X’Tistaʼ Tagħmel Jekk ir-Raġel Jew il-Mara Tiegħek Tara l-Pornografija?
-
“Ħassejtni bħallikieku r-raġel kien qed imur maʼ nisa oħra.”
-
“Bdejt narani kerha, u ħassejtni umiljata u ma niswa għal xejn.”
-
“Ma stajtx nitkellem m’oħrajn dwar is-sitwazzjoni. Għalhekk batejt waħdi.”
-
“Ħassejt li Ġeħova ma jimpurtahx minni.”
Dawn il-kummenti juru kemm tbati mara meta r-raġel tagħha jara l-pornografija. U jekk jagħmel dan bil-moħbi, forsi għal xi xhur jew snin, tistaʼ tħoss li ma tistax tafdah aktar. Mara miżżewġa qalet: “Inħossni ma nafux lir-raġel tiegħi. Hemm affarijiet oħra li qed jaħbi minni?”
Dan l-artiklu hu miktub għal nisa li għandhom ir-raġel qed jara l-pornografija. a Fih insibu prinċipji tal-Bibbja li jistgħu jinkuraġġuha u jikkonvinċuha li Ġeħova jħobbha u jixtieq jgħinha. Se jgħinha wkoll biex tħossha fil-paċi u tibqaʼ qrib taʼ Ġeħova. b
IL-MARA X’TISTAʼ TAGĦMEL?
Minkejja li ma tistax tikkontrolla kull ħaġa li jagħmel ir-raġel tiegħek, hemm affarijiet li tistaʼ tagħmel biex jgħinuk ikollok il-paċi. Aħseb dwar dan li ġej.
Twaħħalx fik innifsek. Mara tistaʼ taħseb li r-raġel tagħha jara l-pornografija għax għamlet xi ħaġa ħażina. Alice ħasset li ma kinitx tajba biżżejjed għar-raġel tagħha. Hi kienet taħseb: ‘Ir-raġel tiegħi għala jippreferi jħares lejn nisa oħra minflok lejja?’ Xi nisa jwaħħlu fihom infushom għax jaħsbu li qed jagħmlu s-sitwazzjoni agħar. Danielle c tgħid: “Ħassejt li qed inkisser iż-żwieġ tagħna għax kont qed inkun irrabjata ħafna.”
Jekk tħossok b’dan il-mod, kun af li Ġeħova ma jagħtix it-tort lilek għal dak li qed jagħmel ir-raġel. Ġakbu 1:14 jgħid: “Kull bniedem jiġi provat billi jkun miġbud u mħajjar mix-xewqa tiegħu stess.” (Rum. 14:12; Flp. 2:12) Minflok ma jwaħħal fik, Ġeħova japprezza l-lealtà tiegħek lejh.—2 Kron. 16:9.
Mara tistaʼ tħoss li r-raġel tagħha qed jara l-pornografija għax mhix sabiħa biżżejjed. Imma dan mhux vera. Esperti dwar dan is-suġġett jgħidu li l-pornografija ġġiegħel persuna jkollha xewqat sesswali li ebda mara ma tistaʼ tissodisfa.
Tinkwetax iżżejjed. Catherine qalet li l-ħin kollu kienet tinkwieta jekk ir-raġel hux se jara l-pornografija. Frances qalet: “Meta ma nkunx naf fejn hu r-raġel, inħossni anzjuża. Nagħmel ġurnata sħiħa nħossni hekk.” Nisa oħra jgħidu li jistħu meta jkunu m’aħwa oħra li jkunu jafu bil-problema tar-raġel tagħhom. Oħrajn qalu li jħossuhom waħedhom għax jaħsbu li ħadd ma jifhimhom.
Huwa normali li tħossok hekk. Imma, jekk toqgħod il-ħin kollu taħseb dwar dawn l-affarijiet se tħossok iktar anzjuża. Minflok, ipprova aħseb dwar il-ħbiberija tiegħek maʼ Ġeħova. Jekk tagħmel hekk, se tkun tistaʼ tissaporti.—Salm 62:2; Efes. 6:10.
Tistaʼ ssibha t’għajnuna li taqra u taħseb dwar rakkonti mill-Bibbja taʼ nisa li kienu mdejqin u li talbu lil Ġeħova għall-għajnuna. Hu mhux dejjem neħħielhom il-problemi, imma tahom il-paċi. Pereżempju, Ħanna kienet “iddisprata ħafna” minħabba s-sitwazzjoni tagħha. Imma wara li “talbet fit-tul quddiem Ġeħova,” ħassitha fil-paċi avolja ma kinitx taf x’se jiġri fil-futur.—1 Sam. 1:10, 12, 18; 2 Kor. 1:3, 4.
Saqsi lill-anzjani biex jgħinuk. Huma jistgħu jkunu “bħal post taʼ kenn mir-riħ u lqugħ mill-maltempata tax-xita.” (Is. 32:2) Huma jistgħu jgħidulek titkellem maʼ xi oħt li tistaʼ tgħinek.—Prov. 17:17.
TISTAʼ TGĦIN LIR-RAĠEL?
Tistaʼ tgħin lir-raġel tiegħek jaqtaʼ l-vizzju tal-pornografija? Jistaʼ jkun. Il-Bibbja tgħid li biex issolvi problema jew tirbaħ għadu b’saħħtu, “tnejn aħjar minn wieħed.” (Ekk. 4:9-12) Xi studji juru li meta koppja jaħdmu flimkien, spiss ir-raġel jistaʼ jegħleb il-vizzju tal-pornografija u l-mara tkun tistaʼ terġaʼ tibda tafdah.
2 Kor. 4:7; Ġak. 5:14, 15) Għandu xi pjan biex jgħinu ma jarax il-pornografija? Pereżempju, għamel ħin kemm juża l-Internet u jevita sitwazzjonijiet li jistgħu jwaqqgħuh? (Prov. 27:12) Hu lest li jaċċetta l-għajnuna tiegħek u jkun onest miegħek? Jekk iva, forsi se tkun tistaʼ tgħinu.
Imma kollox jiddependi fuq jekk ir-raġel hux lest li jaħdem iebes u jridx jieqaf jara l-pornografija. Talab lil Ġeħova u lill-anzjani biex jgħinuh? (Kif? Aħseb fuq dan l-eżempju. Felicia żżewġet lil Ethan, li qabad il-vizzju tal-pornografija meta kien żgħir. Felicia tagħmilhielu faċli biex jitkellem magħha meta jkun jixtieq jara l-pornografija. Ethan jgħid: “Jien ngħidilha kollox lill-mara. Hi bi mħabba tgħinni nevita t-tentazzjonijiet u spiss tistaqsini kif sejjer. Hi tgħinni wkoll noqgħod attent kemm nuża l-Internet.” Bla dubju, Felicia tħossha mweġġgħa minħabba li Ethan ikun jixtieq jara l-pornografija. Hi tgħid: “Meta nħossni rrabjata u mweġġgħa ma nkunx qed ngħinu jaqtaʼ dan il-vizzju ikrah. Wara li nitkellmu dwar l-isfidi tiegħu, hu jkun lest li jgħin lili nħossni aħjar.”
Meta l-koppja jitkellmu bejniethom dwar il-problema, dan jistaʼ jgħin lir-raġel biex jieqaf jara l-pornografija u lill-mara biex terġaʼ tibda tafdah. Wara kollox, meta raġel ikun lest li jgħid lill-mara tiegħu x’jixtieq, fejn sejjer, u x’qed jagħmel, ikun iktar faċli għall-mara biex tafdah għax ma jkun qed jaħbilha xejn.
Taħseb li tistaʼ tgħin lir-raġel tiegħek b’mod simili? Jekk iva, forsi tistgħu taqraw dan l-artiklu u tiddiskutuh flimkien. Il-miri tiegħu għandhom ikunu li jieqaf jara l-pornografija u jtik raġunijiet biex tafdah. Hu m’għandux jirrabja għax tixtieq titkellem dwar il-problema. Minflok għandu jipprova jifhem kif qed tħossok. Il-mira tiegħek għandha tkun li tgħinu jaqtaʼ l-vizzju u ttih l-opportunità li jurik li tistaʼ tafdah. It-tnejn li intom se jkollkom titgħallmu xi jġiegħel lin-nies jaqgħu għall-pornografija u kif tistgħu tegħlbu l-problema. d
Jekk taħseb li waqt li tkunu qed titkellmu se tispiċċaw tiġġieldu, ara tistax issaqsi Ekk. 7:8; 1 Kor. 13:4.
anzjan li tħossukom komdi miegħu biex joqgħod magħkom waqt li qed titkellmu. Ftakar li anki wara li r-raġel jieqaf jara l-pornografija, jistaʼ jgħaddi ħafna żmien qabel tkun tistaʼ terġaʼ tafdah. Taqtax qalbek. Innota anki l-bidliet żgħar li qed jagħmel. U ttama li maż-żmien, jekk it-tnejn tkunu paċenzjużi, iż-żwieġ tagħkom se jerġaʼ jsir b’saħħtu.—X’TISTA’ TAGĦMEL JEKK MA JKUNX IRID JIEQAF?
Jekk ir-raġel jerġaʼ jaqaʼ għall-pornografija wara xi żmien, ifisser li qatt mhu se jirnexxilu jieqaf? Mhux bilfors. Jekk hu għandu dan il-vizzju, jistaʼ jkun li se jsibha diffiċli biex jaqtgħu għal ħajtu kollha. Wara ħafna snin, jistaʼ jerġaʼ jaqaʼ għall-pornografija. Biex jevita li jiġri hekk, jistaʼ jkun li jkollu bżonn ikun iktar strett miegħu nnifsu, forsi anki meta l-problema tkun tidher li m’għadhiex hemm. (Prov. 28:14; Mt. 5:29; 1 Kor. 10:12) Se jkollu bżonn ibiddel il-mod kif jaħseb u jitgħallem ‘jobgħod dak li hu ħażin,’ jiġifieri l-pornografija u kull ħaġa oħra li mhix nadifa, bħall-masturbazzjoni. (Efes. 4:23; Salm 97:10; Rum. 12:9) Hu lest li jagħmel dawn l-isforzi? Jekk iva, maż-żmien se jirnexxilu jaqtaʼ l-vizzju. e
Imma x’tistaʼ tagħmel jekk ir-raġel ma jridx jiġġieled il-problema li għandu? Żgur li se tħossok iddiżappunta u rrabjata, imma jistaʼ jkollok il-paċi jekk titfaʼ l-anzjetà tiegħek fuq Ġeħova. (1 Pt. 5:7) Kompli saħħaħ il-ħbiberija tiegħek miegħu billi tistudja, titlob, u timmedita. Meta tagħmel hekk, tistaʼ tkun ċerta li hu se jersaq qrib tiegħek ukoll. Bħalma juri Salm 34:18, “hu qrib dawk li għandhom qalbhom maqsuma” u jixtieq jgħinhom jerġgħu jkunu ferħanin. Kompli kun leali lejn Ġeħova. Itlob l-għajnuna mingħand l-anzjani. U ibqaʼ ttama li fil-futur ir-raġel jistaʼ jinbidel.—Rum. 2:4; 2 Pt. 3:9.
a F’dan l-artiklu, se ngħidu li r-raġel qed jara l-pornografija. Imma ħafna mill-prinċipji f’dan l-artiklu se jgħinu lil raġel li għandu l-mara tara l-pornografija.
c L-ismijiet ġew mibdulin.
d Tistaʼ ssib informazzjoni t’għajnuna fuq jw.org u l-pubblikazzjonijiet tagħna. Pereżempju, ara l-artikli “Il-Pornografija Tistaʼ Tkisser iż-Żwieġ Tiegħek” u “Il-Pornografija—Hija l-Pornografija Perikoluża?” fuq jw.org; u “Tistaʼ tirreżisti t-tentazzjoni!” f’It-Torri tal-Għassa tal-1 tʼApril 2014 pp. 10-12.
e Peress li l-pornografija hi vizzju li diffiċli biex taqtgħu, xi koppji ddeċidew li minbarra l-għajnuna tal-anzjani jfittxu l-għajnuna mingħand nies professjonali li jistgħu jgħinuhom f’din il-problema.