Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Idea Biex Tistudja

Idea Biex Tistudja

Tieħu pjaċir taqra l-bijografiji tal-aħwa?

Koppja li jaqraw bijografija kull filgħodu jgħidu: “Kemm inħossuna ferħanin u inkuraġġiti meta naqraw dawn l-istejjer! Ifakkruna li aħna wkoll nistgħu nibqgħu leali f’kull sitwazzjoni.” Oħt oħra kitbet: “Dawn il-bijografiji jinkuraġġuk u jmissulek qalbek. Il-ħajja taʼ dawn l-aħwa fiha skop. L-istorja tagħhom tinkuraġġini biex inżid fil-ministeru u tgħinni biex ninkuraġġixxi lit-tfal tiegħi ħalli jibdew jaqdu lil Ġeħova fis-servizz full-time.”

Il-bijografiji jistgħu jimmotivawk biex tagħmel iktar għal Ġeħova, tegħleb id-dgħufijiet tiegħek, u biex tissaporti provi diffiċli bil-ferħ. Kif tistaʼ ssib dawn il-bijografiji?

  • Fuq JW Library jew jw.org fittex is-serje t’artikli “Esperjenzi tax-Xhieda taʼ Ġeħova.”

  • Fittex “Esperjenzi tax-Xhieda taʼ Ġeħova” fil-LIBRERIJA ONLINE tat-Torri tal-Għassa.