“Ġeħova Alla tagħna hu Ġeħova wieħed”
“Ismaʼ, O Israel: Ġeħova Alla tagħna hu Ġeħova wieħed.”—DEWTERONOMJU 6:4.
1, 2. (a) Il-kliem taʼ Dewteronomju 6:4 għala hu daqstant magħruf? (b) Mosè għala qal dan il-kliem?
GĦAL mijiet taʼ snin, il-Lhud użaw il-kliem taʼ Dewteronomju 6:4 bħala parti minn talba speċjali. Din it-talba tissejjaħ Xema, li hi l-ewwel kelma taʼ dak il-vers bl-Ebrajk. Ħafna Lhud jgħidu din it-talba kuljum, filgħodu u filgħaxija, biex juru li huma devoti lejn Alla biss.
2 Dan il-kliem hu parti mill-aħħar taħdita li Mosè ta lill-ġens tal-Iżrael. Fis-sena 1473 qabel Kristu (QK), il-ġens kien fl-art taʼ Mowab, lest biex jaqsam ix-Xmara Ġordan u jieħu taħt idejh l-Art Imwiegħda. (Dewteronomju 6:1) Mosè kien mexxa lin-nies għal 40 sena, u riedhom ikunu kuraġġużi biex jiffaċċjaw id-diffikultajiet li kienu se jħabbtu wiċċhom magħhom. Kellhom bżonn jafdaw fl-Alla tagħhom, Ġeħova, u jkunu leali lejh. Għalhekk, l-aħħar kliem taʼ Mosè ħeġġiġhom biex jagħmlu preċiż hekk. Wara li semma l-Għaxar Kmandamenti u liġijiet oħra minn Ġeħova, Mosè ta lin-nies it-tfakkira taʼ min jaħseb fuqha f’Dewteronomju 6:4, 5. (Aqra.)
3. Liema mistoqsijiet se nikkunsidraw f’dan l-artiklu?
3 L-Iżraelin kienu jafu li Ġeħova Alla tagħhom kien “Ġeħova wieħed.” L-Iżraelin leali qiemu lil Alla wieħed, l-Alla tal-antenati tagħhom. Allura, Mosè għala fakkarhom li Ġeħova Alla tagħhom hu “Ġeħova wieħed”? X’konnessjoni hemm bejn din il-verità u l-fatt li nħobbu lil Alla b’qalbna kollha, b’ruħna kollha, u b’saħħitna kollha? U l-kliem taʼ Dewteronomju 6:4, 5, kif japplika għalina llum?
ALLA TAGĦNA HU “ĠEĦOVA WIEĦED”
4, 5. (a) X’inhi waħda mit-tifsiriet tal-frażi “Ġeħova wieħed”? (b) Ġeħova kif inhu differenti mill-allat tal-ġnus?
4 Uniku. L-espressjoni “Ġeħova wieħed” tfisser li Ġeħova hu uniku, jiġifieri li ħadd mhu daqsu jew bħalu. Mosè għala uża dik l-espressjoni? Hawnhekk, Mosè ma kienx qed juri jekk it-twemmin tat-trinità kienx minnu jew le. Ġeħova hu l-Ħallieq tas-sema u l-art u l-Mexxej tal-univers. Hu l-uniku Alla veru, u m’hemm l-ebda alla bħalu. (2 Samwel 7:22) Għalhekk, kliem Mosè kien se jfakkar lill-Iżraelin li għandhom iqimu lil Ġeħova biss. Ma kellhomx jimitaw lin-nies taʼ madwarhom, li qiemu lil ħafna allat foloz. Dawn in-nies emmnu li l-allat tagħhom setgħu jikkontrollaw in-natura.
5 Pereżempju, l-Eġizzjani kienu jqimu lill-alla tax-xemx Ra, l-alla mara tas-sema Nut, l-alla tal-art Geb, l-alla tan-Nil Hapi, kif ukoll ħafna annimali. Ġeħova wera li kien superjuri għal dawn l-allat foloz meta ġab l-Għaxar Kastigi. L-alla ewlieni tal-Kangħanin kien Bagħal, alla falz li l-Kangħanin emmnu li kien ġab il-ħajja fl-eżistenza. Kienu jemmnu wkoll li kien l-alla tas-sema, tax-xita, u tal-maltemp. F’ħafna postijiet, in-nies straħu fuq Bagħal għall-protezzjoni. (Numri 25:3) L-Iżraelin kellhom jiftakru li Alla tagħhom, “l-Alla l-veru,” hu uniku. Hu “Ġeħova wieħed.”—Dewteronomju 4:35, 39.
Alla Ġeħova mhuwiex inkonsistenti jew ma jafx x’se jaqbad jagħmel. Hu dejjem leali, konsistenti, iżomm kelmtu, u hu veru
6, 7. X’inhi tifsira oħra tal-kelma “wieħed,” u Ġeħova kif wera biċ-ċar li hu “wieħed”?
6 Konsistenti u leali. Il-kelma “wieħed” fl-espressjoni “Ġeħova wieħed” tfisser ukoll li l-iskop u l-azzjonijiet tiegħu dejjem huma taʼ min joqgħod fuqhom. Alla Ġeħova mhuwiex inkonsistenti jew ma jafx x’se jaqbad jagħmel. Hu dejjem leali, konsistenti, iżomm kelmtu, u hu veru. Pereżempju, hu wiegħed lil Abraham li d-dixxendenti tiegħu kienu se jgħixu fl-art imwiegħda. U Ġeħova wettaq ħafna mirakli setgħanin biex iżomm dik il-wegħda. Erbaʼ mija u tletin sena wara li ta dik il-wegħda, l-iskop taʼ Ġeħova ma kienx inbidel.—Ġenesi 12:1, 2, 7; Eżodu 12:40, 41.
Isaija 43:10, 13; 44:6; 48:12) Xi privileġġ kellhom l-Iżraelin li jaqdu Alla li hu konsistenti u li hu dejjem leali! Aħna għandna l-istess privileġġ illum!—Malakija 3:6; Ġakbu 1:17.
7 Mijiet taʼ snin wara, Ġeħova sejjaħ lill-Iżraelin, ix-xhieda tiegħu, u qalilhom: “Jien l-istess Wieħed. Qabli ma ssawwar ebda Alla, u warajja baqaʼ ma kien hemm ħadd.” Ġeħova għamilha ċara wkoll li l-iskop tiegħu qatt ma jinbidel meta żied jgħid: “Jien l-istess Wieħed.” (8, 9. (a) Ġeħova x’jistenna minn dawk li jqimuh? (b) Ġesù kif enfasizza l-importanza taʼ kliem Mosè?
8 Iva, Mosè fakkar lill-Iżraelin li Ġeħova qatt ma kien se jieqaf milli jħobbhom u jieħu ħsiebhom. Min-naħa tiegħu mbagħad Ġeħova stenna li l-Iżraelin jagħtuh devozzjoni esklużiva u jħobbuh b’qalbhom kollha, b’ruħhom kollha, u b’saħħithom kollha. Il-ġenituri kellhom jgħallmu lil uliedhom dwar Ġeħova f’kull opportunità ħalli minn età żgħira huma wkoll iqimu lil Ġeħova biss.—Dewteronomju 6:6-9.
9 Ġeħova qatt ma jbiddel l-iskop tiegħu, u allura qatt ma se jbiddel dak li jistenna mill-aduraturi veri tiegħu. Jekk irridu li Ġeħova jieħu pjaċir bil-qima tagħna, irridu nagħtuh devozzjoni esklużiva u nħobbuh b’qalbna kollha, b’moħħna kollu, u b’saħħitna kollha. Ġesù qal li dan hu l-akbar kmandament. (Aqra Marku 12:28-31.) Ejja nitgħallmu kif nistgħu nuru bl-azzjonijiet tagħna li nemmnu li “Ġeħova Alla tagħna hu Ġeħova wieħed.”
AGĦTI LIL ĠEĦOVA DEVOZZJONI ESKLUŻIVA
10, 11. (a) Il-qima tagħna lil Ġeħova f’liema sens hi esklużiva? (b) Iż-żgħażagħ Ebrej f’Babilonja kif urew id-devozzjoni esklużiva tagħhom lejn Ġeħova?
10 Ġeħova hu l-uniku Alla tagħna. Aħna nagħtuh id-devozzjoni esklużiva tagħna meta nqimu lilu biss. Ma nistgħux inqimu lil allat oħra jew ninkludu xi ideat jew prattiki foloz fil-qima tagħna lil Ġeħova. Mhuwiex sempliċi alla li hu superjuri għal allat oħra jew li hu iktar setgħan minnhom. Hu l-Alla l-veru. M’għandna nqimu lil ħadd ħlief Ġeħova.—Aqra Rivelazzjoni 4:11.
11 Fil-ktieb taʼ Danjel, naqraw dwar iż-żgħażagħ Ebrej—Danjel, Ħananija, Misael, u Għażarija. Dawn urew id-devozzjoni esklużiva tagħhom lejn Ġeħova billi rrifjutaw li jieklu ikel li ma kienx nadif għall-aduraturi taʼ Ġeħova. U t-tlett iħbieb taʼ Danjel irrifjutaw li jmilu lejn idolu, l-istatwa tad-deheb taʼ Nebukadnessar. Għalihom, Ġeħova kien jiġi l-ewwel u qabel kollox. Kienu leali għalkollox lejh.—Danjel 1:1–3:30.
Ġeħova jrid ikollu l-ewwel post f’ħajjitna
12. Jekk irridu nagħtu lil Ġeħova devozzjoni esklużiva, kontra xiex għandna ngħassu?
12 Ġeħova jrid ikollu l-ewwel post f’ħajjitna. Jekk irridu nagħtuh devozzjoni esklużiva, irridu noqogħdu b’sebaʼ għajnejn li affarijiet oħra ma jiħdulux postu. X’jistgħu jkunu Dewteronomju 5:6-10) Illum il-ġurnata, hemm ħafna tipi taʼ idolatrija, u ftit minn dawn huma diffiċli biex tagħrafhom. Imma Ġeħova ma biddilx dak li jistenna minna. Hu għadu “Ġeħova wieħed.” Ejja naraw kif nistgħu nevitaw l-idolatrija llum.
dawn l-affarijiet? Fl-Għaxar Kmandamenti, Ġeħova qal li n-nies tiegħu m’għandhomx iqimu lil allat oħra. U m’għandhom jipprattikaw l-ebda tip taʼ idolatrija. (13. X’inhuma xi affarijiet li nistgħu nibdew inħobbu iktar minn Ġeħova?
13 F’Kolossin 3:5 (aqra), naqraw dwar affarijiet li jistgħu jħassru l-ħbiberija esklużiva li għandna maʼ Ġeħova. Naraw li r-regħba hi relatata mal-idolatrija. B’liema mod? Meta jkollna xewqa qawwija għal xi ħaġa, bħal pereżempju li jkollna ħafna flus jew affarijiet lussużi, din tistaʼ tikkontrolla lil ħajjitna, bħal alla setgħan. Dawn id-dnubiet kollha msemmijin f’Kolossin 3:5 għandhom x’jaqsmu mar-regħba, li hi tip taʼ idolatrija. Għalhekk, jekk ikollna xewqa qawwija għal dawn l-affarijiet, nistgħu nibdew inħobbu lilhom iktar milli nħobbu lil Alla. Imbagħad, Ġeħova qatt ma kien ikun “Ġeħova wieħed” għalina. Żgur li qatt ma rridu li jiġri dan.
14. L-appostlu Ġwanni liema twissija ta dwar l-imħabba tagħna għal Alla?
14 L-appostlu Ġwanni enfasizza xi ħaġa simili. Hu wissa li jekk xi ħadd iħobb l-affarijiet tad-dinja, jiġifieri “x-xewqa tal-laħam u x-xewqa taʼ l-għajnejn u l-iffanfrar bil-mezzi tal-ħajja,” imbagħad “l-imħabba tal-Missier mhix fih.” (1 Ġwanni 2:15, 16) Għalhekk, għandna bżonn neżaminaw lilna nfusna regolarment biex naraw jekk inħobbux id-dinja. Jistaʼ jkun li nindunaw li bdew jogħġbuna xi nies tad-dinja u affarijiet fid-dinja bħad-divertiment, l-ilbies, u d-dehra fiżika. Jew forsi nkunu rridu nakkwistaw “ħwejjeġ kbar” billi nfittxu edukazzjoni iktar għolja. (Ġeremija 45:4, 5) Id-dinja l-ġdida hi fil-viċin ħafna. Allura rridu niftakru fil-kliem taʼ Mosè li hu taʼ min jaħseb fuqu! Jekk nifhmu u verament nemmnu li “Ġeħova Alla tagħna hu Ġeħova wieħed,” se nagħtuh id-devozzjoni esklużiva tagħna u naqduh bil-mod kif irid hu.—Ebrej 12:28, 29.
ŻOMM L-UNITÀ KRISTJANA
15. Pawlu għala fakkar lill-Kristjani li Alla hu “Ġeħova wieħed”?
15 L-espressjoni “Ġeħova wieħed” tgħinna nifhmu li Ġeħova jrid li l-qaddejja tiegħu jkunu f’unità u jkollhom l-istess skop f’ħajjithom. Fil-kongregazzjoni Kristjana tal-bidu, kien hemm Lhud, Griegi, Rumani, u nies taʼ nazzjonalitajiet oħra. Kellhom sfondi, kulturi, u preferenzi differenti. Minħabba dan, kien diffiċli għal xi wħud minnhom biex jaċċettaw mod ġdid kif iqimu jew biex jabbandunaw il-prattiki li kellhom qabel. Allura, Pawlu kellu 1 Korintin 8:5, 6.
bżonn ifakkarhom li l-Kristjani għandhom Alla wieħed, Ġeħova.—Aqra l-Ġeħova jrid li l-qaddejja tiegħu jkunu f’unità u jkollhom l-istess skop f’ħajjithom
16, 17. (a) Liema profezija qed titwettaq fi żmienna, u b’liema riżultat? (b) X’jistaʼ jkisser l-unità tagħna?
16 Xi ngħidu dwar il-kongregazzjoni Kristjana llum? Il-profeta Isaija qal li “fl-aħħar parti tal-jiem,” nies mill-ġnus kollha kienu se jinġabru flimkien biex iqimu lil Ġeħova. Kienu se jgħidu: “Hu jgħallimna dwar triqatu, u aħna nimxu fil-mogħdijiet tiegħu.” (Isaija 2:2, 3) Fil-fatt, aħna ferħanin li qed naraw din il-profezija titwettaq illum il-ġurnata! Ħutna rġiel u nisa jiġu minn postijiet differenti, jitkellmu lingwi differenti, u għandhom kulturi differenti. Imma aħna magħqudin fil-qima tagħna lil Ġeħova. Madanakollu, peress li aħna tant differenti, kultant jistaʼ jkun hemm id-diffikultajiet.
17 Pereżempju, kif tħossok int dwar l-aħwa rġiel u nisa li ġejjin minn kulturi differenti? Il-lingwa, l-ilbies, il-manjieri, u l-ikel tagħhom jafu jkunu differenti ħafna minn tiegħek. Tevitahom
int u tqattaʼ l-biċċa l-kbira mill-ħin tiegħek maʼ dawk biss li għandek affarijiet komuni magħhom? Kif tħossok dwar l-anzjani tal-kongregazzjonijiet li huma iżgħar minnek jew li huma taʼ razza jew kultura differenti? Jekk ma noqogħdux attenti, jistaʼ jkun li nibdew inħallu dawn id-differenzi jeffettwawna u jkissrulna l-unità.18, 19. (a) Liema parir jissemma f’Efesin 4:1-3? (b) X’nistgħu nagħmlu biex ngħinu lill-kongregazzjoni tibqaʼ magħquda?
18 Kif nistgħu nevitaw diffikultajiet bħal dawn? Pawlu ta parir prattiku lill-Kristjani li għexu f’Efesu, belt sinjura mimlija nies li kienu ġejjin minn sfondi differenti. (Aqra Efesin 4:1-3.) Pawlu semma kwalitajiet bħalma huma l-umiltà, il-ħlewwa, il-paċenzja, u l-imħabba. Dawn il-kwalitajiet huma bħal kolonni sodi li jżommu dar wieqfa. Imma biex iżżomm id-dar f’kundizzjoni tajba, hemm bżonn taʼ xogħol iebes ukoll. Pawlu ried li l-Kristjani f’Efesu jaħdmu iebes biex ‘iħarsu l-unità taʼ l-ispirtu.’
19 Kull wieħed u waħda minna għandu jagħmel l-almu tiegħu biex il-kongregazzjoni tibqaʼ magħquda. Kif nistgħu nagħmlu dan? L-ewwel, għandna bżonn nikkultivaw u nuru l-kwalitajiet li semma Pawlu: l-umiltà, il-ħlewwa, il-paċenzja, u l-imħabba. It-tieni, irridu nistinkaw biex nippromwovu “r-rabta li tgħaqqad tal-paċi.” In-nuqqas taʼ qbil hu bħal xquq żgħar fl-unità tagħna; b’hekk, irridu naħdmu iebes biex nirranġaw kull nuqqas taʼ qbil ħalli nżommu l-paċi u l-unità bejnietna.
20. Kif nistgħu nuru li nifhmu li “Ġeħova Alla tagħna hu Ġeħova wieħed”?
20 “Ġeħova Alla tagħna hu Ġeħova wieħed.” Din hi stqarrija li fiha x’tomgħod! Din it-tfakkira saħħet lill-Iżraelin biex jissaportu diffikultajiet meta daħlu fl-Art Imwiegħda u ħaduha taħt idejhom. Dan il-kliem jistaʼ jsaħħaħ lilna wkoll biex b’hekk ngħaddu minn ġot-tribulazzjoni l-kbira u ngħinu biex insebbħu l-Ġenna tal-art li ġejja. Ejja nkomplu nagħtu lil Ġeħova d-devozzjoni esklużiva tagħna. Għandna bżonn inħobbuh u naqduh b’qalbna kollha, moħħna kollu, u saħħitna kollha, u għandna bżonn nistinkaw biex inżommu l-paċi u l-unità maʼ ħutna. Jekk inkomplu nagħmlu dawn l-affarijiet, Ġesù se jiġġudikana bħala nagħaġ u se naraw it-twettiq taʼ kliemu: “Ejjew intom, imberkin minn Missieri, irtu s-saltna mħejjija għalikom mit-tisjis tad-dinja.”—Mattew 25:34.