Tħallix in-nuqqasijiet t’oħrajn ifixkluk
“Komplu . . . aħfru lil xulxin mill-qalb.”—KOLOSSIN 3:13.
1, 2. Il-Bibbja kif bassret it-tkabbir tax-Xhieda taʼ Ġeħova?
MADWAR id-dinja, hemm organizzazzjoni magħmula minn nies li jħobbu lil Ġeħova u li jridu jaqduh. Dawk in-nies huma x-Xhieda taʼ Ġeħova. Għalkemm jonqsu lil xulxin u jieħdu żbalji, Ġeħova jiggwida lin-nies tiegħu bl-ispirtu qaddis tiegħu. Ejja naraw xi modi kif diġà berikhom.
2 Fl-1914, kien hemm vera ftit nies li kienu qed iqimu lil Ġeħova. Imma Ġeħova bierek l-ippritkar. B’hekk, miljuni tgħallmu l-veritajiet tal-Bibbja u saru x-Xhieda tiegħu. Ġeħova ddeskriva dan it-tkabbir tal-għaġeb meta qal: “Il-wieħed ċkejken isir elf, u ż-żgħir ġens setgħan. Jien innifsi, Ġeħova, se ngħaġġlu f’waqtu.” (Isaija 60:22) Illum, nistgħu naraw b’mod ċar li l-profezija tiegħu twettqet. In-nies taʼ Ġeħova huma bħal nazzjon kbir. Fil-fatt, hemm ħafna nazzjonijiet madwar id-dinja b’popolazzjoni iżgħar minn kemm hawn Xhieda taʼ Ġeħova.
3. Il-qaddejja t’Alla kif urew imħabba?
3 Matul dawn l-aħħar jiem, Ġeħova għen lin-nies tiegħu biex isaħħu l-imħabba tagħhom għal xulxin. “Alla hu mħabba,” u huma jimitawh. (1 Ġwanni 4:8) Ġesù kkmanda lis-segwaċi tiegħu biex ‘iħobbu lil xulxin.’ Hu qalilhom ukoll: “B’dan ikun jaf kulħadd li intom dixxipli tiegħi, jekk ikollkom l-imħabba bejnietkom.” (Ġwanni 13:34, 35) Fi żminijiet reċenti, il-qaddejja taʼ Ġeħova wrew din l-imħabba għal xulxin anki meta n-nazzjonijiet marru għal gwerra. Pereżempju, fit-Tieni Gwerra Dinjija, madwar 55 miljun persuna nqatlu. Imma n-nies taʼ Ġeħova ma qatlu lil ħadd f’dik il-gwerra. (Aqra Mikea 4:1, 3.) Dan għenhom jibqgħu ‘nodfa mid-demm tal-bnedmin kollha.’—Atti 20:26.
4. Iż-żieda fin-nies taʼ Ġeħova, għala hi taʼ min jinnotaha?
4 In-nies t’Alla komplew jiżdiedu fl-għadd avolja għandhom għadu b’saħħtu, Satana. Hu “l-alla taʼ din is-sistema.” (2 Korintin 4:4) Satana jikkontrolla l-organizzazzjonijiet politiċi taʼ din id-dinja, u anki l-mezzi tax-xandir, u hu juża lil dawn biex jipprova jwaqqaf l-ippritkar tal-aħbar tajba. Imma ma jistax iwaqqaf dan ix-xogħol. Madankollu, Satana jaf li hu ma baqagħlux ħafna ħin, u allura jibqaʼ jipprova jwaqqafna milli nqimu lil Ġeħova.—Rivelazzjoni 12:12.
SE TKUN LEALI META OĦRAJN JIEĦDU ŻBALL?
5. Oħrajn għala kultant iweġġgħulna s-sentimenti tagħna? (Ara l-ewwel stampa.)
5 Il-qaddejja t’Alla tgħallmu li hu importanti ħafna li jħobbu ’l Alla u nies oħra. Ġesù qal: “‘Ħobb lil Ġeħova Alla tiegħek b’qalbek kollha u b’ruħek kollha u b’moħħok kollu.’ Dan hu l-akbar u l-ewwel kmandament. It-tieni jixbhu u hu dan, ‘Ħobb lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek.’” (Mattew 22:35-39) Madankollu, il-Bibbja turi li n-nies kollha twieldu imperfetti minħabba d-dnub t’Adam. (Aqra Rumani 5:12, 19.) Allura, kultant xi wħud fil-kongregazzjoni jistgħu jgħidu jew jagħmlu xi ħaġa li tweġġaʼ s-sentimenti tagħna. Meta jiġri hekk, x’se nagħmlu? L-imħabba tagħna għal Ġeħova se tibqaʼ b’saħħitha? Se nibqgħu leali lejh u lejn in-nies tiegħu? Il-Bibbja tgħidilna dwar xi qaddejja t’Alla li kienu qalu jew għamlu affarijiet li weġġgħu lin-nies. Ejja naraw x’nistgħu nitgħallmu minn dak li ġralhom.
6. Għeli f’liema sens ma ddixxiplinax lil uliedu?
6 Pereżempju, Għeli kien il-qassis il-kbir tal-Iżraelin, imma ż-żewġ uliedu m’obdewx il-liġijiet taʼ Ġeħova. Il-Bibbja tgħid: “Ulied Għeli kienu rġiel m’huma tajbin għal xejn; ma kinux jirrikonoxxu lil Ġeħova.” (1 Samwel 2:12) Għeli kien jaf li wliedu kienu qed jagħmlu affarijiet ħżiena ħafna. Minkejja dan, hu ma ddixxiplinahomx biżżejjed. Maż-żmien, Ġeħova kkastiga lil Għeli u liż-żewġ uliedu subien. U iktar tard, Ġeħova ma ppermetta lil ħadd li hu mid-dixxendenza t’Għeli biex jaqdi bħala qassis il-kbir. (1 Samwel 3:10-14) Kieku għext fi żmien Għeli u kont tkun taf li hu ħalla lil uliedu jagħmlu affarijiet ħżiena ħafna, kont titfixkel? Dis-sitwazzjoni kienet se ddgħajjef il-fidi tiegħek f’Ġeħova, u b’hekk, kont tieqaf taqdih?
7. David kif dineb serjament, u Alla x’għamel dwar dan?
7 David kellu kwalitajiet mill-isbaħ, u huwa għalhekk li Ġeħova kien iħobbu daqstant. (1 Samwel 13:13, 14; Atti 13:22) Imma anki David għamel xi ħaġa vera gravi. Meta Urija kien qed jiġġieled fi gwerra, David kellu relazzjonijiet sesswali maʼ mart Urija, Bat-seba, u hi ħarġet tqila. David ma ried lil ħadd ikun jaf b’dak li għamel. Allura, ordna lil Urija biex jiġi jarah u mbagħad prova jikkonvinċih biex imur id-dar. David ittama li Urija jkollu relazzjonijiet sesswali maʼ Bat-seba ħalli n-nies jaħsbu li Urija kien missier it-tarbija. Imma Urija ma riedx imur id-dar. Allura, David għamel ċert li Urija jinqatel fil-battalja. Minħabba d-dnub serju tiegħu, David u l-familja tiegħu batew ħafna. (2 Samwel 12:9-12) Madankollu, Ġeħova kien ħanin u ħafirlu. Hu kien jaf li David ried jagħmel dak li kien sew. (1 Slaten 9:4) Li kieku kont qed tgħix f’dak iż-żmien, kif kont tħossok dwar dak li għamel David? Kont tieqaf taqdi lil Ġeħova?
8. (a) L-appostlu Pietru kif naqas li jżomm kelmtu? (b) Wara li Pietru żbalja, Ġeħova għala kompla juża lil Pietru?
8 Eżempju tal-Bibbja ieħor hu dak tal-appostlu Pawlu. Ġesù għażlu biex ikun appostlu. Minkejja dan, Pietru kultant Marku 14:27-31, 50) Imma wara li Ġesù ġie arrestat, l-appostli kollha, inkluż Pietru, abbandunawh. Imbagħad, għal tliet darbiet f’każijiet differenti, Pietru qal li ma kienx jaf lil Ġesù. (Marku 14:53, 54, 66-72) Madankollu, Pietru ħassu mdejjaq għall-aħħar dwar dak li għamel. Allura, Ġeħova ħafirlu u kompla jużah. Li kieku kont dixxiplu f’dak iż-żmien u kont tkun taf x’għamel Pietru, kont tkompli tafda f’Ġeħova?
qal jew għamel affarijiet li ma kinux sew. Pereżempju, Pietru qal li hu qatt ma kien se jabbanduna lil Ġesù anki jekk kulħadd kien jagħmel hekk. (Nistgħu nkunu ċerti mija fil-mija li Ġeħova dejjem se jagħmel dak li hu sew u ġust
9. Għala tafda li Alla dejjem hu ġust?
9 Minn dawn l-eżempji, naraw li xi qaddejja taʼ Ġeħova għamlu affarijiet ħżiena u weġġgħu bl-ikrah lil oħrajn. Meta jiġri hekk illum, x’se tagħmel? Se tieqaf tattendi l-laqgħat jew saħansitra tabbanduna lil Ġeħova u n-nies tiegħu għalkollox? Jew tirrealizza li Ġeħova hu ħanin u li hu għandu mnejn qed jistenna lil xi ħadd jindem? Imma kultant meta xi ħadd jidneb serjament, ma jiddispjaċihx għal dak li jkun għamel. Se tafda li Ġeħova jaf b’dan u li hu se jagħmel xi ħaġa dwarha fil-ħin xieraq? Għandu mnejn li jneħħi lil dik il-persuna mill-kongregazzjoni jekk ikun neċessarju. Temmen int li Ġeħova dejjem se jagħmel dak li hu sew u ġust?
IBQAʼ LEALI
10. Ġesù x’fehem minn nuqqasijiet taʼ Ġuda l-Iskarjota u Pietru?
10 Fil-Bibbja, naqraw dwar ħafna li baqgħu leali lejn Ġeħova u n-nies tiegħu għalkemm madwarhom kien hemm xi wħud li żbaljaw b’mod serju. Ġesù hu l-aqwa eżempju. Wara li qattaʼ lejl jitlob għall-għajnuna taʼ Missieru, hu għażel it-12-il appostlu. Imma wieħed minnhom, Ġuda l-Iskarjota, iktar tard ittradieh. Apparti minn hekk, l-appostlu Pietru qal li lanqas biss kien jafu lil Ġesù. (Luqa 6:12-16; 22:2-6, 31, 32) Ġesù ma waħħalx f’Ġeħova jew il-bqija tad-dixxipli meta wħud minnhom iddiżappuntawh. Minflok, Ġesù baqaʼ qrib taʼ Missieru u kompla jaqdih b’mod leali. B’hekk, Ġeħova ppremjah billi rxoxtah u iktar tard għamlu Sultan tas-Saltna fis-sema.—Mattew 28:7, 18-20.
11. Il-Bibbja x’qalet bil-quddiem dwar il-qaddejja taʼ Ġeħova taʼ dan iż-żmien?
11 L-eżempju taʼ Ġesù jgħallimna li rridu nkunu leali lejn Ġeħova u n-nies Tiegħu. U għandna r-raġunijiet tajbin tagħna għala nagħmlu hekk. Aħna nistgħu naraw li Ġeħova qed jiggwida lill-qaddejja tiegħu f’dan iż-żmien tat-tmiem. Hu qed jgħinhom jippritkaw il-verità mad-dinja kollha, u huma l-uniċi nies li qed jagħmlu dan ix-xogħol. Barra minn hekk, huma verament magħqudin u ferħanin minħabba Isaija 65:14.
dak kollu li Ġeħova qed jgħallimhom. Ġeħova ddeskriva dan meta qal: “Ara! Il-qaddejja tiegħi se jgħajtu bil-ferħ minħabba l-kundizzjoni tajba taʼ qalbhom.”—Kemm ma jkunx għaqli u ġust li nitilqu lil Ġeħova u n-nies tiegħu minħabba li xi ħadd ieħor jiżbalja
12. Kif għandna nqisu n-nuqqasijiet t’oħrajn?
12 Aħna verament ferħanin għax Ġeħova jiggwidana u jgħinna nagħmlu ħafna affarijiet tajbin. B’kuntrast, in-nies tad-dinja taʼ Satana mhumiex ferħanin u m’għandhomx tama vera għall-futur. Kemm ma jkunx għaqli u ġust li nitilqu lil Ġeħova u n-nies tiegħu minħabba li xi ħadd fil-kongregazzjoni jagħmel jew jgħid xi ħaġa li ma tkunx ġusta! Minflok, għandna nibqgħu leali lejn Ġeħova u nsegwu d-direzzjoni tiegħu. Hemm bżonn li nitgħallmu wkoll kif inqisu n-nuqqasijiet t’oħrajn u kif naġixxu għal dawn in-nuqqasijiet.
KIF GĦANDEK TIRREAĠIXXI?
13, 14. (a) Għala għandna nkunu paċenzjużi maʼ xulxin? (b) Liema wegħda għandna niftakru?
13 X’għandek tagħmel jekk xi ħadd minn ħutek jgħid jew jagħmel xi ħaġa li tweġġaʼ s-sentimenti tiegħek? Il-Bibbja tagħti dan il-parir: “Tgħaġġilx biex tieħu għalik, għax l-istupidi jieħdu għalihom u jżommu f’qalbhom.” (Ekkleżjasti 7:9) Ilkoll kemm aħna imperfetti u niżbaljaw. Allura, ma nistgħux nistennew li ħutna dejjem se jgħidu u jagħmlu dak li hu sew. U ma jagħmlilniex ġid jekk nibqgħu naħsbu dwar l-iżbalji tagħhom. Jekk jiġrilna hekk, għandu mnejn ma nibqgħux inħossuna ferħanin waqt li nkunu qed naqdu lil Ġeħova. Agħar minn hekk, il-fidi tagħna fih tistaʼ tiddgħajjef, u għandu mnejn nitilqu l-organizzazzjoni taʼ Ġeħova. Imbagħad, ma nkunux nistgħu naqdu lil Ġeħova jew nittamaw li ngħixu fid-dinja l-ġdida tiegħu.
14 Allura, x’jistaʼ jgħinek tibqaʼ ferħan waqt li taqdi lil Ġeħova meta oħrajn jagħmlu xi ħaġa li tinkwetak? Dejjem ftakar fil-wegħda li tfarraġ: “Ara, qed noħloq smewwiet ġodda u art ġdida; u l-affarijiet taʼ qabel ma jitfakkrux, u lanqas ma jweġġgħu l-qalb.” (Isaija 65:17; 2 Pietru 3:13) Ġeħova se jagħtik dawn il-barkiet jekk tibqaʼ leali lejh.
15. X’qal Ġesù li għandna nagħmlu meta oħrajn jieħdu żball?
15 Naturalment, għadna m’aħniex fid-dinja l-ġdida. Allura, jekk xi ħadd iweġġaʼ s-sentimenti tagħna, ikollna bżonn nimmeditaw fuq dak li Ġeħova jridna nagħmlu. Pereżempju Ġesù qal: “Jekk taħfru lill-bnedmin in-nuqqasijiet tagħhom, Missierkom tas-sema se jaħfrilkom ukoll; filwaqt li jekk ma taħfrux lill-bnedmin in-nuqqasijiet tagħhom, lanqas Missierkom ma se jaħfer in-nuqqasijiet tagħkom.” U meta Pietru saqsa lil Ġesù jekk għandniex naħfru “sa sebaʼ darbiet,” Ġesù wieġeb: Mattew 6:14, 15; 18:21, 22.
“Ma ngħidlekx, sa sebaʼ darbiet, imma, sa sebgħa u sebgħin darba.” Ġesù għallimna li dejjem għandna nkunu lesti biex naħfru lil xulxin.—16. Ġużeppi liema eżempju tajjeb ħalla?
16 L-eżempju taʼ Ġużeppi jgħallimna kif għandna nirreaġixxu meta oħrajn jiddiżappuntawna. Ġużeppi u ħuh, li kien iżgħar minnu, kienu l-uniċi wlied taʼ Ġakobb u Rakele. Ġakobb kellu 10 ulied oħra, imma hu ħabb lil Ġużeppi iktar milli ħabb lilhom. Dan ġegħelhom isiru għajjura ħafna għal Ġużeppi. Fil-fatt, tant kienu jobogħduh li bigħuh bħala lsir, u ttieħed l-Eġittu. Wara ħafna snin, is-sultan tal-Eġittu għamel lil Ġużeppi t-tieni mexxej taʼ dak il-pajjiż għax kien impressjonat ħafna mix-xogħol tajjeb taʼ Ġużeppi. Iktar tard, ħut Ġużeppi marru l-Eġittu biex jixtru l-ikel minħabba li kien waqaʼ l-ġuħ. Meta raw lil Ġużeppi, m’għarfuhx, imma hu kien jaf min huma. Għalkemm kienu ttrattawh ħażin, ma kkastigahomx. Minflok, għaddiehom minn prova sabiex isir jaf jekk verament kinux inbiddlu. Meta Ġużeppi nduna li kienu nbiddlu, qalilhom li kien ħuhom. Iktar tard, farraġhom u qal: “Tibżgħux. Jien nibqaʼ nagħti l-ikel lilkom u lit-tfal ċkejknin tagħkom.”—Ġenesi 50:21.
17. X’għandek tagħmel meta oħrajn jiżbaljaw?
17 Ftakar li ladarba mis-sema ’l isfel kulħadd jiżbalja, int ukoll tiżbalja. Allura, jekk tirrealizza li ddiżappuntajt lil xi ħadd, segwi l-parir tal-Bibbja. Itlob lil ħuk biex jaħfirlek, u pprova agħmel paċi miegħu. (Aqra Mattew 5:23, 24.) Aħna nieħdu pjaċir meta oħrajn jaħfrulna. Allura, għandna nagħmlu l-istess magħhom. Kolossin 3:13 jgħid: “Komplu ssaportu lil xulxin u aħfru lil xulxin mill-qalb jekk xi ħadd għandu għalxiex jilmenta kontra ħaddieħor. Bħalma Ġeħova ħafrilkom mill-qalb, agħmlu hekk intom ukoll.” Jekk verament inħobbu lil ħutna, mhux se nibqgħu nħossuna diżappuntati dwar xi ħaġa li jkunu għamlu fil-passat. (1 Korintin 13:5) U jekk naħfru lil oħrajn, Ġeħova jaħfrilna wkoll. Allura meta oħrajn jiżbaljaw, jalla nuru ħniena magħhom sewwasew bħalma Missierna, Ġeħova, hu ħanin magħna.—Aqra Salm 103:12-14.