Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

X’Tiftakar?

X’Tiftakar?

Qrajt sew il-ħarġiet taʼ It-Torri tal-Għassa taʼ din is-sena? Mela ara tistax twieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin:

Ġeħova liema eżempju jagħtina taʼ kif nittrattaw in-nisa?

Hu jittrattahom l-istess bħall-irġiel, u ma jippreferix l-irġiel min-nisa. Ġeħova jagħti kashom, u jimpurtah minn kif iħossuhom u x’jinkwetahom. Hu jafda lill-aħwa nisa biex jagħmlu x-xogħol tiegħu.—w24.01, pp. 15-16.

Kif nistgħu napplikaw Efesin 5:​7, li jgħid: “M’għandu jkollkom xejn x’taqsmu magħhom”?

L-appostlu Pawlu wissiena biex ma nkunux ħbieb maʼ nies li jagħmluha iktar diffiċli għalina biex nobdu lil Ġeħova. Dawn jistgħu jkunu nies li nagħmluha magħhom fil-ħajja taʼ kuljum jew fuq is-social media.—w24.03, pp. 22-23.

Minn liema gideb irridu noqogħdu attenti?

Irridu noqogħdu attenti minn stejjer li jgħidu l-aħwa b’intenzjoni tajba imma ma jkunux iċċekkjaw humiex vera, minn emails li jkunu bagħtuhom nies li ma nafux, u minn apostati li taparsi interessati fil-messaġġ tagħna.—w24.04, p. 12.

X’nafu u x’ma nafux dwar kif Ġeħova se jiġġudika lir-Re Salamun, lil dawk li mietu f’Sodoma u Gomorra, u dawk li mietu fid-Dulluvju?

Ma nafux jekk Ġeħova ddeċidiex li dawn in-nies kollha mietu għal dejjem. Imma aħna nafu li hu jaf kollox u għandu ħniena kbira.—w24.05, pp. 3-4.

Peress li Ġeħova hu “l-Blata” minn xiex nistgħu nkunu ċerti? (Dewt. 32:4)

Hu se jipproteġina. Ġeħova hu leali u qatt mhu se jitlaqna, b’hekk dejjem iżomm il-wegħdi tiegħu. Hu ma jinbidilx, allura l-iskop u l-karattru tiegħu dejjem jibqgħu l-istess.—w24.06, pp. 26-28.

X’se jgħinek tidra meta tmur f’kongregazzjoni ġdida?

Strieħ fuq Ġeħova għax hu se jgħinek bħalma għen lill-qaddejja tiegħu tal-passat. Tqabbilx il-kongregazzjoni l-ġdida ma’ li kont fiha qabel. Kun parti mill-kongregazzjoni l-ġdida u agħmel ħbieb ġodda.—w24.07, pp. 26-28.

X’nitgħallmu mit-tliet eżempji li hemm f’Mattew kapitlu 25?

L-eżempju tan-nagħaġ u l-mogħoż jurina kemm hu importanti li nkunu leali. L-eżempju tal-verġni għaqlin u boloh jurina kemm hu importanti li nkunu preparati u attenti. U l-eżempju tat-talenti jurina kemm hu importanti li dejjem naħdmu iebes.—w24.09, pp. 20-24.

Kemm kienet għolja l-intrata tat-tempju taʼ Salamun?

Fit-​2 Kronaki 3:​4, f’xi kitbiet antiki hemm miktub “120 kubitu,” jiġifieri 53 metru. Imma f’kitbiet oħra li tistaʼ tafdahom hemm miktub “20 kubitu,” jiġifieri disaʼ metri. Imma skont il-ħitan tat-tempju jagħmel iktar sens li l-intrata tkun għolja disaʼ metri.—w24.10, p. 31.

Xi jfisser li qaddej ministerjali ‘jkun miżżewweġ mara waħda’? (1 Tim. 3:12)

Ifisser li jkun miżżewweġ mara waħda biss u qatt ma jagħmel l-immoralità sesswali. Apparti minn hekk, hu qatt m’għandu jagħti attenzjoni żejda lil xi mara oħra.—w24.11, p. 19.

Għala nistgħu ngħidu li fi Ġwanni 6:​53, Ġesù ma kienx qed jispjega xi rridu nagħmlu fl-Ikla taʼ Filgħaxija tal-Mulej?

Ġwanni 6:53 jgħid li rridu nieklu l-ġisem u nixorbu d-demm taʼ Ġesù. Ġesù qal dan il-kliem fis-sena 32 fil-Galilija lil Lhud li kien għad ma kellhomx fidi fih. Però, l-Ikla taʼ Filgħaxija tal-Mulej bdiet issir madwar sena wara f’Ġerusalemm. F’din l-okkażjoni Ġesù tkellem mal-appostli leali li kienu se jmexxu miegħu fis-sema.—w24.12, pp. 10-11.