BIJOGRAFIJA
It-Tfittxija Tiegħi Biex Ikolli Ħajja Kuntenta
WAQT li kont qiegħed fid-dgħajsa tal-qlugħ li kelli, f’nofs il-Mediterran, jien indunajt li beda dieħel ħafna ilma fid-dgħajsa. Imbagħad qamet maltempata. Dakinhar vera bżajt u wara ħafna snin erġajt bdejt nitlob. Kif spiċċajt f’din is-sitwazzjoni? Ejja ngħidilkom iktar dwar il-ħajja tiegħi u kif spiċċajt fuq din id-dgħajsa.
Jien twelidt fl-1948, fl-Olanda. Is-sena ta’ wara l-familji tiegħi marret tgħix f’São Paulo, il-Brażil. Il-ġenituri tiegħi kienu jmorru jisimgħu l-quddies b’mod regolari u bħala familja spiss wara l-ikla taʼ filgħaxija konna noqogħdu naqraw il-Bibbja. Fl-1959, aħna tlaqna mill-Brażil u morna ngħixu l-Istati Uniti, fejn bdejna ngħixu f’Massachusetts.
Konna familja taʼ tmienja u għalhekk missieri kellu jaħdem iebes. Matul is-snin hu ħadem bħala salesman tal-ivvjaġġar, ħaddiem tal-kostruzzjoni fit-toroq, u maʼ kumpanija tal-ajru internazzjonali. Meta missieri beda jaħdem maʼ din il-kumpanija tal-ajru, aħna konna kuntenti għax b’hekk stajna nsiefru ħafna drabi.
Meta kont immur l-iskola sekondarja spiss kont ngħid, ‘X’ħa nagħmel la nikber?’ Uħud minn sħabi għażlu li jmorru l-università u oħrajn għażlu li jidħlu suldati. Jien ma ridtx inkun suldat għax kont niddejjaq meta kien ikolli xi ngħid maʼ xi ħadd, aħseb u ara kemm kont se niġġieled. Għalhekk, iddeċidejt li mmur l-università. Imma l-iktar ħaġa li xtaqt
kienet li ngħin lin-nies, għax kont naħseb li dan se jġibli l-ferħ fil-ħajja tiegħi.META KONT L-UNIVERSITÀ
Fl-università studjajt minn fejn ġiet il-ħajja għax dan is-suġġett kien jinteressani. L-għalliema kienu jgħallmu l-evoluzzjoni u huma kienu jippretendu li aħna nemmnuha. Imma għalija xi affarijiet ma kinux jagħmlu sens u l-għalliema riduna nemmnuhom mingħajr provi.
Fil-lezzjonijiet li kien ikollna ma kinux jgħallmuna kif nistgħu ngħixu ħajja tajba. Minflok, kienu jgħallmuna biex nagħmlu dak kollu li nistgħu biex inġibu riżultati tajbin l-università. Meta kont immur il-parties mal-ħbieb u bdejt nieħu d-droga, kont inħossni ferħan. Imma ma tantx kont indum inħossni hekk. Jien kont nistaqsi, ‘Dan hu l-iskop tal-ħajja?’
Imbagħad, jien mort ngħix fil-belt taʼ Boston u bdejt immur l-università t’hemmhekk. Biex inħallas l-ispejjeż tal-iskola, meta kien ikolli l-vaganzi kont naħdem u fix-xogħol li kelli ltqajt għall-ewwel darba max-Xhieda taʼ Ġeħova. Wieħed li kien jaħdem miegħi semmieli l-profezija tas-“sebaʼ żminijiet” li nsibu f’Danjel kapitlu 4 u spjegali li qed ngħixu fl-aħħar żmien. (Dan. 4:13-17) Jien indunajt li jekk se nkompli nitkellem miegħu dwar il-Bibbja u nibda nemmen dak li nkun qed nitgħallem, kien se jkolli nagħmel ħafna bidliet fil-ħajja tiegħi. Għalhekk, kont nagħmel minn kollox biex ma niltaqax miegħu.
Meta kont l-università għamilt xi korsijiet biex inkun preparat għal xogħol volontarju fl-Amerika t’Isfel. Jien ħsibt li jekk nagħmel affarijiet tajbin biex ngħin lil oħrajn kont se nkun kuntent fil-ħajja tiegħi. Imma mbagħad indunajt li dan xorta ma kienx se jġibli l-ferħ. Ħassejtni diżappuntat u għalhekk ma bqajtx immur l-università.
BQAJT NIPPROVA NSIB IL-FERĦ F’PAJJIŻI OĦRA
F’Mejju tal-1970, jien mort ngħix Amsterdam, l-Olanda, u bdejt naħdem mal-istess kumpanija tal-ajru li kien jaħdem magħha missieri. Minħabba dan ix-xogħol jien stajt insiefer ħafna. Mort pajjiżi fl-Afrika, fl-Amerka taʼ Fuq u fl-Amerka t’Isfel, fl-Ewropa, u fl-Asja. Jien irrealizzajt li tmur fejn tmur, kull pajjiż għandu l-problemi tiegħu u ħadd ma jistaʼ jsolvihom. Imma jien xorta xtaqt nagħmel xi ħaġa importanti fil-ħajja tiegħi. Għalhekk, iddeċidejt li nerġaʼ mmur lura l-Istati Uniti u nerġaʼ mmur l-istess università f’Boston biex inkompli nistudja.
Jien malajr indunajt li dak li kont qed nitgħallem l-università ma kienx se jgħinni biex insib ir-risposti għall-mistoqsijiet tiegħi. Ma kontx naf x’se naqbad nagħmel, għalhekk tlabt parir lil wieħed mill-professuri li kellna. Jien bqajt iċċassat xħin qalli: “Għala se tibqaʼ tistudja? Missek taqbad u tieqaf.” Hu ma kellux għalfejn jerġaʼ jgħidli għax jien ma mortx iżjed.
Minħabba li f’ħajti ma kellix skop, jiena ngħaqadt maʼ grupp taʼ hippies li kienu kontra l-gwerer u kienu jinkuraġġixxu lin-nies biex iħobbu lil xulxin. Jien u grupp taʼ ħbieb ridna nivvjaġġaw mill-Istati Uniti għall-Messiku, u għalhekk qgħadna nwaqqfu n-nies biex niddobbaw lift. Konna ngħixu mal-hippies u
huma kienu jidhru li l-ħajja tagħhom hi bla problemi u inkwiet. Imma mbagħad indunajt li l-mod kif kienu jgħixu ma kienx jagħmel sens u ma kienx iġib ferħ. Barra minn hekk, ħafna minnhom ma kinux onesti u leali.IT-TFITTXIJA TIEGĦI PERMEZZ TAʼ DGĦAJSA TAL-QLUGĦ
Matul dan iż-żmien erġajt ftakart f’xi ħaġa li xtaqt nagħmel meta kont żgħir. Jien ridt indur id-dinja fuq il-baħar, mhux bħala baħri, imma bħala kaptan. L-uniku mod kif stajt nagħmel dan huwa billi jkolli dgħajsa. Minħabba li ħabib tiegħi, Tom, kellu l-istess xewqa dorna d-dinja flimkien. Jien ridt insib gżira tropikali sabiħa biex b’hekk inkun maqtugħ min-nies u nkun nistaʼ ngħix ħajti kif irrid jien.
Jien u Tom ivvjaġġajna lejn Arenys de Mar, viċin Barċellona fi Spanja. Hemm aħna xtrajna dgħajsa tal-qlugħ kbira 9.4 metri li kien jisimha Llygra. Aħna dorna d-dgħajsa biex b’hekk meta nkunu qed nivvjaġġaw ikollna moħħna mistrieħ. Peress li ma kellniex għaġla biex naslu fuq il-post, aħna qlajnielha l-magna biex ikollna aktar spazju fejn nerfgħu l-ilma. Biex inkunu nistgħu nikkontrollawha meta nidħlu f’portijiet żgħar, xtrajna żewġ imqadef taʼ 5 metri. Fl-aħħar, bdejna l-vjaġġ tagħna lejn is-Seychelles, fl-Oċean Indjan. Il-pjan tagħna kien li nivvjaġġaw mal-kosta tal-Afrika u nduru mal-Cape of Good Hope, l-Afrika t’Isfel. Aħna użajna l-istilel, il-kotba, u strumenti sempliċi biex jgħinuna nsibu d-direzzjoni. Kien tal-għaġeb li permezz taʼ dawn l-affarijiet stajna nkunu nafu eżatt fejn qegħdin.
Ma domniex ma ndunajna li din id-dgħajsa antika ma kinitx tajba biex nivvjaġġaw biha fl-oċean. Kull siegħa beda jidħol madwar 22 litru ilma! U kif għedtilkom fil-bidu, matul il-maltempata li nqalgħet, jien bżajt ħafna u wara ħafna snin erġajt tlabt għall-ewwel darba. Jien wegħedt lil Alla li jekk insalvaw, se nipprova nsir nafu. Il-maltempata waqfet u jien żammejt il-wegħda li għamilt.
Jien bdejt naqra l-Bibbja waqt li konna fuq il-baħar. Kemm kont nieħu pjaċir għall-kwiet fuq id-dgħajsa, bejn sema u ilma, nara d-dniefel, il-ħut li jtir fuq l-ilma, u l-orizzont li ma jispiċċa qatt. Mal-lejl kont nieħu pjaċir nara dawk l-istilel kollha fis-sema, u dan ikkonvinċieni li hemm Alla li hu interessat fina.
Wara li għamilna ġimgħat nivvjaġġaw fuq il-baħar, wasalna fil-port taʼ Alicante, Spanja. Hemmhekk, aħna provajna nbigħu d-dgħajsa biex inkunu nistgħu nixtru waħda aħjar. Imma bla dubju, ma kienx faċli biex inbigħuha malajr, minħabba li kienet antika, bla magna, u tagħmel l-ilma! Imma jien użajt dan il-ħin biex noqgħod naqra l-Bibbja.
Aktar ma bdejt naqra l-Bibbja, aktar bdejt ninduna li hija ktieb li jistaʼ jgħinna nkunu ferħanin f’ħajjitna. Kont impressjonat kemm il-Bibbja tispjega ċar li għandna ngħixu ħajja nadifa. U ma nafx għala ħafna nies, inkluż jien, jgħidu li huma Kristjani mbagħad ma jobdux dak li tgħid il-Bibbja.
Kont determinat li nagħmel il-bidliet kbar li kelli bżonn biex ngħix ħajja nadifa, għalhekk ma bqajtx nieħu drogi. Kont inħoss li hemm nies li jobdu dak li tgħid il-Bibbja. Għat-tieni darba, tlabt lil Alla biex jgħinni nsibhom.
X’GĦAMILT BIEX INSIB IR-RELIĠJON VERA
Jien ridt neżamina r-reliġjonijiet kollha biex insib ir-reliġjon vera. Waqt li kont nimxi fit-toroq taʼ Alicante, kont nara ħafna bini t’għaqdiet reliġjużi. Imma minħabba li ħafna minnhom kellhom l-istatwi, kont naf li ma kinux ir-reliġjon vera.
Darba waħda, il-Ħadd waranofsinhar, kont qiegħed fuq għolja nħares lejn il-port, u bdejt naqra Ġakbu 2:1-5, fejn jgħid li mhux sew li tittratta lis-sinjuri aħjar mill-fqar. Waqt li kont miexi lura lejn id-dgħajsa, għaddejt minn quddiem sala li fiha kien jidher li qisu kien hemm xi laqgħa reliġjuża, u fuq it-tabella kien hemm miktub “Sala tas-Saltna tax-Xhieda taʼ Ġeħova.”
Jien ridt nara kif dawn in-nies kienu se jittrattawni. Għalhekk, dħalt fis-Sala tas-Saltna ħafi, bid-daqna, u bil-jeans imqattaʼ. L-attendant qalli biex inpoġġi fejn mara anzjana li għenitni nsib l-iskritturi li kien qed isemmi l-kelliemi. Wara l-laqgħa bqajt iċċassat, għax dawk li ġew ikellmuni tgħidx kemm kienu orrajt. Wieħed raġel stidinni biex immur id-dar tiegħu ħalli nitkellmu flimkien, imma billi kont għadni ma qrajtx il-Bibbja kollha, jien għedtlu, “Meta nkun lest biex niġi, ngħidlek.” Sadanittant, jien bdejt immur il-laqgħat.
Ftit ġimgħat wara, jien mort inżur lil dak ir-raġel li stidinni d-dar tiegħu u hu wieġeb il-mistoqsijiet li kelli dwar il-Bibbja. Il-ġimgħa taʼ wara tani basket mimli ħwejjeġ sbieħ. Hu qalli li taʼ min kienu l-ħwejjeġ spiċċa l-ħabs minħabba li obda l-kmand tal-Bibbja li nħobbu lil xulxin u għax ma riedx imur iktar għall-gwerra. (Is. 2:4; Ġw. 13:34, 35) Issa kont ċert li jien sibt dak li kont qed infittex, nies li jobdu dak li tgħid il-Bibbja b’mod ċar. Issa l-mira tiegħi ma baqgħetx li mmur ngħix fuq gżira għall-kwiet imma li nifhem u nistudja l-Bibbja. Għalhekk, erġajt mort lura l-Olanda.
BDEJT INFITTEX XOGĦOL
Għamilt erbat ijiem nivvjaġġa biex immur fil-belt Groningen, fl-Olanda. Hemmhekk fittixt xogħol biex naqlaʼ xi ħaġa tal-flus. Jien mort għand mastrudaxxa biex nara għandux xi xogħol għalija. Hu tani formola u fiha kien hemm mistoqsijiet differenti u waħda mill-mistoqsijiet kienet x’reliġjon kelli. Jien ktibt, “Xhud taʼ Ġeħova.” Meta s-sid qraha, minn wiċċu ndunajt li ma ħax pjaċir. Hu qalli, “Issa nċempillek jien.” Imma qatt ma ċempel.
Kien hemm mastrudaxxa ieħor u staqsejtu jekk għandux bżonn l-għajnuna. Hu staqsieni xi skola kelli u liema xogħlijiet kont għamilt Salm 37:4) Jiena ħdimt fil-ħanut taʼ dan il-ħu għal sena. Matul dak iż-żmien studjajt il-Bibbja miegħu u mbagħad tgħammidt f’Jannar 1974.
qabel. Jien għedtlu li kont irranġajt id-dgħajsa tal-qlugħ li kelli. Ma ħsibtx li se jgħidli, “Tistaʼ tibda llum basta ma taqlagħlix inkwiet fil-ħanut għax jien wieħed mix-Xhieda taʼ Ġeħova u napplika l-prinċipji li hemm fil-Bibbja.” Ma kontx qed nistennieh se jgħidli hekk u għedtlu, “Jien ukoll wieħed mix-Xhieda taʼ Ġeħova.” Bla dubju minħabba li kelli xagħri twil u d-daqna, hu kien jaf li ma kontx Xhud. Imbagħad qalli, “Mela għandna bżonn nistudjaw il-Bibbja flimkien” u jien mill-ewwel għedtlu iva. Hemmhekk indunajt għala l-mastrudaxxa l-ieħor ma kienx ċempilli. Ġeħova kien qed iwieġeb it-talb tiegħi. (FL-AĦĦAR BDEJT NGĦIX ĦAJJA KUNTENTA!
Fi Frar bdejt naqdi bħala pijunier u dan ġabli ħafna ferħ. Xahar wara mort Amsterdam biex ngħin fi grupp tal-lingwa Spanjola li kien għadu kif beda. Jiena kont nieħu pjaċir ħafna nikkonduċi l-istudji tal-Bibbja bl-Ispanjol u l-Portugiż. F’Mejju tal-1975, irċivejt il-privileġġ biex naqdi bħala pijunier speċjali.
Darba waħda, oħt pijuniera jisimha Ineke, ġiet fil-laqgħa tagħna bl-Ispanjol biex tlaqqaʼ lill-istudent tagħha mill-Bolivja mal-aħwa li jitkellmu bl-Ispanjol. Jien u Ineke bdejna niktbu l-ittri biex insiru nafu lil xulxin u mill-ewwel indunajna li għandna l-istess miri. Aħna żżewwiġna fl-1976 u bqajna naqdu bħala pijunieri speċjali sal-1982, fejn imbagħad ġejna mistidnin biex nattendu t-73 klassi taʼ Gilegħad. Konna sorpriżi u ferħanin ħafna meta ġejna assenjati biex immorru l-Afrika, fejn qdejna għal ħames snin Mombasa, il-Kenja. Imbagħad, fl-1987 ġejna assenjati biex immorru t-Tanzanija, fejn ix-xogħol tal-ippritkar setaʼ jerġaʼ jibda jsir. Hemmhekk għamilna 26 sena u mbagħad morna lura l-Kenja.
Meta konna naraw nies umli jitgħallmu l-veritajiet tal-Bibbja vera konna nħossuna ferħanin. Pereżempju, l-ewwel student tal-Bibbja li kelli minn Mombasa kien raġel li ltqajt miegħu waqt li kont qed nipprietka f’postijiet pubbliċi. Wara li offrejtlu żewġ rivisti hu qalli, “Meta naqra dawn x’se nagħmel imbagħad?” Il-ġimgħa taʼ wara bdejna nistudjaw il-Bibbja permezz tal-ktieb Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art li kien għadu kif joħroġ bis-Swaħili. Sena wara tgħammed u beda jaqdi bħala pijunier regolari. Hu u l-mara tiegħu rnexxielhom jgħinu lil kważi 100 persuna biex jiddedikaw ħajjithom lil Ġeħova u jitgħammdu.
Meta sirt naf x’inhu l-iskop tal-ħajja ħassejtni bħal dak ir-raġel li vjaġġa biex isib perla prezzjuża u meta sabha għamel minn kollox biex ma jitlifhiex. (Mt. 13:45, 46) Jien ridt inqattaʼ l-kumplament taʼ ħajti ngħin lin-nies isiru jafu wkoll x’inhu l-iskop tal-ħajja. Jien u l-mara tiegħi rajna kemm verament Ġeħova jgħin lin-nies tiegħu biex jgħixu ħajja mill-isbaħ.