Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

FRAŻI MILL-BIBBJA

Int Għandek Fidi?

Int Għandek Fidi?

Biex Ġeħova jieħu pjaċir bina jrid ikollna l-fidi. Imma l-Bibbja tgħid li “mhux kulħadd għandu l-fidi.” (2 Tess. 3:2) F’dan il-vers l-appostlu Pawlu kien qed jitkellem dwar nies li kienu qed jippersegwitawh. Huma kienu “bnedmin mill-agħar li jagħmlu l-ħsara.” Imma dak li qal dwar il-fidi ma japplikax biss għan-nies li kienu qed jippersegwitawh. Xi nies ma jridux jemmnu li hemm Alla li ħalaq kollox. (Rum. 1:20) Oħrajn jemmnu li hemm xi ħaġa jew xi ħadd iktar b’saħħtu. Imma din mhix fidi vera.

Aħna rridu nkunu ċerti li Ġeħova jeżisti u li “jippremja” lil dawk li għandhom fidi b’saħħitha fih. (Ebr. 11:6) Biex ikollna din il-fidi jrid ikollna l-ispirtu qaddis t’Alla. Biex ikollna l-ispirtu qaddis irridu nitolbu lil Ġeħova għalih. (Lq. 11:​9, 10, 13) Mod ieħor kif jistaʼ jkollna l-ispirtu qaddis hu billi naqraw il-Bibbja għax Ġeħova uża l-ispirtu qaddis tiegħu biex tinkiteb. Imbagħad nistgħu naħsbu sew dwar dak li qrajna u nużawh f’ħajjitna. Jekk nagħmlu hekk inkunu qed inħallu l-ispirtu taʼ Ġeħova jgħinna jkollna l-fidi li togħġbu.