Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Idea Biex Tistudja

Idea Biex Tistudja

Qed tuża l-Gwida għall-Pubblikazzjonijiet tax-Xhieda taʼ Ġeħova biex tifhem aħjar il-versi tal-Bibbja?

Din l-informazzjoni tistaʼ tgħinek tistudja aktar il-Bibbja. Jistaʼ jkun fiha dettalji bħal x’kien qed jiġri meta nkiteb il-vers, għala nkiteb, lil min, jew xi jfissru xi kliem jew frażijiet.

Ir-referenzi mill-Gwida għall-Pubblikazzjonijiet tistaʼ tarahom minn fuq JW Library u l-LIBRERIJA ONLINE tat-Torri tal-Għassa. Ir-referenzi tistaʼ ssibhom fil-ġenb meta tagħfas fuq in-numru tal-vers imbagħad tagħfas is-sinjal għall-Gwida għall-Pubblikazzjonijiet.

Meta tuża dawn ir-referenzi oqgħod attent għad-data tagħhom. L-aħħar artikli jidhru fuq nett. L-artikli iktar antiki li jkunu iktar ’l isfel jistaʼ jkun fihom xi tagħlim li issa qed nifhmuh differenti.

  • Ir-referenzi tal-Gwida għall-Pubblikazzjonijiet tistaʼ ssibhom fuq il-LIBRERIJA ONLINE tat-Torri tal-Għassa.

  • Biex issib ir-referenzi fuq JW Library iddawnlowdja l-Gwida għall-Pubblikazzjonijiet. Din tiddawnlowdjaha billi tagħfas fuq id-djamant u mbagħad fuq il-buttuna Download. Iddawnlowdja wkoll l-updates meta joħorġu.