Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Mistoqsijiet mill-Qarrejja

Mistoqsijiet mill-Qarrejja

It-​2 Tessalonikin 3:14 jgħid li għandhom jiġu mmarkati xi wħud. Din id-deċiżjoni għandha tittieħed mill-anzjani jew mill-pubblikaturi fil-kongregazzjoni?

L-appostlu Pawlu kiteb hekk lill-Kristjani f’Tessalonika: “Jekk xi ħadd ma jobdix dak li qed ngħidulkom permezz taʼ din l-ittra, immarkawh.” (2 Tes. 3:14) Qabel konna għedna li din kienet direzzjoni għall-anzjani. L-anzjani kienu jagħtu taħdita lill-kongregazzjoni jekk xi ħadd kien ikompli jinjora l-prinċipji tal-Bibbja. Imbagħad il-pubblikaturi ma kinux jagħmluha miegħu.

Madankollu, hemm bżonn li jsir aġġustament. Issa nifhmu li l-parir taʼ Pawlu jirreferi għall-azzjoni li l-pubblikaturi b’mod individwali għandhom jieħdu f’ċerti ċirkustanzi. Allura m’hemmx għalfejn li l-anzjani jagħtu taħdita dwar li xi ħadd ġie mwissi. Għala din il-bidla? Ikkunsidra dwar xiex kien qed jitkellem Pawlu meta ta dan il-parir.

Pawlu nnota li xi wħud fil-kongregazzjoni ma kinux qed ‘jimxu bl-ordni.’ Huma ma ridux jobdu l-pariri li ngħataw mill-Bibbja. Fi żjara taʼ qabel, hu ta dan il-kmand: “Min ma jridx jaħdem, ma jikolx.” Però, xorta waħda kien hemm uħud li ma ridux jaħdmu biex imantnu lilhom infushom, avolja kienu kapaċi jagħmlu dan. Ukoll, huma kienu qed jindaħlu fejn ma jesagħhomx. Il-Kristjani kif kellhom jittrattaw lil dawn l-uħud li ma kinux qed jobdu?—2 Tes. 3:​6, 10-12.

Pawlu qal: “Immarkawh.” Il-kelma Griega tagħti x’tifhem li tinnota persuna bħal din u toqgħod attent li ma tiġix influwenzat minnha. Din id-direzzjoni Pawlu ta lill-kongregazzjoni kollha u mhux biss l-anzjani. (2 Tes. 1:1; 3:6) Għalhekk, jekk il-pubblikaturi kienu jinnotaw li xi ħadd mill-aħwa mhux qed jobdi l-pariri mill-Kelma t’Alla, kienu jagħżlu li ma ‘jibqgħux jagħmluha miegħu.’

Ifisser dan li l-persuna kienet ittrattata bħal xi ħadd li tneħħa mill-kongregazzjoni? Le, għax Pawlu żied: “Komplu agħtuh pariri bħala ħukom.” Allura, il-pubblikaturi xorta kienu jagħmluha maʼ min ikun immarkat fil-laqgħat u s-service, imma kienu jagħżlu li ma jagħmluhiex miegħu fil-ħin liberu tagħhom. Għala? Pawlu qal: “Ħalli jistħi.” B’hekk il-persuna li ma tkunx qed tobdi, forsi tibda tistħi minħabba dak li qed tagħmel u tinbidel.—2 Tes. 3:​14, 15.

L-aħwa llum kif jistgħu japplikaw dan il-parir? L-ewwel irridu nkunu ċerti li dak li qed tagħmel il-persuna hux qed imur kontra l-prinċipji t’Alla bħalma ddeskriva Pawlu. Hu ma kienx qed jitkellem dwar dawk li jagħżlu affarijiet differenti minna fejn tidħol il-kuxjenza jew li għandhom preferenzi personali differenti. U lanqas ma kien qed jitkellem dwar uħud li weġġgħuna. Pawlu kellu f’moħħu lil dawk li apposta jagħżlu li ma jobdux il-pariri li jagħti Alla b’mod ċar.

Jekk ninnotaw li ħu jew oħt tibqaʼ ma tobdix il-pariri mill-Kelma t’Alla, a aħna se niddeċiedu li ma nagħmluhiex magħha fil-ħin liberu tagħna. Peress li hi deċiżjoni personali, mhux se niddiskutuha m’oħrajn ħlief maʼ tal-familja li jgħixu magħna. U aħna xorta nagħmluha mal-persuna fil-laqgħat u fuq is-service. Meta din tbiddel l-attitudni u l-kondotta tagħha, aħna nerġgħu nibdew nagħmluha magħha.

a Pereżempju, xi ħadd mill-aħwa jistaʼ jirrifjuta li jaħdem biex imantni lilu nnifsu avolja jkun kapaċi jagħmel dan, jinsisti li joħroġ maʼ xi ħadd li mhux fil-verità, jitkellem kontra direzzjoni li tingħata fil-kongregazzjoni, jargumenta dwar tagħlim tal-Bibbja, jew jgħid affarijiet li jweġġgħu fuq in-nies. (1 Kor. 7:39; 2 Kor. 6:14; 2 Tes. 3:​11, 12; 1 Tim. 5:13) Dawk li jibqgħu jagħmlu dawn l-affarijiet ma jkunux qed jgħixu skont il-prinċipji t’Alla.