Ngħidu l-verità
“Tkellmu bil-verità maʼ xulxin.”—ŻAKKARIJA 8:16.
1, 2. Liema ħaġa kellha l-agħar effett possibbli fuq l-umanità, u min kien responsabbli għaliha?
IT-TELEFOWN, il-bozza, il-karozza, u l-friġġ huma xi invenzjonijiet li għamlulna l-ħajja aħjar. Invenzjonijiet oħrajn, bħall-bomba nukleari, l-armi tan-nar, il-bombi li jinħbew taħt l-art, u s-sigaretti, ipperikolawlna l-ħajja ħafna iktar. Imma hemm xi ħaġa li hi eqdem minn dawn kollha u li kellha l-agħar effett possibbli fuq l-umanità. X’inhi? Il-gidba! Gidba hi li ngħidu xi ħaġa li nafu li mhijiex vera biex inqarrqu b’xi ħadd. Min qal l-ewwel gidba? Ix-Xitan! Ġesù Kristu sejjaħlu “missier il-gidba.” (Aqra Ġwanni 8:44.) Meta kienet l-ewwel darba li gideb?
2 Din kienet eluf taʼ snin ilu fil-ġnien tal-Għeden. Adam u Eva kienu qed igawdu l-ħajja fil-Ġenna tal-art mill-isbaħ li Ġeħova kien ħalaq għalihom. Alla kien qalilhom li jekk jieklu “mis-siġra taʼ l-għarfien tat-tajjeb u l-ħażin,” kienu se jmutu. Għalkemm Satana kien jaf dan, hu uża serp biex jgħid lil Eva: “Żgur li ma tmutux.” Din kienet l-ewwel gidba. Satana qal ukoll: “Alla jaf li fil-jum li tieklu minnu Ġenesi 2:15-17; 3:1-5.
għajnejkom jinfetħu u tkunu bħal Alla, tagħrfu t-tajjeb u l-ħażin.”—3. Il-gidba taʼ Satana għala kienet malizzjuża, u x’ġara minħabba fiha?
3 Il-gidba taʼ Satana kienet malizzjuża għax kien jaf li jekk Eva temmnu u tiekol mill-frotta, hi kienet se tmut. U eżattament hekk ġara. Eva u iktar tard Adam m’obdewx il-kmand taʼ Ġeħova u fl-aħħar mietu. (Ġenesi 3:6; 5:5) Iktar minn hekk, minħabba d-dnub t’Adam, “il-mewt infirxet fuq il-bnedmin kollha.” Fil-fatt, “il-mewt saltnet . . . , anki fuq dawk li ma dinbux b’mod simili għal kif kiser il-liġi Adam.” (Rumani 5:12, 14) Huwa għalhekk li m’aħniex perfetti u ma ngħixux għal dejjem kif kien l-iskop t’Alla. Minflok, aħna ngħixu madwar “sebgħin sena; u jekk minħabba xi setgħa speċjali jkunu tmenin.” U ħajjitna mimlija bl-“inkwiet u l-uġigħ.” (Salm 90:10) Dan kollu ġara minħabba l-gidba taʼ Satana!
4. (a) X’mistoqsijiet jeħtieġ li nkunu nafu nwieġbu? (b) Skont Salm 15:1, 2, min biss jistaʼ jkun il-ħabib taʼ Ġeħova?
4 Dwar Satana, Ġesù qal: “Ma żammx sħiħ fil-verità, għax il-verità mhix fih.” Satana ma nbidilx. Hu għadu qed “iqarraq bl-art abitata kollha” bil-gideb tiegħu. (Rivelazzjoni 12:9) Imma aħna ma rridux lil Satana jqarraq bina. Allura jeħtieġ inkunu nafu t-tweġiba għal tliet mistoqsijiet. Satana kif qed iqarraq bin-nies illum? In-nies għala jigdbu? U kif nistgħu ngħidu l-verità l-ħin kollu sabiex ma nitilfux il-ħbiberija maʼ Ġeħova, bħalma ġralhom Adam u Eva?—Aqra Salm 15:1, 2.
KIF SATANA QED IQARRAQ BIN-NIES
5. Satana kif qed iqarraq bin-nies illum?
5 Aħna nistgħu nevitaw li nitqarrqu minn Satana. L-appostlu Pawlu qal: “Il-pjanijiet tiegħu nafuhom.” (2 Korintin 2:11) Aħna nafu li Satana jikkontrolla lid-dinja kollha, inkluż lir-reliġjon falza, lill-gvernijiet korrotti, u lin-negozjanti rgħiba. (1 Ġwanni 5:19) Allura ma niħduhiex bi kbira li Satana u d-demonji tiegħu jinfluwenzaw lin-nies f’pożizzjoni għolja biex ‘jigdbu.’ (1 Timotju 4:1, 2) Pereżempju, fir-reklami tagħhom xi negozjanti jigdbu biex ibigħu prodotti li jagħmlu l-ħsara jew biex iqarrqu bin-nies u jiħdulhom il-flus.
6, 7. (a) Il-gideb tal-mexxejja reliġjużi għala hu speċjalment gravi? (b) Inti x’gideb smajthom jgħidu lill-mexxejja reliġjużi?
6 Iktar gravi minn dan huwa l-gideb tal-mexxejja reliġjużi. Għala? Għax jekk xi ħadd jemmen it-tagħlim falz tagħhom u jagħmel affarijiet li Alla jobgħod, hu jistaʼ jitlef l-opportunità li jgħix għal dejjem. (Ħosea 4:9) Ġesù kien jaf li l-mexxejja reliġjużi fi żmienu kienu qed iqarrqu bin-nies. B’kuraġġ qalilhom: “Gwaj għalikom, skribi u Fariżej, ipokriti! Għax taqsmu l-baħar u l-art biex tikkonvertu bniedem wieħed, u meta jikkonverti tagħmluh bniedem li jistħoqqlu jmur Geħenna,” jiġifieri, qerda għal dejjem. (Mattew 23:15, nota taʼ taħt) Ġesù qal li dawn il-mexxejja reliġjużi foloz kienu eżatt bħal missierhom ix-Xitan, li hu “qattiel.”—Ġwanni 8:44.
Rumani 1:18, 25) Xi ftit mill-gideb tagħhom hu: in-nar tal-infern, ir-ruħ immortali, ir-riinkarnazzjoni, jiġifieri li wieħed jerġaʼ jgħix bħala bniedem ieħor jew bħala xi ħaġa ħajja oħra, u li Alla jaċċetta stili taʼ ħajja omosesswali u żwiġijiet bejn tnejn tal-istess sess.
7 Anke fi żmienna hawn ħafna mexxejja reliġjużi. Dawn forsi jissejħu pastors, qassisin, rabbini, jew b’titli oħrajn. Bħall-Fariżej, dawn ma jgħallmux il-verità mill-Kelma t’Alla imma “bidlu l-verità t’Alla mal-gidba.” (8. X’gidba dalwaqt se jgħidu l-politikanti, imma aħna kif għandna nirreaġixxu?
8 Anke l-politikanti użaw il-gideb biex iqarrqu bin-nies. Waħda mill-ikbar gidbiet li l-politikanti dalwaqt se jgħidu hi li ġabu “paċi u sigurtà” fid-dinja. Imma “mbagħad tiġi fuqhom minnufih qerda f’daqqa.” Għalhekk m’għandniex nemmnu lil dawn il-politikanti li jgħidu li l-affarijiet sejrin għall-aħjar. Il-verità hi li aħna ‘nafu tajjeb li jum Ġeħova ġej eżattament bħal ħalliel bil-lejl.’—1 Tessalonikin 5:1-4.
GĦALA N-NIES JIGDBU
9, 10. (a) In-nies għala jigdbu, u dal-gideb għal xiex iwassal? (b) X’għandna niftakru dwar Ġeħova?
9 Illum, mhux in-nies f’pożizzjoni għolja biss jigdbu. L-artiklu “Għala nigdbu,” miktub minn Y. Bhattacharjee, jgħid li “l-gideb sar rikonoxxut bħala karatteristika umana mnaqqxa fil-fond.” Fi kliem ieħor, in-nies jaħsbu li hu naturali u normali li wieħed jigdeb. In-nies spiss jigdbu biex jipproteġu lilhom infushom, forsi biex jaħbu żbalji jew atti kriminali li jkunu għamlu. Huma jigdbu wkoll biex jakkwistaw il-flus jew biex jibbenefikaw b’xi mod ieħor. L-artiklu jgħid ukoll li xi nies m’għandhomx problema biex jigdbu “lil min ma jafuhx, lil sħabhom tax-xogħol, lil ħbiebhom, u lil dawk li jħobbu.”
Il-giddibin jistgħu jqarrqu bin-nies, imma ma jistgħux iqarrqu b’Ġeħova
10 Għal xiex iwassal dan il-gideb kollu? In-nies m’għadhomx jafdaw lil xulxin, u r-relazzjonijiet bejniethom qed jiġu fix-xejn. Pereżempju, immaġina x’diżappunt kbir ikun għal raġel leali li jsir jaf li martu kellha x’taqsam maʼ xi ħadd ieħor u mbagħad gidbitlu biex taħbi dak li għamlet. Jew kemm hi xi ħaġa terribbli li mara u wliedha jiġu trattati ħażin mill-kap tal-familja meta jkunu d-dar, imma mbagħad jagħmilha tabirruħu li jħobbhom u jimpurtah minnhom meta jkun hemm nies oħrajn. Uħud bħal dawn jistgħu jqarrqu bin-nies, imma għandna niftakru li ma jistgħux iqarrqu b’Ġeħova. Il-Bibbja tgħid li “kollox hu għeri u mikxuf beraħ quddiemu.”—Ebrej 4:13.
11. X’jgħallimna l-eżempju ħażin taʼ Ananija u Safira? (Ara l-ewwel stampa.)
11 Fil-Bibbja hemm eżempju taʼ koppja Kristjana li ġew influwenzati minn Atti 5:1-10.
Satana biex jigdbu lil Alla. Ananija u Safira pprovaw iqarrqu bl-appostli. Huma biegħu biċċa proprjetà minn tagħhom u mbagħad taw biss parti mill-flus lill-appostli. Ananija u Safira riedu jimpressjonaw lil oħrajn fil-kongregazzjoni, allura qalu lill-appostli li kienu taw il-flus kollha li qalgħu. Imma Ġeħova kien jaf li kienu qed jigdbu, u kkastigahom.—12. X’se jiġrilhom dawk li jgħidu gideb malizzjuż u ma jindmux, u għala?
12 Ġeħova kif iħossu dwar dawk li jigdbu? Kull min jgħid gideb malizzjuż u ma jindimx se jispiċċa “fl-għadira tan-nar,” l-istess bħal Satana. Fi kliem ieħor, se jinqered għal dejjem. (Rivelazzjoni 20:10; 21:8; Salm 5:6) Għala? Għax lil dawn il-giddibin Ġeħova jpoġġihom fl-istess kategorija taʼ kull min jaġixxi bħall-“klieb,” jiġifieri, dawk li l-prattiki tagħhom huma diżgustanti f’għajnejn Alla.—Rivelazzjoni 22:15.
13. Aħna x’nafu dwar Ġeħova, u dan xi jqanqalna nagħmlu?
13 Aħna nafu li Ġeħova “m’huwiex xi bniedem biex jgħid il-gideb” u li huwa “impossibbli li Alla jigdeb.” (Numri 23:19; Ebrej 6:18) Ġeħova “jobgħod . . . ilsien falz.” (Proverbji 6:16, 17) Jekk irridu nogħġbuh, għandna ngħidu l-verità l-ħin kollu. Allura ma ‘nigdbux lil xulxin.’—Kolossin 3:9.
AĦNA ‘NITKELLMU BIL-VERITÀ’
14. (a) Il-Kristjani veri kif inhuma differenti minn membri taʼ reliġjonijiet foloz? (b) Spjega l-prinċipju f’Luqa 6:45.
14 Liema hu mod wieħed kif il-Kristjani veri huma differenti minn membri taʼ reliġjonijiet foloz? Aħna ‘nitkellmu bil-verità.’ (Aqra Żakkarija 8:16, 17.) Pawlu qal: “Nirrikkmandaw lilna nfusna bħala ministri t’Alla . . . bi kliem mimli verità.” (2 Korintin 6:4, 7) U Ġesù qal li n-nies jitkellmu ‘mill-abbundanza li jkollhom f’qalbhom.’ (Luqa 6:45) Dan ifisser li persuna onesta se tgħid il-verità. Se tgħid il-verità lil min ma tafx, lil sħabha tax-xogħol, lil ħbiebha, u lil dawk li tħobb. Ejja niddiskutu xi eżempji taʼ kif nistgħu nuru li qed nipprovaw inkunu onesti f’kollox.
15. (a) Għala hu ħażin li tgħix ħajja doppja? (b) X’jistaʼ jgħin liż-żgħażagħ jirreżistu l-pressjoni minn dawk tamparhom? (Ara n-nota taʼ taħt.)
15 Jekk int żagħżugħ, forsi tkun trid tiġi aċċettat minn dawk tamparek. Iżda minħabba din ix-xewqa, xi żgħażagħ qed jgħixu ħajja doppja. Huma jagħmluha tabirruħhom li qed jimxu mal-livelli t’Alla meta jkunu mal-familja u l-kongregazzjoni tagħhom, imma jkunu kompletament differenti waqt li qed jużaw il-midja soċjali jew waqt li jkunu maʼ nies li ma jaqdux lil Ġeħova. Huma forsi jgħidu kliem ħażin, jilbsu immodest, jisimgħu mużika b’lirika ħażina, jiskru, jieħdu d-drogi, joħorġu maʼ ġuvni jew tfajla bil-moħbi, jew jagħmlu affarijiet ħżiena oħra. Huma jkunu qed jigdbu lill-ġenituri tagħhom, lil ħuthom fil-kongregazzjoni, u lil Ġeħova. (Salm 26:4, 5) Imma Ġeħova jaf meta aħna ngħidu li qed nonorawh u mbagħad nagħmlu affarijiet li hu jobgħod. (Marku 7:6) Kemm ikun aħjar li nagħmlu bħalma jgħid il-proverbju: “Tħallix qalbek tgħir għall-midinbin, imma ibżaʼ minn Ġeħova l-jum kollu.”—Proverbji 23:17. * (Ara n-nota taʼ taħt.)
16. Kif għandna nwieġbu l-mistoqsijiet li qegħdin fil-formola tas-servizz full-time?
16 Jekk tixtieq issir pijunier regolari jew taqdi fis-servizz full-time speċjali, bħal pereżempju f’Betel, se jkollok timla formola. Hu importanti ħafna li twieġeb b’mod onest il-mistoqsijiet dwar saħħtek, x’tip taʼ divertiment tagħżel, u x’ħajja qed tgħix. (Ebrej 13:18) Imma xi ngħidu jekk għamilt xi ħaġa li Ġeħova jobgħod jew li tniggeż il-kuxjenza tiegħek u għadek ma tkellmitx dwarha mal-anzjani? Itlobhom jgħinuk biex tkun tistaʼ taqdi lil Ġeħova b’kuxjenza nadifa.—Rumani 9:1; Galatin 6:1.
17. X’għandna nagħmlu meta dawk li jippersegwitawna jistaqsuna dwar ħutna?
17 X’għandek tagħmel jekk fil-pajjiż fejn tgħix ix-xogħol tagħna ma jistax isir u l-awtoritajiet jarrestawk u jistaqsuk dwar ħutek? Għandek tgħidilhom dak kollu li taf? Ġesù x’għamel meta Ekkleżjasti 3:1, 7; Mattew 27:11-14) Jekk qegħdin f’sitwazzjoni simili, għandna bżonn naġixxu b’mod diskret u b’attenzjoni ħalli ma npoġġux lil ħutna fil-periklu.—Proverbji 10:19; 11:12.
gvernatur Ruman interrogah? Ġesù applika l-prinċipju Bibliku li hemm “żmien li toqgħod kwiet u żmien li titkellem,” u xi drabi ma qal xejn affattu! (18. X’responsabbiltà għandna jekk l-anzjani jistaqsuna dwar ħu jew oħt fil-kongregazzjoni?
18 Xi ngħidu jekk xi ħadd fil-kongregazzjoni għamel dnub serju u int taf b’dan? L-anzjani għandhom ir-responsabbiltà li jżommu l-kongregazzjoni nadifa moralment, u għalhekk għandhom mnejn jistaqsuk x’taf dwar is-sitwazzjoni. X’se tagħmel, speċjalment jekk dan ix-xi ħadd hu ħabib tal-qalb jew jiġi minnek? Il-Bibbja tgħid: “Min jesprimi l-fedeltà se jgħid dak li hu sewwa.” (Proverbji 12:17; 21:28) Għalhekk għandek ir-responsabbiltà li tgħid lill-anzjani l-verità kollha mingħajr ma taħbi xi fatti. L-anzjani għandhom dritt ikunu jafu l-fatti kollha sabiex ikunu jistgħu jsibu l-aħjar mod kif jgħinu lill-individwu jirranġa r-relazzjoni tiegħu maʼ Ġeħova.—Ġakbu 5:14, 15.
19. X’se niddiskutu fl-artiklu li jmiss?
19 David talab lil Ġeħova: “Int tgħaxxaqt bil-verità fil-qalb.” (Salm 51:6) David kien jaf li l-iktar importanti hu dak li aħna minn ġewwa. F’kull ħin u kull mument, Kristjani veri ‘jitkellmu l-verità maʼ xulxin.’ Mod ieħor kif nuru li aħna differenti minn membri taʼ reliġjonijiet foloz hu billi ngħallmu l-verità mill-Bibbja. Fl-artiklu li jmiss, se niddiskutu kif nistgħu nagħmlu dan fil-ministeru tagħna.
^ par. 15 Ara mistoqsija 6, “Kif nistaʼ nirreżisti l-pressjoni minn dawk tampari?” fil-browxer “Tweġibiet għal 10 mistoqsijiet li ż-żgħażagħ jistaqsu” u kapitlu 16, “A Double Life—Who Has to Know?,” fil-ktieb Questions Young People Ask—Answers That Work, Volume 2.