IDEA BIEX TISTUDJA
Sib Punti Inkuraġġanti li Tistaʼ Tapplika
Meta naqraw il-Bibbja, nistgħu nsibu punti inkuraġġanti billi nagħmlu riċerka. Imma kif nistgħu nagħmlu riċerka aħjar?
Fittex iżjed dwar rakkont tal-Bibbja. Pereżempju, ara min kitbu, lil min u meta. Ara x’kien qed jiġri, x’ġara qabel u x’ġara wara.
Aħseb x’tistaʼ titgħallem minn mistoqsijiet bħal: ‘In-nies li qed naqra fuqhom kif ħassewhom? Xi kwalitajiet urew? Għala għandi nimitahom, jew jekk huma ħżiena, għala m’għandix nimitahom?’
Uża dak li titgħallem fil-ministeru jew m’oħrajn. B’hekk tkun qed turi l-għerf, għax bħalma tgħid il-Bibbja: “Kull min hu għaref se jinnota dawn l-affarijiet.”—Salm 107:43.
-
Idea: Ara kif tistaʼ tapplika dak li jkun hemm fil-parti Teżori mill-Kelma t’Alla li jkun hemm fil-laqgħa taʼ matul il-ġimgħa. F’din il-parti jkun hemm mistoqsijiet li nistgħu nsaqsu lilna nfusna, punti biex naħsbu dwarhom, u stampi li jistgħu jgħallmuna.