Idea Biex Tistudja
Tgħallem Iktar Dwar il-Kwalitajiet Sbieħ taʼ Ġeħova
Meta naqraw il-Bibbja, nistgħu nagħmlu riċerka biex nifhmu aħjar dak li naqraw. Imma aħna ma rridux nistudjaw il-Bibbja biex nifhmu aħjar il-veritajiet li fiha biss. Irridu nitgħallmu iktar dwar il-personalità taʼ Ġeħova ħalli b’hekk inħobbuh iktar. Biex nagħmlu dan, nistgħu nistaqsu lilna nfusna, ‘Dan li qed naqra x’jgħallimni dwar Ġeħova?’
Pereżempju, tistaʼ tfittex iktar biex tara kif Ġeħova wera l-imħabba, l-għerf, il-ġustizzja, u l-qawwa. Imma Ġeħova għandu ħafna aktar kwalitajiet sbieħ li tistaʼ titgħallem dwarhom. Fejn tistaʼ ssib iktar informazzjoni dwar il-kwalitajiet tiegħu?
Fil-Gwida għall-Pubblikazzjonijiet tax-Xhieda taʼ Ġeħova mur fuq “Alla Ġeħova” u mbagħad “Kwalitajiet taʼ Ġeħova.” Imbagħad studja dwar il-kwalitajiet li jidhru fir-rakkont li tkun qed taqra mill-Bibbja.