Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

PROĠETT GĦALL-ISTUDJU

Dawk li Huma Leali Lejn Ġeħova Jżommu l-Wegħdi Tagħhom

Dawk li Huma Leali Lejn Ġeħova Jżommu l-Wegħdi Tagħhom

Biex issir taf kif tistaʼ żżomm il-wegħdi tiegħek, aqra r-rakkont taʼ Ġefta u t-tifla tiegħu fi Mħallfin 11:​30-40.

Tgħallem iktar dwar il-kuntest. L-Iżraelin leali kif kienu jħossuhom dwar il-wegħdi li għamlu lil Ġeħova? (Num. 30:2) Ġefta u t-tifla tiegħu kif urew li kellhom fidi f’Ġeħova?—Imħ. 11:​9-11, 19-24, 36.

Fittex iktar dettalji. Ġefta x’kellu f’moħħu meta għamel il-wegħda tiegħu maʼ Ġeħova? (w16.04 6 ¶12) X’sagrifiċċji kellhom jagħmlu Ġefta u t-tifla tiegħu biex iżommu dik il-wegħda? (w16.04 6-7 ¶14-16) Il-Kristjani llum x’wegħdi jagħmlu?—w17.04 6-9 ¶10-19.

Aħseb dwar x’tistaʼ titgħallem. Saqsi lilek innifsek:

  • ‘X’jistaʼ jgħinni nżomm il-wegħda tiegħi li naqdi lil Ġeħova għal dejjem?’ (w20.03 13 ¶20)

  • ‘X’sagrifiċċji nistaʼ nagħmel biex naqdi iktar lil Ġeħova?’

  • ‘X’jistaʼ jgħinni biex inżomm il-wegħda taż-żwieġ?’ (Mat. 19:​5, 6; Efes. 5:​28-33)