PROĠETT GĦALL-ISTUDJU
Nies li Jridu Jagħmlu lil Ġeħova Ferħan Jieħdu Deċiżjonijiet Tajbin
Biex titgħallem jekk Għesaw jew Ġakobb ħadux deċiżjoni tajba, aqra Ġenesi 25:29-34.
Tgħallem iktar mill-kuntest. X’ġara qabel? (Ġen. 25:20-28) X’ġara wara?—Ġen. 27:1-46.
Fittex iktar dettalji. Dak iż-żmien x’responsabbiltajiet u drittijiet kellu l-ewwel imwieled?—Ġen. 18:18, 19; w10-E 5/1 13.
-
Raġel kellu jkun l-ewwel imwieled biex ikun fil-linja tal-Messija? (w18.2 31-32)
Aħseb dwar x’tgħallimt u applikah f’ħajtek. Id-drittijiet tal-ewwel imwieled għala kienu iktar importanti għal Ġakobb milli għal Għesaw? (Ebr. 12:16, 17; w03 10/15 29-30) Ġeħova kif ħassu dwarhom? Għala ħassu hekk? (Mal. 1:2, 3) Għesaw x’setaʼ għamel biex jieħu deċiżjonijiet aħjar?
-
Saqsi lilek innifsek, ‘Jien kif nuri li rrid inferraħ lil Ġeħova bil-mod kif inqassam il-ħin tiegħi matul il-ġimgħa? Meta nagħmel l-iskeda tiegħi, inħalli biżżejjed ħin għal affarijiet spiritwali, bħal pereżempju l-qima bħala familja?’