Issirx Egoist bħan-Nies tad-Dinja
TINNOTA li n-nies illum iħossu li għandhom jiġu trattati aħjar minn oħrajn jew li għandhom ħafna drittijiet? Anki meta jiġu trattati b’mod tajjeb, huma jħossu li ħaqqhom iktar. Dan ir-raġunar ġej mill-attitudni egoista u ingrata li l-Bibbja tgħid li kellu jkollhom in-nies fl-aħħar jiem.—2 Tim. 3:2.
Però nistgħu ngħidu li minn dejjem kien hawn nies egoisti. Adam u Eva riedu d-dritt li jagħżlu huma x’inhu tajjeb u ħażin u dan wassal biex ilkoll kemm aħna nbatu minħabba fihom. Eżempju ieħor hu Użżija, ir-Re taʼ Ġuda. Hu ħass li kellu joffri l-inċens fit-tempju avolja ma kellux dritt jagħmel dan. (2 Kron. 26:18, 19) Ukoll, il-Fariżej u s-Sadduċej ħassew li Alla kellu jittrattahom aħjar minħabba li huma kienu jiġu minn Abraham.—Mat. 3:9.
Aħna mdawrin b’nies egoisti u din l-attitudni tistaʼ tinfluwenzana. (Gal. 5:26) Nistgħu nibdew naħsbu li ħaqqna xi tip taʼ privileġġ jew li niġu trattati aħjar minn oħrajn. Imma x’jistaʼ jgħinna ma nibdewx naħsbu b’dan il-mod? L-ewwel, irridu nifhmu kif iħossu Ġeħova dwar din it-tip t’attitudni. Hemm żewġ prinċipji li jistgħu jgħinuna.
Ġeħova ta lil kull wieħed minna ċertu drittijiet. Ejja naraw xi eżempji.
-
Fil-familja, Ġeħova jixtieq li r-raġel iħoss li Efes. 5:33) Huma għandhom juru mħabba romantika lejn xulxin biss. (1 Kor. 7:3) Ukoll, it-tfal għandhom jobdu lill-ġenituri tagħhom u l-ġenituri għandhom jieħdu ħsiebhom u jħobbuhom.—2 Kor. 12:14; Efes. 6:2.
l-mara tiegħu tirrispettah u li l-mara tħoss li r-raġel tagħha jħobbha. ( -
Fil-kongregazzjoni, l-anzjani jaħdmu iebes allura ħaqqhom ir-rispett tagħna. (1 Tes. 5:12) Fl-istess ħin, l-anzjani m’għandhomx dritt jikkontrollaw x’jagħmlu l-aħwa.—1 Pt. 5:2, 3.
-
Alla ta lill-gvernijiet id-dritt li jitolbu t-taxxi u tahom id-dritt li jiġu rrispettati min-nies.—Rum. 13:1, 6, 7.
Ġeħova bi mħabba jagħtina ħafna iktar milli ħaqqna. Minħabba li aħna writna d-dnub, kulma ħaqqna hu l-mewt. (Rum. 6:23) Minkejja dan, Ġeħova jtina ħafna barkiet minħabba l-imħabba u l-lealtà tiegħu. (Slm. 103:10, 11) Kull barka jew privileġġ li nirċievu ġej mill-qalb tajba kbira taʼ Ġeħova.—Rum. 12:6-8; Efes. 2:8.
EVITA LI SSIR EGOIST JEW TAĦSEB LI INT AĦJAR MINN OĦRAJN
Oqgħod attent li ma tiġix influwenzat mill-attitudni tan-nies tad-dinja. Jaf mingħajr ma nindunaw nibdew naħsbu li ħaqqna iktar minn oħrajn. Ġesù darba qal eżempju li wera kemm hu faċli li nibdew naħsbu b’dan il-mod. Hu tkellem dwar ħaddiema li ftiehmu maʼ sid t’għalqa biex jaħdmu għalih ġurnata u jitħallsu dinar. Iktar tard fil-ġurnata, sid l-għalqa qabbad iktar ħaddiema u filgħaxija ħallas lill-ħaddiema kollha dinar, anki lil dawk li ħadmu siegħa. Imma l-ħaddiema li kienu bdew minn filgħodu ħassew li kien ħaqqhom iktar wara ġurnata jaħdmu fix-xemx. (Mat. 20:1-16) B’dan l-eżempju, Ġesù kien qed jgħallem lid-dixxipli tiegħu li kellhom ikunu kuntenti b’dak li Alla jipprovdi.
Apprezza u tistenniex affarijiet mingħand oħrajn. (1 Tes. 5:18) Imita lill-appostlu Pawlu li ma talabx lill-aħwa f’Korintu jagħtuh l-affarijiet li kellu bżonn, avolja kieku ried setaʼ talabhom. (1 Kor. 9:) Aħna għandna napprezzaw dak kollu li jagħtuna n-nies u ma nistennewx affarijiet minn oħrajn. 11-14
Kun umli. Meta xi ħadd jibda jaħseb li hu aħjar minn oħrajn, jibda jħoss li ħaqqu iktar milli għandu. Li nkunu umli se jgħinna biex qatt ma naħsbu b’dan il-mod perikoluż.
Il-profeta Danjel hu eżempju tajjeb ħafna t’umiltà. Hu kien jiġi minn familja importanti, kien gustuż, intelliġenti, u kien kapaċi jagħmel ħafna affarijiet. Allura setaʼ ħass li kien ħaqqu jiġi trattat aħjar minn oħrajn u li jkollu l-privileġġi li kellu. (Dan. 1:3, 4, 19, 20) Imma Danjel baqaʼ umli u din il-kwalità għamlitu prezzjuż għal Ġeħova.—Dan. 2:30; 10:11, 12.
Mela ejja nagħmlu dak kollu li nistgħu biex ma nkunux egoisti bħan-nies tad-dinja. Minflok ejja nsibu l-ferħ f’dak kollu li tana Ġeħova grazzi għall-qalb tajba kbira tiegħu.