bħall-Kristjani mgħammdin kollha, hi se tkompli titgħallem dwar Ġeħova sakemm iddum ħajja, saħansitra għal dejjem.—Rumani 11:33, 34.
X’INHI L-AĦJAR EDUKAZZJONI GĦAL IBNI JEW BINTI?
10, 11. (a) Xi ġenituri x’jaħsbu? (b) X’se jipproteġi tassew lil uliedna?
10 Xi ġenituri jaħsbu li jkun aħjar jekk uliedhom jitgħammdu biss wara li jkunu ħadu ftit edukazzjoni avvanzata u Ekkleżjasti 12:1.
jkollhom karriera tajba. Dawn il-ġenituri jistaʼ jkollhom intenzjonijiet tajbin, iżda għandhom jistaqsu lilhom infushom: ‘Se jgħin dan lil uliedi biex verament ikollhom suċċess? Jaqbel dan maʼ dak li nitgħallmu mill-Bibbja? Ġeħova kif iridna nużaw ħajjitna?’—Aqra11 Huwa importanti li niftakru li din id-dinja u l-affarijiet fiha huma kontra dak li jrid u jaħseb Ġeħova. (Ġakbu 4:7, 8; 1 Ġwanni 2:15-17; 5:19) Relazzjoni mill-qrib maʼ Ġeħova hi l-aħjar protezzjoni li tifel jew tifla jistaʼ jkollha kontra Satana, din id-dinja, u l-mod ħażin kif taħsibha d-dinja. Jekk il-ġenituri jpoġġu l-edukazzjoni u impjieg tajjeb fl-ewwel post fil-ħajja, binhom jew binthom probabbilment se temmen li l-affarijiet fid-dinja huma importanti iżjed minn relazzjoni mill-qrib maʼ Ġeħova. Dan hu perikoluż. Bħala ġenituri li tħobbu lil uliedkom, tassew tridu li din id-dinja tgħallimhom dak li hi taħseb li se jferraħhom? L-uniku mod kif ikollna suċċess u ferħ veru hu billi npoġġu lil Ġeħova l-ewwel f’ħajjitna.—Aqra Salm 1:2, 3.
XI NGĦIDU JEKK IBNI JEW BINTI TIDNEB?
12. Xi ġenituri għala jħossu li jkun aħjar jekk binhom jew binthom tistenna biex titgħammed?
12 Omm spjegat għala ma kinitx riedet lil bintha titgħammed. Qalet, “Nistħi ngħid li r-raġuni prinċipali kienet l-arranġament tal-qtugħ mis-sħubija.” Bħal din l-oħt, xi ġenituri jħossu li jkun aħjar għal binhom jew binthom li tistenna sakemm tkun kbira biżżejjed biex titgħammed, biex b’hekk tevita li tagħmel xi bluha. (Ġenesi 8:21; Proverbji 22:15) Dawn il-ġenituri għandhom mnejn iħossu li jekk binhom jew binthom ma tkunx mgħammda, ma tistax tiġi maqtugħa mis-sħubija. Imma x’hemm ħażin f’dan ir-raġunar?—Ġakbu 1:22.
13. Jekk xi ħadd mhuwiex mgħammed, ifisser dan li mhux responsabbli quddiem Ġeħova? Spjega.
13 M’għandniex xi ngħidu, il-ġenituri Ġakbu 4:17.) Ġenituri għaqlin ma jiskuraġġux ’l uliedhom milli jitgħammdu. Anke meta t-tfal ikunu żgħar, huma jgħallmuhom iħobbu dak li Ġeħova jgħid li hu tajjeb u jobogħdu dak li Hu jgħid li hu ħażin, l-istess bħalma jagħmlu huma. (Luqa 6:40) L-imħabba taʼ ibnek jew bintek għal Ġeħova se tipproteġiha milli tagħmel xi dnub serju, għax hi se tkun trid tagħmel dak li Ġeħova jgħid li hu tajjeb.—Isaija 35:8.
ma jridux li binhom jew binthom titgħammed qabel tkun lesta li tiddedika ħajjitha lil Ġeħova. Imma jkun żball li naħsbu li tifel jew tifla ma tkunx responsabbli quddiem Ġeħova jekk ma tkunx mgħammda. Tifel jew tifla ssir responsabbli quddiem Alla meta tkun taf x’inhu tajjeb u ħażin f’għajnejn Ġeħova. (AqraOĦRAJN JISTGĦU JGĦINU
14. L-anzjani kif jistgħu jappoġġjaw dak li qed jagħmlu l-ġenituri?
14 L-anzjani jistgħu jappoġġjaw dak li qed jagħmlu l-ġenituri billi jkunu pożittivi meta jitkellmu dwar miri fis-servizz taʼ Ġeħova. Waħda oħt ftakret li Ħuna Russell kellimha meta kellha sitt snin. Hi qalet, “Hu ħa 15-il minuta biex jiddiskuti miegħi l-miri spiritwali tiegħi.” X’kien ir-riżultat? Iktar tard, din l-oħt saret pijuniera, u għamlet dan ix-xogħol għal iktar minn 70 sena! Biċ-ċar, il-kliem pożittiv u l-inkuraġġiment jistgħu jaffettwaw il-ħajja kollha taʼ persuna. (Proverbji 25:11) L-anzjani jistgħu wkoll jistiednu lill-ġenituri u lit-tfal biex jgħinu fi proġetti tas-Sala tas-Saltna. Huma jistgħu jqabbdu t-tfal jagħmlu xogħol li jkun adattat għall-età u l-abbiltajiet tagħhom.
15. Oħrajn fil-kongregazzjoni kif jistgħu jgħinu lil uħud żgħar?
15 Oħrajn fil-kongregazzjoni kif jistgħu jgħinu? Billi juru interess personali xieraq f’uħud żgħar. Pereżempju, int tistaʼ toqgħod attent meta wħud żgħar juru sinjali li qed jersqu eqreb lejn Ġeħova. Kien hemm xi tifel jew żagħżugħ li ta kumment tajjeb fil-laqgħa, jew Salm 35:18.
ħa sehem fil-programm tal-laqgħa taʼ fost il-ġimgħa? Ta xhieda lil xi ħadd fl-iskola, jew għamel il-ħaġa t-tajba meta kien imħajjar jagħmel xi ħaġa ħażina? Jekk iva, taħsibhiex darbtejn biex tfaħħru! Aħna nistgħu nagħmlu l-mira li nkellmu lil uħud żgħar qabel u wara l-laqgħat. B’hekk, huma se jħossuhom parti mill-“kongregazzjoni l-kbira.”—GĦIN LIL IBNEK JEW BINTEK TAGĦMEL PROGRESS BIEX TITGĦAMMED
16, 17. (a) Għala hu importanti li t-tfal jitgħammdu? (b) X’ferħ jistaʼ jkollhom il-ġenituri Kristjani? (Ara l-ewwel stampa.)
16 Wieħed mill-akbar privileġġi tal-ġenituri hu li jgħallmu ’l uliedhom iħobbu lil Ġeħova. (Salm 127:3; Efesin 6:4) Fil-ġens taʼ Iżrael, it-tfal kienu dedikati lil Ġeħova mat-twelid. Imma t-tfal tagħna mhumiex. Il-fatt li l-ġenituri jħobbu lil Ġeħova u l-verità ma jfissirx li wliedhom se jagħmlu l-istess. Minn meta titwieled it-tarbija tagħhom, il-ġenituri għandu jkollhom il-mira li jgħinuha ssir dixxiplu, tiddedika lilha nfisha lil Alla, u titgħammed. X’jistaʼ jkun iktar importanti minn hekk? Wara kollox, id-dedikazzjoni, il-magħmudija, u s-servizz leali lejn Ġeħova huma l-affarijiet li se jagħmluha possibbli għall-individwu biex jiġi salvat matul it-tribulazzjoni l-kbira.—Mattew 24:13.
17 Meta Blossom Brandt riedet titgħammed, il-ġenituri tagħha riedu jkunu ċerti li kienet lesta għal dan. Meta aċċertaw ruħhom li kienet, huma appoġġjaw id-deċiżjoni tagħha. Blossom spjegat x’għamel missierha fil-lejla qabel tgħammdet: “Hu qalilna lkoll kemm aħna biex ninżlu għarkopptejna u qal talba. Hu qal lil Ġeħova kemm kien ferħan li ċ-ċkejkna bintu ddeċidiet li tiddedika ħajjitha Lilu.” Iktar minn 60 sena wara, Blossom tgħid: “Tistaʼ tibqaʼ ċert li kemm indum ħajja, qatt mhu se ninsa dik il-lejla!” Ġenituri, jalla intom ukoll ikollkom ferħ u sodisfazzjon meta taraw lil uliedkom isiru qaddejja dedikati u mgħammdin taʼ Ġeħova.
^ par. 9 Il-ġenituri jistgħu jiddiskutu maʼ wliedhom l-informazzjoni t’għajnuna fil-ktieb Questions Young People Ask—Answers That Work, Volume 2, paġni 304-310. Ara wkoll il-“Kaxxa għall-Mistoqsija” fil-Ministeru tas-Saltna t’April 2011, paġna 2.