Għala għandna niltaqgħu flimkien għall-qima?
“Ħa nagħtu kas xulxin . . . , u ma nabbandunawx il-laqgħat tagħna flimkien.”—EBREJ 10:24, 25.
1-3. (a) Il-Kristjani kif urew li huma ħerqanin li jiltaqgħu flimkien? (Ara l-ewwel stampa.) (b) X’se niddiskutu f’dan l-artiklu?
META Corinna kellha 17-il sena, ommha kienet ġiet arrestata u ntbagħtet ’il bogħod f’kamp tax-xogħol. Iktar tard, Corinna ttieħdet fis-Siberja, eluf taʼ mili ’l bogħod mid-dar tagħha. Hemmhekk ħadmet ġo razzett u kienet ittrattata bħala skjava. Kultant, ġiet imġiegħla taħdem barra f’kesħa tremenda mingħajr ma kellha l-ħwejjeġ addattati biex iżommuha sħuna. Minkejja dan, Corinna u oħt oħra ddeċidew li jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jitilqu r-razzett u jattendu laqgħa tal-kongregazzjoni.
2 Corinna qalet: “Aħna tlaqna mix-xogħol billejl u mxejna sal-istazzjon tal-ferrovija li kien 25 kilometru ’l bogħod. Il-ferrovija telqet fis-sagħtejn taʼ filgħodu, u nżilna sitt sigħat wara. Imbagħad imxejna 10 kilometri sa fejn issir il-laqgħa.” Corinna kienet ferħana ħafna li għamlet dan il-vjaġġ. Hi qalet: “Waqt il-laqgħa, studjajna t-Torri tal-Għassa u kantajna għanjiet tas-Saltna. Għalina kienet esperjenza
inkuraġġanti ħafna u li ssaħħaħ ħafna l-fidi.” Iż-żewġ aħwa daħlu lura r-razzett tlett ijiem wara, imma dak li jieħu ħsieb ir-razzett lanqas biss kien induna li ma kinux hemm.3 In-nies taʼ Ġeħova dejjem ħarsu ’l quddiem biex ikunu flimkien. Eżatt wara li l-kongregazzjoni Kristjana ġiet ifformata, is-segwaċi taʼ Ġesù “kienu jqattgħu ħafna ħin fit-tempju.” (Atti 2:46) Naturalment, int ukoll aktarx tħares ’il quddiem biex tattendi l-laqgħat. Imma bħall-kumplament taʼ ħutek irġiel u nisa, int għandek mnejn issibha diffiċli biex tattendi l-laqgħat b’mod regulari. Forsi għandek bżonn taħdem ħafna sigħat jew għandek ħafna x’tagħmel jew dejjem tħossok għajjien. Allura, x’se jgħinna nagħmlu minn kollox biex nattendu l-laqgħat tagħna? [1] (Ara n-nota fl-aħħar.) Kif nistgħu ninkuraġġixxu l-istudenti tal-Bibbja tagħna u oħrajn biex jattendu l-laqgħat b’mod regulari? Dan l-artiklu se jispjega li meta nattendu l-laqgħat (1) ikun taʼ benefiċċju għalina, (2) ngħinu lil oħrajn, u (3) nogħġbu lil Ġeħova. [2]—Ara n-nota fl-aħħar.
IL-LAQGĦAT HUMA TAʼ BENEFIĊĊJU
4. Il-fatt li niltaqgħu flimkien kif jgħinna nitgħallmu dwar Ġeħova?
4 Il-laqgħat jgħallmuna. Kull laqgħa tgħinna nitgħallmu iktar dwar Ġeħova. Pereżempju, il-maġġorparti tal-kongregazzjonijiet dan l-aħħar studjaw il-ktieb Ersaq Qrib Lejn Jehovah waqt l-Istudju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni. Kif ħassejtek meta ddiskutejna l-kwalitajiet taʼ Ġeħova u meta smajt kif ħutek iħossuhom dwaru? Bla dubju dan ġiegħlek tħobb lil Ġeħova saħansitra iktar. Apparti minn hekk, waqt il-laqgħat nitgħallmu iktar dwar il-Bibbja billi noqogħdu attenti għat-taħditiet u turijiet, u billi nisimgħu sew meta tkun qed tinqara l-Bibbja. (Neħemija 8:8) U aħseb dwar il-ħafna affarijiet li niskopru kull ġimgħa meta nippreparaw għall-qari tal-Bibbja u mbagħad nisimgħu dak li oħrajn tgħallmu minnu.
5. Il-laqgħat kif għenuk tuża dak li tgħallimt mill-Bibbja u ttejjeb il-mod kif tipprietka?
5 Il-laqgħat jgħallmuna nużaw f’ħajjitna dak li nitgħallmu mill-Bibbja. (1 Tessalonikin 4:9, 10) Pereżempju, ġieli attendejt Studju tat-Torri tal-Għassa li ħajrek tagħmel iktar fis-servizz taʼ Ġeħova, li għenek ittejjeb it-talb tiegħek, jew li għenek taħfer lil ħu jew oħt? Il-laqgħa li jkollna fost il-ġimgħa tistaʼ tgħallimna kif nippritkaw l-aħbar tajba u kif ngħinu lil oħrajn jifhmu l-verità mill-Bibbja.—Mattew 28:19, 20.
6. Il-laqgħat tagħna kif jinkuraġġuna u jgħinuna nibqgħu b’saħħitna?
6 Il-laqgħat jinkuraġġuna. Id-dinja taʼ Satana tipprova ddgħajfilna l-fidi tagħna u tistaʼ ġġegħelna nħossuna stressati u skuraġġiti. Imma l-laqgħat tagħna jinkuraġġuna u jagħtuna s-saħħa Atti 15:30-32.) Spiss, niddiskutu kif profeziji fil-Bibbja jkunu twettqu. Dan jistaʼ jġegħelna nħossuna saħansitra iktar ċerti li l-wegħdi taʼ Ġeħova għall-futur se jseħħu. Ħutna rġiel u nisa jinkuraġġuna mhux biss meta jagħtu taħditiet imma wkoll meta jikkummentaw u meta jfaħħru lil Ġeħova billi jkantaw mill-qalb. (1 Korintin 14:26) U meta nkellmuhom qabel u wara l-laqgħat, inħossu ċertu serħan għax għandna ħafna ħbieb li verament jimpurtahom minna.—1 Korintin 16:17, 18.
biex inkomplu naqdu lil Ġeħova. (AqraIl-laqgħat tagħna jinkuraġġuna u jagħtuna s-saħħa biex inkomplu naqdu lil Ġeħova
7. Għala hu importanti ħafna li nattendu l-laqgħat tagħna?
7 Waqt il-laqgħat, nirċievu l-għajnuna tal-ispirtu qaddis t’Alla. Ġesù juża dan l-ispirtu qaddis biex imexxi l-kongregazzjonijiet. Fil-fatt, qalilna li għandna ‘nisimgħu dak li jgħid l-ispirtu lill-kongregazzjonijiet.’ (Rivelazzjoni 2:7) L-ispirtu qaddis jistaʼ jgħinna biex nirreżistu t-tentazzjoni u biex nippritkaw bil-qlubija. Dan jistaʼ jgħinna wkoll biex nieħdu deċiżjonijiet tajbin. Huwa għalhekk li għandna nagħmlu dak kollu li nistgħu biex nattendu l-laqgħat u nirċievu l-għajnuna tal-ispirtu qaddis t’Alla.
NGĦINU LIL OĦRAJN FIL-LAQGĦAT
8. Meta ħutna jarawna waqt il-laqgħat u jisimgħuna nikkummentaw u nkantaw, dan kif jgħinhom? (Ara wkoll il-kaxxa “ Dejjem iħossu aħjar minn kif daħal.”)
8 Waqt il-laqgħat, għandna opportunitajiet li nuru li nħobbu lil ħutna rġiel u nisa. Ħafna fil-kongregazzjoni tagħna qed jissaportu diffikultajiet kbar. L-appostlu Pawlu kiteb: “Ħa nagħtu kas xulxin.” (Ebrej 10:24, 25) Aħna nistgħu nuru li nagħtu kas ħutna billi niltaqgħu flimkien biex ninkuraġġixxu lil xulxin. Meta mmorru l-laqgħat, aħna nuru lil ħutna li rridu nkunu magħhom u li rridu nitkellmu magħhom. Aħna rridu nuru wkoll li aħna interessati fil-mod kif qed iħossuhom. Aħna ninkuraġġuhom meta jisimgħuna nikkummentaw u nkantaw mill-qalb.—Kolossin 3:16.
9, 10. (a) Spjega kif il-kliem taʼ Ġesù li jinsab fi Ġwanni 10:16 jgħinna nifhmu għala hu importanti li niltaqgħu maʼ ħutna. (b) Kif nistgħu ngħinu lil xi ħadd li l-familja tiegħu ma baqgħetx taċċettah?
Ġwanni 10:16.) Ġesù qabbel lilu nnifsu maʼ ragħaj u lis-segwaċi tiegħu maʼ merħla nagħaġ. Aħseb dwar dan: Jekk żewġ nagħġiet qegħdin fuq għolja, żewġ nagħġiet oħra huma f’wied, u nagħġa oħra hi xi mkien ieħor, nistgħu ngħidu li dawn il-ħames nagħġiet huma merħla? Le, għax merħla nagħaġ jibqgħu flimkien u jsegwu lir-ragħaj. B’mod simili, m’għandniex noqogħdu ’l bogħod minn ħutna billi ma nattendux il-laqgħat. Hemm bżonn li niltaqgħu flimkien biex insiru parti minn “merħla waħda” li ssegwi “ragħaj wieħed.”
9 Meta nattendu l-laqgħat, inkunu qed ngħinu biex il-membri tal-kongregazzjoni jibqgħu qrib xulxin. (Aqra10 Il-laqgħat tagħna jgħinuna nkunu magħqudin bħala familja kollha mħabba. (Salm 133:1) Xi wħud fil-kongregazzjoni ma baqgħux jiġu aċċettati mill-ġenituri tagħhom jew ħuthom. Imma Ġesù wiegħed li jtihom familja li se tħobbhom u tieħu ħsiebhom. (Marku 10:29, 30) Jekk tattendi l-laqgħat b’mod regulari, tistaʼ ssir bħal missier, omm, ħu, jew oħt taʼ xi ħadd fil-kongregazzjoni. Meta naħsbu dwar dan, inkunu rridu nagħmlu l-aħjar tagħna biex nattendu l-laqgħat kollha.
AĦNA SE NOGĦĠBU LIL ĠEĦOVA
11. Il-fatt li nattendu l-laqgħat, kif jgħinna nagħtu lil Ġeħova dak li jistħoqqlu?
11 Waqt il-laqgħat, aħna nagħtu lil Ġeħova dak li jistħoqqlu. Ladarba hu Rivelazzjoni 7:12.) Aħna nistgħu nagħmlu dan waqt il-laqgħat meta nitolbu lil Ġeħova, inkantaw lilu, u nitkellmu dwaru. X’opportunità mill-isbaħ għandna li nqimu lil Ġeħova kull ġimgħa!
l-Ħallieq tagħna, għandna nirringrazzjawh, nonorawh, u nfaħħruh. (AqraĠeħova jinnota li aħna verament nixtiequ nattendu l-laqgħat u japprezza kull sforz li nagħmlu biex inkunu hemm
12. Ġeħova kif iħossu meta nobdu l-kmand biex nattendu l-laqgħat?
12 Ġeħova hu l-wieħed li ħalaqna, u għandna nobduh. Hu kkmandana biex nibqgħu niltaqgħu flimkien, speċjalment hekk kif nersqu eqreb it-tmiem. Allura meta nobdu dan il-kmand, Ġeħova jieħu pjaċir. (1 Ġwanni 3:22) Hu jinnota li aħna verament nixtiequ nattendu l-laqgħat u japprezza kull sforz li nagħmlu biex inkunu hemm.—Ebrej 6:10.
13, 14. Kif nersqu qrib taʼ Ġeħova u Ġesù waqt il-laqgħat?
13 Meta mmorru l-laqgħat, inkunu qed nuru lil Ġeħova li rridu nersqu eqreb tiegħu u taʼ Ibnu. Waqt il-laqgħat, nistudjaw il-Bibbja u nitgħallmu minn Ġeħova dak li għandna nagħmlu u kif għandna ngħixu. (Isaija 30:20, 21) Xi wħud li ma jaqdux lil Ġeħova u li jattendu l-laqgħat, ukoll jirrealizzaw li Alla qed jiggwidana. (1 Korintin 14:23-25) Ġeħova qed jidderieġi l-laqgħat tagħna bl-ispirtu qaddis tiegħu, u dak li nitgħallmu hemm ikun ġej minnu. Allura meta nattendu l-laqgħat, inkunu qed nisimgħu dak li Ġeħova qed jgħid, inħossu kemm iħobbna, u nersqu eqreb tiegħu.
14 Ġesù, il-Kap tal-kongregazzjoni, qal: “Fejn hemm tnejn jew tlieta miġburin flimkien f’ismi, jien inkun hemmhekk f’nofshom.” (Mattew 18:20) Il-Bibbja tgħid ukoll li Ġesù “jimxi f’nofs” il-kongregazzjonijiet. (Rivelazzjoni 1:20–2:1) B’mod ċar, Ġeħova u Ġesù huma magħna u qed isaħħuna waqt il-laqgħat tagħna. Kif taħseb li Ġeħova jħossu meta jara li qed tagħmel kulma tistaʼ biex tersaq qrib tiegħu u taʼ Ibnu?
15. Il-fatt li nattendu l-laqgħat kif juri lil Alla li rridu nobdu lilu?
15 Meta nattendu l-laqgħat, inkunu qed nuru lil Ġeħova li rridu nobduh. Ġeħova ma jisforzaniex nagħmlu dak li jrid hu. (Isaija 43:23) Allura, meta nagħżlu li nobdu l-kmand tiegħu li nattendu l-laqgħat, inkunu qed nuruh li nħobbuh u li nemmnu li għandu d-dritt li jgħidilna dak li għandna nagħmlu. (Rumani 6:17) Pereżempju, x’se nagħmlu jekk l-imgħallem tagħna jippretendi li naħdmu ħafna sal-punt li ma nkunux nistgħu nattendu l-laqgħat tagħna b’mod regulari? Jew għandu mnejn li l-gvern jgħid li jekk xi ħadd jiltaqaʼ biex iqim lil Ġeħova, se jkollu jħallas multa, imur il-ħabs, jew jiġi kkastigat b’xi ħaġa iktar gravi. Jew kultant għandu mnejn li sempliċement nippreferu nagħmlu xi ħaġ’oħra minflok immorru l-laqgħat. F’kull wieħed minn dawn il-każijiet, aħna rridu niddeċiedu x’se nagħmlu. (Atti 5:29) Imma kull darba li nagħżlu li nobdu lil Ġeħova, nagħmluh ferħan.—Proverbji 27:11.
IBQAʼ LTAQAʼ MAʼ ĦUTEK
16, 17. (a) Kif nafu li l-laqgħat kienu importanti ħafna għall-Kristjani tal-ewwel seklu? (b) Ħuna George Gangas kif ħassu dwar il-laqgħat Kristjani?
16 Wara li l-Kristjani ltaqgħu flimkien f’Pentekoste tas-sena 33, bdew jiltaqgħu b’mod regulari biex iqimu lil Ġeħova. Huma ‘taw kas xulxin u m’abbandunawx il-laqgħat tagħhom flimkien.’ (Ebrej 10:24, 25) U ma waqfux jiltaqgħu flimkien anki meta kienu ppersegwitati mill-gvern Ruman u l-mexxejja reliġjużi Lhud. Għalkemm ma kienx faċli, huma għamlu kulma setgħu biex ikomplu jiltaqgħu flimkien.
17 Anki llum, il-qaddejja taʼ Ġeħova jħossuhom grati ħafna għal-laqgħat u jieħdu pjaċir ikunu hemm. George Gangas, li kien membru tal-Ġemgħa li Tiggverna għal iktar minn 22 sena, qal: “Għalija, li niltaqaʼ mal-aħwa huwa wieħed mill-akbar pjaċiri tal-ħajja u sors taʼ inkuraġġiment. Inħobb inkun fis-Sala tas-Saltna fost tal-ewwel, u nitlaq fost tal-aħħar, jekk inhu possibbli. Inħoss ferħ ġewwieni meta nitkellem man-nies t’Alla. Meta nkun fosthom inħossni komdu mal-familja tiegħi, f’ġenna spiritwali.” Hu żied jgħid: “Il-ħsieb profond u x-xewqa ġewwinija tiegħi huma li nattendi l-laqgħat.”
18. Kif tħossok dwar il-laqgħat tagħna, u x’int determinat li tagħmel?
18 Int ukoll tħossok b’dan il-mod dwar li tqim lil Ġeħova? Jekk iva, ibqaʼ agħmel kulma tistaʼ biex tkun maʼ ħutek irġiel u nisa waqt il-laqgħat, anki meta jkun diffiċli. Uri lil Ġeħova li verament tħossok bħas-Sultan David, li qal: “Ġeħova, jien ħabbejtha d-dar fejn tgħammar int.”—Salm 26:8.
^ [1] (paragrafu 3) Xi wħud minn ħutna rġiel u nisa ma jistgħux jattendu l-laqgħat b’mod regulari minħabba ċirkustanzi li m’għandhomx kontroll fuqhom. Pereżempju, għandu mnejn ikunu morda ħafna. Huma jistgħu jkunu ċerti li Ġeħova jifhem is-sitwazzjoni tagħhom u japprezza ħafna kulma jagħmlu biex iqimuh. L-anzjani jistgħu jgħinu lil dawn biex jisimgħu l-laqgħat, forsi billi jgħinuhom jagħmlu kollegament bit-telefown jew billi jirrekordjawlhom il-laqgħat.
^ [2] (paragrafu 3) Ara l-kaxxa “ Raġunijiet biex nattendu l-laqgħat.”