ARTIKLU GĦALL-ISTUDJU 14
Attakk Li Ġie mit-Tramuntana!
“Ġens telaʼ f’arti.”—ĠOEL 1:6.
GĦANJA 95 Id-dawl qed jitqawwa
ĦARSA BIL-QUDDIEM *
1. Ħuna Russell u sħabu liema metodu użaw biex jistudjaw, u għala kien tajjeb?
IKTAR minn mitt sena ilu, Ħuna C. T. Russell u sħabu, grupp żgħir taʼ studenti oħrajn tal-Kelma t’Alla, bdew jiltaqgħu flimkien. Huma riedu jaraw jekk setgħux isiru jafu x’tgħallem il-Bibbja verament dwar Alla Ġeħova, Ġesù Kristu, il-kundizzjoni tal-mejtin, u l-fidwa. Il-metodu taʼ kif bdew jistudjaw kien sempliċi. Xi ħadd kien iqajjem mistoqsija, u mbagħad il-grupp kien jeżamina kull skrittura li kellha x’taqsam mas-suġġett. Fl-aħħar, kienu jiktbu dak li jitgħallmu mir-riċerka tagħhom. Ġeħova għen lil dawn l-irġiel jifhmu ħafna veritajiet li għadhom importanti għalina llum.
2. X’jistaʼ jwassalna għall-konklużjoni żbaljata meta nkunu qed nipprovaw nifhmu profezija tal-Bibbja?
2 Imma dawn l-istudenti tal-Bibbja malajr indunaw li huwa ħafna iktar diffiċli biex jifhmu profezija tal-Bibbja milli jifhmu tagħlim bażiku tal-Bibbja. Għala? Raġuni minnhom hi li aħna spiss nifhmu l-profeziji waqt li jkunu qed jitwettqu jew wara li jitwettqu. Imma hemm raġuni oħra. Sabiex nifhmu profezija sew, ġeneralment hemm bżonn li nikkunsidraw il-kuntest. Jekk niffokaw biss fuq parti tal-profezija u ninjoraw il-kumplament, jistaʼ jkun li naslu għall-konklużjoni żbaljata. Milli jidher, hekk ġara bil-profezija li nsibu fil-ktieb taʼ Ġoel. Għalhekk, ejja nirrevedu din il-profezija u naraw għala hemm bżonn nibdew nifhmuha differenti.
3-4. Sal-lum, kif konna nifhmu l-profezija taʼ Ġoel 2:7-9?
Ġoel 2:7-9. Ġoel bassar li qatgħa ġurati kienet se teqred l-art taʼ Iżrael. Bi snien u xedaq bħal dawk tal-iljuni, dawn l-insetti mġewħin kienu se jieklu kulma kienu se jsibu quddiemhom! (Ġoel 1:4, 6) Għal ħafna snin, aħna konna fhimna li din il-profezija kienet qed tbassar li l-poplu taʼ Ġeħova kien se jkompli jipprietka akkost taʼ kollox, bħal qatgħa ġurati li ma tistax twaqqafha. U li l-effett tal-ippritkar kien se jkollu effett qawwi fuq ‘l-art,’ jew in-nies li kienu taħt il-kontroll tal-mexxejja reliġjużi. *
3 Aqra4 Jekk naqraw biss Ġoel 2:7-9, din l-ispjegazzjoni tidher li hi korretta. Però, meta nikkunsidraw il-kuntest kollu tal-profezija, naraw li għandna bżonn naġġustaw il-fehma tagħna. Ejja neżaminaw erbaʼ raġunijiet għal dan.
ERBAʼ RAĠUNIJIET GĦAL BIDLA FIL-FEHMA
5-6. (a) X’mistoqsija nsaqsu meta naqraw Ġoel 2:20? (b) X’raġuni oħra hemm f’Ġoel 2:25 li turina li l-ġurati ma jirrappreżentawx lin-nies taʼ Ġeħova?
5 L-ewwel raġuni, innota l-wegħda taʼ Ġeħova dwar il-qatgħa ġurati: ‘Lil [ġurati] tat-tramuntana se nbegħedhom, jew inkeċċihom minnkom.’ (Ġoel 2:20) Kieku l-ġurati jirrappreżentaw lix-Xhieda taʼ Ġeħova li jobdu l-kmand taʼ Ġesù li jippritkaw u jagħmlu dixxipli, Ġeħova għala kien qed iwiegħed li se jkeċċihom? (Eżek. 33:7-9; Mt. 28:19, 20) Huwa ċar li Ġeħova kien se jbiegħed lil xi ħaġa jew lil xi ħadd li hu għadu tal-poplu tiegħu, u mhux lill-qaddejja leali tiegħu.
6 It-tieni raġuni, innota x’hemm miktub f’Ġoel 2:25. Hemmhekk, Ġeħova jgħid: “Inpattilkom għal dak li kielu matul is-snin il-ġurat.” Innota li Ġeħova wiegħed li se ‘jpatti’ għall-ħsara li l-ġurati għamlu. Kieku l-ġurati jirrappreżentaw lin-nies taʼ Ġeħova, dan ifisser li l-messaġġ li nippritkaw jikkaġuna ħsara. Imma dal-messaġġ isalva l-ħajjiet u jistaʼ jwassal biex xi ħadd ħażin jindem. (Eżek. 33:8, 19) X’barka tkun din!
7. X’jgħinna nifhmu l-kliem “wara dan” f’Ġoel 2:28, 29?
7 Aqra Ġoel 2:28, 29. It-tielet raġuni għandha x’taqsam mal-ordni taʼ kif ġraw l-affarijiet fil-profezija. Innota x’qal Ġeħova: “Wara dan irid iseħħ li jien inferraʼ l-ispirtu tiegħi”; jiġifieri, dan kellu jseħħ wara li l-ġurati jlestu x-xogħol li kellhom jagħmlu? Kieku l-ġurati huma l-pubblikaturi tas-Saltna t’Alla, Ġeħova għala kien se jitfaʼ l-ispirtu tiegħu fuqhom wara li jlestu x-xogħol tal-ippritkar tagħhom? Aħna nafu li mingħajr il-qawwa tal-ispirtu t’Alla, ix-xogħol tal-ippritkar qatt ma setaʼ jibqaʼ sejjer matul dawn is-snin kollha, minkejja l-oppożizzjoni u l-projbizzjoni.
8. Il-ġurati li jissemmew f’Rivelazzjoni 9:1-11 lil min jirrappreżentaw? (Ara l-istampa tal-qoxra.)
8 Aqra Rivelazzjoni 9:1-11. Issa ejja naraw ir-rabaʼ raġuni. Qabel aħna għedna li l-qatgħa ġurati li jsemmi Ġoel tirrappreżenta x-xogħol tal-ippritkar tagħna, dan minħabba profezija simili fil-ktieb taʼ Rivelazzjoni. Din il-profezija tiddeskrivi qatgħa ġurati li wiċċhom hu bħal tal-bnedmin u għandhom “qishom kuruni tad-deheb” fuq rashom. (Riv. 9:7) Huma jitturmentaw “lil dawk il-bnedmin [l-għedewwa t’Alla] li ma kinux immarkati bis-siġill t’Alla fuq ġbinhom” għal perjodu taʼ ħames xhur. Dan hu bejn wieħed u ieħor, kemm idum ħaj ġurat. (Riv. 9:4, 5) Din milli jidher tiddeskrivi l-qaddejja midlukin taʼ Ġeħova li bil-kuraġġ jippritkaw il-ġudizzji t’Alla kontra din id-dinja ħażina, u dan jġiegħel lil dawk li jappoġġjaw lil din id-dinja jħossuhom skomdi ħafna.
9. Liema differenzi sinifikanti hemm bejn il-ġurati li ra Ġoel u dawk li ra Ġwanni?
9 Minkejja li hemm xi affarijiet simili bejn il-profeziji taʼ Rivelazzjoni u taʼ Ġoel, hemm ukoll differenzi sinifikanti. Ikkunsidra dan: Fil-profezija taʼ Ġoel, il-ġurati qerdu l-ħaxix tal-art. (Ġoel 1:4, 6, 7) Imma dawk fil-viżjoni taʼ Ġwanni, il-ġurati ‘ntqalilhom biex ma jagħmlux ħsara lill-ħaxix taʼ l-art.’ (Riv. 9:4) Il-ġurati li ra Ġoel ġew mit-Tramuntana. (Ġoel 2:20) Dawk li ra Ġwanni ħarġu mill-abbiss. (Riv. 9:2, 3) Il-ġurati li ddeskriva Ġoel ġew imkeċċijin. F’Rivelazzjoni, il-ġurati mhux qed jiġu mkeċċijin imma qed jitħallew jispiċċaw xogħolhom. Fil-Bibbja m’hemm imkien li juri li Ġeħova ma kienx kuntent bihom.—Ara l-kaxxa “ Profeziji Dwar il-Ġurati—Simili Imma Mhux l-Istess.”
10. Agħti eżempju mill-Bibbja li juri li xi ħaġa kultant tistaʼ tfisser xi ħaġa oħra f’kuntest ieħor.
Rivelazzjoni 5:5, Ġesù jissejjaħ “l-Iljun tat-tribù taʼ Ġuda,” mentri fl-1 Pietru 5:8, ix-Xitan jiġi deskritt “bħal iljun jgħajjat.” L-erbaʼ raġunijiet u d-differenzi li għadna kemm iddiskutejna juru li għandna bżonn insibu spjegazzjoni oħra għall-profezija taʼ Ġoel. X’tistaʼ tkun din l-ispjegazzjoni?
10 Id-differenzi sinifikanti bejn iż-żewġ profeziji jgħinuna nifhmu li dawn m’għandhomx x’jaqsmu maʼ xulxin. Allura, qegħdin aħna ngħidu li l-ġurati li jsemmi Ġoel ma jirreferux għall-istess ġurati li jsemmi Rivelazzjoni? Iva. Fil-Bibbja, xi ħaġa kultant tistaʼ tfisser xi ħaġa oħra f’kuntest ieħor. Pereżempju, f’XI TFISSER?
11. Ġoel 1:6 u 2:1, 8, 11 kif jgħinuna nifhmu lil minn jirrappreżentaw il-ġurati?
11 Meta neżaminaw versi oħra fil-profezija taʼ Ġoel, aħna nifhmu li l-profeta kien qed ibassar attakk militari. (Ġoel 1:6; 2:1, 8, 11) Ġeħova qal li hu kien se juża “qawwa militari kbira” (suldati Babiloniżi) biex jikkastiga lill-Iżraelin diżubbidjenti. (Ġoel 2:25) Allura, jagħmel sens li din l-armata tissejjaħ “tat-tramuntana,” għax l-armata Babiloniża kienet se tattakka lill-Iżrael mit-Tramuntana. (Ġoel 2:20) Din l-armata hi mqabbla maʼ qatgħa ġurati organizzata tajjeb. Dwar il-ġurati, Ġoel qal: “Bħal [suldat] b’saħħtu fi triqtu, jibqgħu sejrin. . . . Jidħlu jiġru fil-belt. Jiġru fuq is-sur. Jitilgħu fuq id-djar. Jidħlu mit-twieqi bħal xi ħalliel.” (Ġoel 2:8, 9) Tistaʼ timmaġina x-xena? Hemm suldati maʼ kullimkien. M’hemm imkien fejn tistaħba. Ħadd ma jistaʼ jaħrab mill-armata Babiloniża!
12. Il-profezija taʼ Ġoel dwar il-ġurati kif twettqet?
12 Bħall-ġurati, l-armata Babiloniża (jew, il-Kaldin) attakkat il-belt taʼ Ġerusalemm fis-sena 607 qabel Kristu (QK). Il-Bibbja tgħid: “Is-sultan tal-Kaldin, li qatel liż-żgħażagħ tagħhom bis-sejf . . . , la ħass mogħdrija għaż-żagħżugħ u lanqas għall-verġni, la għax-xwejjaħ u lanqas għax-xiħ għakka. Alla kollox tah f’idejh. U ħaraq id-dar taʼ l-Alla l-veru u ġarraf is-sur taʼ Ġerusalemm; u t-torrijiet mgħammrin kollha tagħha ħarquhom bin-nar kif ukoll l-oġġetti mixtiqin kollha tagħha, u b’hekk kollox inqered.” (2 Kron. 36:17, 19) Wara li l-armata Babiloniża attakkat u qerdet il-belt, in-nies setgħu biss jgħidu: “Hija art abbandunata, li la fiha bnedmin u lanqas annimali domestiċi, u ngħatat f’idejn il-Kaldin.”—Ġer. 32:43.
13. Spjega xi jfisser il-kliem f’Ġeremija 16:16, 18.
13 Xi 200 sena wara l-profezija taʼ Ġoel, Ġeħova uża lil Ġeremija biex ibassar xi ħaġa oħra dwar dan l-attakk. Ġeħova qal li armata kienet se tfittex bir-reqqa għall-Iżraelin li kienu qed jagħmlu affarijiet ħżiena, u ħadd minnhom ma kien se jaħrab. “‘Ara, qed nibgħat għal ħafna sajjieda,’ hija l-kelma taʼ Ġeħova, ‘u jmorru jistadu għalihom; u wara nibgħat għal ħafna kaċċaturi, u jmorru jikkaċċjawhom minn fuq kull muntanja u minn fuq kull għolja u mix-xquq tal-blat. . . . se nħallashom bis-sħiħ għall-iżball tagħhom u għal dnubhom.’” La l-baħar u lanqas il-foresti ma setgħu jaħbu lill-Iżraelin mhux niedma mill-kastig taʼ Ġeħova.—Ġer. 16:16, 18.
AĦBAR TAJBA
14. Meta twettqet il-profezija taʼ Ġoel 2:28, 29?
14 Ġoel issa jagħti aħbar tajba. L-art kienet se terġaʼ tagħti l-frott. (Ġoel 2:23-26) Imbagħad, fil-futur, kien se jkun hemm abbundanza kbira taʼ ikel spiritwali. Ġeħova qal: “Jien inferraʼ l-ispirtu tiegħi fuq kull xorta taʼ bnedmin, u wliedkom subien u bniet jipprofetizzaw. . . U saħansitra fuq il-qaddejja [jew, “ilsiera”] rġiel u nisa nferraʼ l-ispirtu tiegħi.” (Ġoel 2:28, 29) Dan ma ġarax eżatt wara li l-Iżraelin telqu minn Babilonja lura lejn art twelidhom. Imma ġara mijiet taʼ snin wara, f’Pentekoste tas-sena 33 wara Kristu (WK). Kif nafu dan?
15. Fi qbil maʼ Atti 2:16, 17, liema kliem differenti kiteb Pietru meta kkwota minn Ġoel 2:28, u dan x’juri?
15 L-appostlu Pietru kien ispirat japplika Ġoel 2:28, 29 maʼ ġrajja tal-għaġeb li seħħet fil-ġurnata taʼ Pentekoste. Dakinhar, għall-ħabta tad-disgħa taʼ filgħodu, Alla ferraʼ l-ispirtu qaddis tiegħu, u dawk li rċivewh bdew jitkellmu “dwar l-affarijiet grandjużi t’Alla.” (Atti 2:11) Meta kwota mill-profezija taʼ Ġoel, Pietru ġie ispirat jikteb xi kliem ftit differenti. Innotajt xi kliem uża? (Aqra Atti 2:16, 17.) Minflok ma beda l-kwotazzjoni bil-kliem “wara dan,” Pietru qal: “U fl-aħħar jiem.” F’dal-kuntest, “l-aħħar jiem” qed jirreferu għaż-żmien qabel Ġerusalemm u t-tempju tagħha kienu ġew meqruda fis-sena 70 WK. Matul dak il-perjodu taż-żmien, l-ispirtu t’Alla kien se jiġi imferra “fuq kull xorta taʼ bnedmin.” Dan juri li għadda ammont taʼ żmien qabel il-profezija taʼ Ġoel twettqet.
16. Liema effett kellu l-ispirtu qaddis t’Alla fuq ix-xogħol tal-ippritkar fl-ewwel seklu, u xi ngħidu għal-lum?
Kol. 1:23) Meta Pawlu qal “fil-ħolqien kollu,” dan jirreferi għal partijiet fid-dinja li Pawlu u oħrajn laħqu. Bl-għajnuna tal-ispirtu qaddis taʼ Ġeħova, l-ippritkar illum kiber ħafna iktar—“sa tarf l-art”!—Atti 13:47; ara l-kaxxa “ Jien Inferraʼ l-Ispirtu Tiegħi.”
16 Wara li Alla ferraʼ l-ispirtu qaddis tiegħu fuq il-Kristjani fl-ewwel seklu, huma bdew ix-xogħol tal-ippritkar li maż-żmien kellu jilħaq lin-nies fid-dinja kollha. Saż-żmien li l-appostlu Pawlu kiteb l-ittra tiegħu lill-Kolossin, madwar is-sena 61 WK, hu setaʼ jgħid li l-aħbar tajba kienet pritkata “fil-ħolqien kollu li hu taħt is-sema.” (XI NBIDEL?
17. Xi nbidel fil-fehma tagħna dwar il-ġurati fil-profezija taʼ Ġoel?
17 Xi nbidel? Issa għandna fehma iktar korretta tal-profezija li nsibu f’Ġoel 2:7-9. Biċ-ċar, dawn il-versi ma jirreferux għax-xogħol tal-ippritkar li nagħmlu biż-żelu, imma għal meta l-armata Babiloniża attakkat lil Ġerusalemm fis-sena 607 QK.
18. X’ma nbidilx dwar in-nies taʼ Ġeħova?
18 X’ma nbidilx? In-nies taʼ Ġeħova għadhom jippritkaw l-aħbar tajba kullimkien, u dan jagħmluh b’kull mod possibbli. (Mt. 24:14) L-ebda restrizzjoni mill-gvernijiet ma se twaqqafna milli nippritkaw. U bil-barka taʼ Ġeħova, qed nippritkaw b’kuraġġ l-aħbar tajba tas-Saltna ħafna iktar minn qatt qabel! B’umiltà, aħna nkomplu nistrieħu fuq l-għajnuna taʼ Ġeħova biex nifhmu profeziji tal-Bibbja, b’fiduċja li fil-ħin xieraq hu se jiggwidana “lejn il-verità kollha”!—Ġw. 16:13.
GĦANJA 97 Ħajjitna tiddependi mill-Kelma t’Alla
^ par. 5 Għal snin sħaħ konna nemmnu li l-profezija mniżżla fl-1 u t-2 kapitlu taʼ Ġoel bassret ix-xogħol tal-ippritkar li nagħmlu llum. Madankollu, hemm erbaʼ raġunijiet għala hemm bżonn nibdlu kif nifhmu din il-parti tal-profezija taʼ Ġoel. X’inhuma dawn ir-raġunijiet?
^ par. 3 Pereżempju, ara l-artiklu “L-Għerf taʼ Ġeħova Jidher fil-Ħolqien” fil-ħarġa It-Torri tal-Għassa tal-15 t’April 2009, para. 14-16.