ARTIKLU GĦALL-ISTUDJU 42
Kif Tgħin lil Student tal-Bibbja Jagħmel Progress u Jitgħammed—It-Tieni Parti
“Oqgħod attent il-ħin kollu għalik innifsek u għat-tagħlim tiegħek.”—1 TIM. 4:16.
GĦANJA 77 Dawl f’dinja mudlama
ĦARSA BIL-QUDDIEM *
1. Kif nafu li x-xogħol taʼ li nagħmlu dixxipli jsalva l-ħajja tan-nies?
IX-XOGĦOL taʼ li nagħmlu dixxipli jsalva l-ħajja tan-nies! Kif nafu? Meta Ġesù ta l-kmand li nsibu f’Mattew 28:19, 20, hu qal: “Morru u agħmlu dixxipli . . . , [u] għammduhom.” ll-magħmudija kemm hi importanti? Ħafna! Għax biex ngħixu għal dejjem irridu nitgħammdu. Xi ħadd li jrid jitgħammed għandu jemmen li hu jistaʼ jgħix għal dejjem minħabba li Ġesù miet għalina u ġie rxoxtat. Hu għalhekk li l-appostlu Pietru qal lil ħutu l-Kristjani li l-magħmudija “issa qed issalva lilkom, . . . permezz taʼ l-irxoxt taʼ Ġesù Kristu.” (1 Pt. 3:21) Għalhekk, meta dixxiplu jitgħammed, hu jistaʼ jkollu t-tama li jgħix għal dejjem.
2. Skont it-2 Timotju 4:1, 2, x’tip taʼ għalliema għandna nkunu?
2 Biex nagħmlu dixxipli rridu niżviluppaw “l-arti tat-tagħlim,” jiġifieri, insiru għalliema tajbin. (Aqra t-2 Timotju 4:1, 2.) Għala? Għax Ġesù kkmandana: “Morru u agħmlu dixxipli . . . , u għallmuhom.” U anki l-appostlu Pawlu qal: “Żomm maʼ dawn l-affarijiet, għax jekk tagħmel dan issalva kemm lilek innifsek u kemm lil dawk li jisimgħuk.” Mela bir-raġun li Pawlu qal ukoll: “Oqgħod attent il-ħin kollu . . . għat-tagħlim tiegħek.” (1 Tim. 4:16) Minħabba li biex nagħmlu dixxipli rridu nkunu għalliema tajbin, il-mod kif ngħallmu għandu jkun effettiv.
3. X’se nikkunsidraw f’dan l-artiklu?
3 Mad-dinja kollha qed isiru miljuni taʼ studji tal-Bibbja. Imma kif qal l-artiklu taʼ qabel dan, aħna rridu nkunu
nafu kif nistgħu ngħinu iktar lill-istudenti tal-Bibbja jaslu għall-magħmudija. F’dan l-artiklu se naraw ħames affarijiet li għalliem għandu jagħmel biex l-istudent tiegħu jitgħammed u jsir dixxiplu taʼ Ġesù Kristu.UŻA L-BIBBJA META TGĦALLEM
4. Għalliem għala m’għandux jitkellem ħafna meta jkun qed jikkonduċi studju tal-Bibbja? (Ara wkoll in-nota taʼ taħt.)
4 Aħna nieħdu pjaċir ngħallmu dak li nafu dwar il-Kelma t’Alla. Għalhekk, forsi naqgħu fin-nassa li nitkellmu ħafna. Però, sew jekk nikkonduċu l-Istudju taʼ It-Torri tal-Għassa, l-Istudju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni, jew studju tal-Bibbja fid-dar, il-persuna li qed tikkonduċi l-istudju m’għandhiex titkellem ħafna. Biex għalliem juża l-Bibbja b’mod effettiv, hu m’għandux jispjega dak kollu li jaf dwar vers jew suġġett. * (Ġw. 16:12) Aħseb dwar dak li kont taf meta tgħammidt u dak li taf issa. X’aktarx meta tgħammidt, int kont fhimt biss tagħlim bażiku tal-Bibbja. (Ebr. 6:1) Għaddew is-snin biex tgħallimt dak li taf illum, mela tipprovax tgħallem lil student ġdid kollox f’daqqa.
5. (a) Skont l-1 Tessalonikin 2:13, xi rridu li l-istudent jifhem? (b) Kif nistgħu ninkuraġġuh jitkellem maʼ oħrajn dwar dak li qed jitgħallem?
5 Aħna rridu li l-istudent tagħna jifhem li dak li qed jitgħallem huwa mill-Bibbja. (Aqra l-1 Tessalonikin 2:13.) Kif nistgħu nagħmlu dan? Inkuraġġih jitkellem maʼ oħrajn dwar dak li qed jitgħallem billi, minflok tispjega l-versi tal-Bibbja dejjem int, staqsih biex jispjega xi versi hu. Għin lill-istudent biex jara kif il-Kelma t’Alla tapplika għalih. Staqsih mistoqsijiet li jgħinuh jesprimi dak li jaħseb u dak li jħoss dwar il-vers li tkunu qrajtu. (Lq. 10:25-28) Pereżempju, staqsih: “Din l-iskrittura kif tgħinek tara waħda mill-kwalitajiet taʼ Ġeħova?” “Dan li għadek kif tgħallimt mill-Bibbja kif jistaʼ jgħinek?” “Kif tħossok dwaru?” (Prov. 20:5) L-importanti mhux kemm jaf l-istudent, imma kemm iħobb u japplika dak li jaf.
6. Għala jkun tajjeb li tieħu pubblikatur tal-esperjenza miegħek fuq l-istudju?
6 Jekk qed tikkonduċi studju tal-Bibbja, ġieli ħadt xi pubblikatur tal-esperjenza miegħek? Jekk iva, tistaʼ tistaqsih jekk hux qed tikkonduċi l-istudju Atti 18:24-26.) Wara saqsi lill-pubblikatur tal-esperjenza x’jaħseb dwar l-istudent, jekk hux qed jifhem dak li qed jitgħallem. Jekk ma tkunx tistaʼ tikkonduċi l-istudju int għal xi ġimgħat, tistaʼ wkoll issaqsi l-istess pubblikatur biex jikkonduċi l-istudju hu. Dan se jgħin biex l-istudju jsir b’mod regolari u biex l-istudent jara kemm hu importanti. Qatt taħseb li l-istudju hu “tiegħek” u li ħadd ma jistaʼ jagħmlu minflokok. Wara kollox, inti tixtieq l-aħjar lill-istudent tiegħek biex hu jkun jistaʼ jkompli jitgħallem dwar il-verità.
sew u jekk hux qed tuża l-Bibbja b’mod tajjeb biex tgħallem. Biex issir għalliem aħjar trid tkun umli. (QabbelURI LI TĦOBB U TEMMEN DAK LI TGĦALLEM
7. X’jistaʼ jgħin lill-istudent ikun irid jitgħallem iktar?
7 L-istudent għandu bżonn jara li int tħobb u temmen dak li tgħallem. (1 Tess. 1:5) Imbagħad hu se jkun irid jitgħallem iktar. Forsi tistaʼ tgħidlu kif il-Bibbja għenitek fil-ħajja tiegħek. Imbagħad hu se jara li l-Bibbja fiha gwida prattika li hu jistaʼ jibbenefika minnha wkoll.
8. X’tistaʼ tagħmel iktar biex tgħin lill-istudent tal-Bibbja tiegħek, u għala?
8 Matul l-istudju tal-Bibbja, semmi xi esperjenzi taʼ aħwa li kellhom l-istess problemi bħalu u rnexxielhom jegħlbuhom. Għall-istudju tistaʼ tieħu wkoll lil xi ħadd mill-kongregazzjoni li l-eżempju tiegħu jistaʼ jgħinu. Jew tistaʼ turih esperjenzi inkuraġġanti minn fuq jw.org, mis-serje “Il-Bibbja Tbiddel il-Ħajjiet.” * Artikli u vidjows bħal dawn jistgħu jgħinu lill-istudent biex jirrealizza li l-prinċipji tal-Bibbja jistgħu jgħinuh jagħmel bidliet f’ħajtu.
9. Kif tistaʼ tinkuraġġixxi lill-istudent biex jaqsam dak li qed jitgħallem mal-familja u l-ħbieb tiegħu?
9 Jekk l-istudent hu miżżewweġ, il-mara tiegħu qed tistudja? Jekk le, stieden lill-mara tiegħu biex toqgħod magħkom għall-istudju. Inkuraġġih biex jaqsam dak li qed jitgħallem mal-familja u l-ħbieb tiegħu. (Ġw. 1:40-45) Kif? Forsi billi tistaqsih: “Kif tispjega dan il-punt?” jew “Liema skrittura tuża biex turi li hu minnu?” B’dan il-mod tkun qed tittrennja lill-istudent isir għalliem. Imbagħad meta jikkwalifika, hu jistaʼ jibda jipprietka bħala pubblikatur mhux mgħammed. Tistaʼ tistaqsih ukoll jekk jafx lil xi ħadd li jixtieq jitgħallem il-Bibbja. Jekk iva, flimkien tistgħu tirranġaw biex tiltaqgħu mal-persuna u turuha l-vidjow X’jiġri matul studju tal-Bibbja? *
GĦIN LILL-ISTUDENT ISIR ĦABIB MAL-AĦWA FIL-KONGREGAZZJONI
10. Għalliem kif jistaʼ japplika l-1 Tessalonikin 2:7, 8?
10 L-għalliema għandhom jieħdu interess personali fl-istudenti. Ftakar li huma dalwaqt jistgħu jsiru ħutek spiritwali. (Aqra l-1 Tessalonikin 2:7, 8.) Għalihom mhuwiex faċli biex jitilqu l-ħbieb tad-dinja u jagħmlu l-bidliet li hemm bżonn biex jaqdu lil Ġeħova. Irridu ngħinuhom isibu ħbieb tajbin fil-kongregazzjoni. Kun ħabib tal-istudent tiegħek billi tqattaʼ l-ħin miegħu tagħmel affarijiet oħra u mhux l-istudju biss. Telefonata, messaġġ, jew billi tgħaddi sa ħdejh bejn studju u ieħor se turih li vera jimpurtak minnu.
11. L-għalliem kif jistaʼ jgħin lill-istudent iħossu komdu fil-kongregazzjoni, u għala?
11 Proverbju Afrikan jgħid: “Biex trabbi tifel hemm bżonn in-nies tar-raħal kollu.” Aħna nistgħu ngħidu: “Biex student jitgħammed hemm bżonn kongregazzjoni sħiħa.” Għalhekk, għalliem tajjeb se jgħin lill-istudent tiegħu jsir jaf lill-aħwa tal-kongregazzjoni. Imbagħad, l-istudent jistaʼ jibda jgawdi l-ħbiberija tal-aħwa, u dawn l-aħwa jistgħu jgħinuh isir ħabib aħjar taʼ Ġeħova u jinkuraġġuh meta jiffaċċja l-problemi. Aħna rriduh iħossu komdu u parti mill-kongregazzjoni. Ukoll, irriduh jara l-imħabba li għandna bejnietna u jsir parti mill-organizzazzjoni. Imbagħad se jkun iktar faċli għalih li ma jibqax jagħmilha maʼ nies li mhumiex se jgħinuh iħobb lil Ġeħova. (Prov. 13:20) U jekk il-ħbieb tiegħu jwarrbuh, hu se jkun jaf li jistaʼ jsib ħbieb tajbin fl-organizzazzjoni taʼ Ġeħova.—Mk. 10:29, 30; 1 Pt. 4:4.
SPISS SEMMI D-DEDIKAZZJONI U L-MAGĦMUDIJA
12. Għala għandna nitkellmu spiss dwar id-dedikazzjoni u l-magħmudija mal-istudent tagħna?
12 Bħala għalliem, mal-istudent tiegħek spiss semmi kemm hu importanti li xi ħadd jiddedika ħajtu lil Ġeħova u
jitgħammed. Wara kollox, aħna għalhekk nistudjaw man-nies. Wara li jkun studja għal ftit xhur u mbagħad jibda jiġi l-laqgħat, hu jrid jifhem li aħna rridu ngħinuh isir wieħed mix-Xhieda taʼ Ġeħova.13. Student x’għandu jagħmel biex jitgħammed?
13 Hemm diversi affarijiet li student tal-Bibbja li jrid jitgħammed għandu jagħmel. L-ewwel, l-istudent għandu jsir jaf lil Ġeħova u jkollu fidi fih. (Ġw. 3:16; 17:3) Hu mbagħad isir ħabib taʼ Ġeħova u tal-aħwa fil-kongregazzjoni. (Ebr. 10:24, 25; Ġak. 4:8) B’hekk, l-istudent se jiddispjaċih għall-affarijiet ħżiena li jkun għamel u ma jibqax jagħmilhom. (Atti 3:19) Ukoll, hu jibda jitkellem m’oħrajn dwar dak li qed jemmen issa. (2 Kor. 4:13) Imbagħad, hu jiddedika lilu nnifsu lil Ġeħova u juri d-dedikazzjoni tiegħu permezz tal-magħmudija. (1 Pt. 3:21; 4:2) X’ġurnata taʼ ferħ tkun din għal kulħadd! Meta l-istudent jagħmel l-affarijiet li jkollu bżonn jagħmel biex jitgħammed, ibqaʼ inkuraġġih u faħħru ħalli jkompli jagħmilhom.
MINN ŻMIEN GĦAL ŻMIEN, AĦSEB DWAR IL-PROGRESS TAL-ISTUDENT
14. L-għalliem kif jistaʼ jara l-progress tal-istudent?
14 Irridu nkunu paċenzjużi meta nkunu qed ngħinu lil student jikkwalifika għall-magħmudija. Imma rridu naraw ukoll jekk għandux ix-xewqa li jaqdi lil Alla Ġeħova. Qed juri li qed jipprova jobdi l-kmandamenti taʼ Ġesù? Jew sempliċiment irid jitgħallem affarijiet interessanti mill-Bibbja?
15. X’se juri lill-għalliem li l-istudent qed jagħmel progress li se jwasslu għall-magħmudija?
15 B’mod regolari ara xi progress qed jagħmel l-istudent. Pereżempju, juri li qed isir iħobb lil Ġeħova? Jitlob lil Ġeħova? (Salm 116:1, 2) Jieħu pjaċir jaqra l-Bibbja? (Salm 119:97) Qed jattendi l-laqgħat b’mod regolari? (Salm 22:22) Għamel xi bidliet f’ħajtu li juru li qed japplika dak li qed jitgħallem? (Salm 119:112) Qiegħed jaqsam dak li qed jitgħallem mal-ħbieb u l-familja tiegħu? (Salm 9:1) U l-iktar ħaġa importanti, jixtieq isir wieħed mix-Xhieda taʼ Ġeħova? (Salm 40:8) Jekk l-istudent mhux qed jagħmel progress, ipprova sir af għala u tkellem miegħu b’mod ċar u bi mħabba. *
16. Meta għandek twaqqaf studju?
16 Minn żmien għal żmien, aħseb dwar għandekx tibqaʼ tistudja mal-istudent. Saqsi lilek innifsek: ‘L-istudent jipprepara għall-istudju? Irid jibda jattendi l-laqgħat? Qataʼ l-vizzji ħżiena li kellu? Qataʼ lilu nnifsu mir-reliġjon li kellu qabel?’ Jekk it-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet huma le, li tibqaʼ tistudja miegħu hu bħallikieku qed tipprova tgħallem lil xi ħadd jgħum imma ma jridx jixxarrab! Jekk l-istudent ma japprezzax dak li qed jitgħallem u mhux lest li jagħmel bidliet, għala tkompli tistudja miegħu?
17. Skont l-1 Timotju 4:16, għalliem tal-Bibbja x’għandu jagħmel?
17 Għalina huwa importanti ħafna li nagħmlu dixxipli, u għalhekk nixtiequ ngħinu lill-istudenti tagħna jaslu għall-magħmudija. Aħna nużaw il-Bibbja biex ngħallmu, u nagħmlu dan bil-qalb għax konvinti minn dak li nemmnu. Irridu ninkuraġġixxu lill-istudent biex isir ħabib mal-aħwa fil-kongregazzjoni, u spiss insemmulu d-dedikazzjoni u l-magħmudija. Minn żmien għal żmien, naraw il-progress li qed jagħmel l-istudent. (Ara l-kaxxa “Għalliem X’Għandu Jagħmel Biex Jgħin Student Jasal għall-Magħmudija?”) Aħna kuntenti li nistgħu nieħdu sehem fix-xogħol tal-ippritkar li jsalva l-ħajjiet! Jalla nkunu determinat li nagħmlu l-almu tagħna biex ngħinu lill-istudenti jikkwalifikaw għall-magħmudija.
GĦANJA 79 Għallimhom iżommu sod
^ par. 5 Li nikkonduċu studju tal-Bibbja hu rigal mingħand Ġeħova. Aħna nistgħu ngħinu lill-istudenti tagħna biex jibdew jaħsbu u jaġixxu kif jixtieq Ġeħova. Dan l-artiklu se jkompli jispjega kif nistgħu nsiru għalliema aħjar.
^ par. 4 Ara l-artiklu “Evita dawn in-nases meta tikkonduċi studju tal-Bibbja” fil-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna taʼ Settembru 2016.
^ par. 8 Mur fuq jw.org, DWARNA > ESPERJENZI TAX-XHIEDA TAʼ ĠEĦOVA.
^ par. 9 Mur fuq jw.org, LIBRERIJA > VIDJOWS > IL-LAQGĦAT U L-MINISTERU TAGĦNA > GĦODDA GĦALL-MINISTERU. Jew mur fuq JW Library®, MEDIA > OUR MEETINGS AND MINISTRY > TOOLS FOR THE MINISTRY.
^ par. 15 Ara l-artikli “L-Imħabba U l-Apprezzament għal Ġeħova Jimmotivawk Biex Titgħammed” u “Lest Int Biex Titgħammed?” fil-ħarġa taʼ Marzu 2020 taʼ It-Torri tal-Għassa.
^ par. 77 X’TGĦIDILNA L-ISTAMPA: Wara l-istudju, l-oħt tal-esperjenza tgħin lill-oħt li tikkonduċi l-istudju biex tara kemm hu importanti li ma titkellimx ħafna waqt l-istudju.
^ par. 79 X’TGĦIDILNA L-ISTAMPA: Waqt l-istudju, l-istudenta titgħallem kif tkun mara miżżewġa aħjar. Iktar tard, tgħid lir-raġel tagħha dak li qed titgħallem.
^ par. 81 X’TGĦIDILNA L-ISTAMPA: L-istudenta u r-raġel tagħha qegħdin jieħdu pjaċir għand l-aħwa li hi ltaqgħet magħhom fis-Sala tas-Saltna.