Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Nota lill-Qarrejja

Nota lill-Qarrejja

Għażiż Qarrej

F’din il-ħarġa taʼ It-Torri tal-Għassa, se niddiskutu ħames mistoqsijiet permezz taʼ ħames artikli għall-istudju. Il-mistoqsijiet huma:

  • L-ewwel, Ġeħova kemm iħobb lin-nies, u x’għamel biex jgħinna niġġieldu kontra d-dnub u biex naqduh?

  • It-tieni, xi trid tagħmel persuna biex tindem, u Ġeħova x’għamel biex jgħin lin-nies jindmu?

  • It-tielet, Ġeħova kif għallem lill-kongregazzjoni taʼ Korintu x’għandha tagħmel meta kien hemm ħu li dineb u ma nidimx?

  • Ir-rabaʼ, l-anzjani llum x’għandhom jagħmlu meta ħu jew oħt tagħmel dnub serju?

  • Il-ħames, meta xi ħadd li ma jindimx jitneħħa mill-kongregazzjoni, l-anzjani u l-aħwa kif jistgħu jibqgħu jittrattawh bi mħabba u qalb tajba?