IT-TORRI TAL-GĦASSA—EDIZZJONI GĦALL-ISTUDJU April 2020

Din il-ħarġa fiha l-artikli għall-istudju li se jiġu studjati bejn l-1 taʼ Ġunju sal-5 taʼ Lulju 2020.

Attakk Li Ġie mit-Tramuntana!

Artiklu għall-istudju 14: Mill-1-7 taʼ Ġunju 2020. Liema erbaʼ raġunijiet juru li kien hemm bżonn naġġustaw il-fehma tagħna dwar Ġoel kapitli 1 u 2?

Int Kif Tqis in-Nies fit-Territorju Tiegħek?

Studju 15: Mit-8-14 taʼ Ġunju 2020. Eżamina kif tistaʼ timita lil Ġesù u Pawlu billi tara x’jemmnu, x’jinteressahom, u l-potenzjal tan-nies li tiltaqaʼ magħhom.

Ismaʼ, Sir Af, u Uri Ħniena

Studju 16: Mill-15-21 taʼ Ġunju 2020. Ġeħova bi mħabba għen lil Ġona, Elija, Ħagar, u Lot. Ara kif tistaʼ timita lil Ġeħova fil-mod kif tittratta lil oħrajn.

“Sejjaħtilkom Ħbieb”

Artiklu għall-istudju 17: Mit-22-28 taʼ Ġunju 2020. Aħna niffaċċjaw sfidi biex insiru u nibqgħu ħbieb maʼ Ġesù. Imma nistgħu negħlbuhom.

‘Iġri t-Tiġrija sal-Aħħar’

Studju 18: Mid-29 taʼ Ġunju–5 taʼ Lulju 2020. Kif jistgħu dawk kollha li qed jikbru fl-età jew qed jiffaċċjaw xi marda, jirbħu t-tiġrija għal ħajja?