X’Tiftakar?
Qrajt sew il-ħarġiet taʼ It-Torri tal-Għassa taʼ din is-sena? Mela ara tistax twieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin:
Kif se nibbenefikaw jekk nitkellmu maʼ Ġeħova, nisimgħu minnu, u naħsbu dwaru?
Se nieħdu deċiżjonijiet aħjar, insiru għalliema aħjar, ikollna iktar fidi, u nħobbu iktar lil Ġeħova.—w22.01, pp. 30-31.
Kif jgħinna meta nafdaw f’Ġeħova u l-aħwa rġiel li qed juża fuq l-art?
Issa huwa ż-żmien li nafdaw kif Alla jagħmel l-affarijiet u ma niddubitawx id-direzzjoni u d-deċiżjonijiet tal-anzjani. B’hekk meta tasal it-tribulazzjoni l-kbira, se nkunu lesti li nobdu anki jekk id-direzzjoni li nirċievu ma tkunx tagħmel sens għalina.—w22.02, pp. 4-6.
L-anġlu għala tkellem maʼ Żakkarija dwar “iċ-ċomb tal-bennejja f’id [il-Gvernatur] Żerubbabel”? (Żak. 4:8-10)
Il-viżjoni serrħet moħħ in-nies t’Alla li t-tempju li kienu qegħdin jibnu ma kienx inqas mill-ieħor, u li kien se jitlesta u jkun kif xtaq Ġeħova.—w22.03, pp. 16-17.
Kif nistgħu nkunu t’eżempju tajjeb meta nitkellmu? (1 Tim. 4:12)
Billi fuq is-service nitkellmu bil-ħlewwa u r-rispett, fil-laqgħat inkantaw mill-qalb u nikkummentaw b’mod regolari, u ngħidu l-verità u ninkuraġġixxu lill-oħrajn billi nevitaw kliem li jweġġaʼ.—w22.04, pp. 6-9.
Il-partijiet differenti tal-erbaʼ bhejjem (gvernijiet) li jissemmew f’Danjel kapitlu 7, għala qegħdin f’bhima waħda f’Rivelazzjoni 13:1, 2?
Il-bhima f’Rivelazzjoni 13 ma tirrappreżentax gvern wieħed, bħal Ruma. Imma tirrappreżenta lill-gvernijiet kollha li mexxew fuq il-bnedmin.—w22.05, p. 9.
B’liema mod nistgħu nuru li nafdaw fil-ġustizzja taʼ Ġeħova?
Jekk xi ħadd iweġġgħana, nipprovaw ma nibqgħux irrabjati u nħallu kollox f’idejn Ġeħova. Hu se jneħħi l-ħsara li saret minħabba d-dnub.—w22.06, pp. 10-11.
Ħu li jagħmel it-talba fil-laqgħa x’għandu jżomm f’moħħu?
It-talb m’għandux jintuża biex nagħmlu xi avviż jew nagħtu parir lill-kongregazzjoni. M’għandux jintuża “ħafna kliem” speċjalment fil-bidu tal-laqgħa. (Mt. 6:7)—w22.07, pp. 24-25.
“Dawk li pprattikaw affarijiet vili” kif se jkollhom “irxoxt taʼ ġudizzju”? (Ġw. 5:29)
Huma mhux se jiġu ġudikati fuq il-ħajja li għexu qabel mietu. Ġesù se joqgħod attent u jara kif se jaġixxu wara li jkunu rxoxtati.—w22.09, p. 18.
J. F. Rutherford x’inkuraġġiehom jagħmlu lill-aħwa fil-konvenzjoni taʼ Settembru 1922?
F’konvenzjoni f’Cedar Point, Ohio, l-Istati Uniti, hu qal: “Araw! Is-Sultan qed imexxi. Għalhekk, ippritkaw, ippritkaw, ippritkaw dwar is-Sultan u s-Saltna tiegħu!”—w22.10, pp. 3-5.
Skont Isaija kapitlu 30, Ġeħova b’liema tliet modi jgħinna nissaportu?
Dan il-kapitlu juri li Ġeħova (1) jismaʼ u jwieġeb it-talb tagħna, (2) jiggwidana, u (3) qed iberikna issa u se jberikna fil-futur.—w22.11, p. 9.
Għala nistgħu ngħidu li l-kliem li hemm f’Salm 37:10, 11, 29 ġara fil-passat u se jiġri fil-futur ukoll?
Il-kliem taʼ David juri l-barkiet li gawdew l-Iżraelin, bħal meta kien qed imexxi r-Re Salamun. Ġesù tkellem dwar il-Ġenna tal-art li se jkun hawn fil-futur u kkwota vers 11. (Mt. 5:5; Lq. 23:43)—w22.12, pp. 8-10, 14.