Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

IDEA BIEX TISTUDJA

Ideat għall-Istudju Personali u l-Qima Bħala Familja

Ideat għall-Istudju Personali u l-Qima Bħala Familja

Aħna nqimu lil Ġeħova meta nkunu maʼ aħwa oħrajn fil-laqgħat, assembleat, u konvenzjonijiet. Però nqimuh anki meta nkunu weħidna u mal-familja. Aħseb dwar dawn l-ideat għall-istudju personali u l-qima bħala familja:

  • Ipprepara għal-laqgħat tal-kongregazzjoni. Tistaʼ tipprattika l-għanjiet li jkollna u tgħin lill-familja biex jippreparaw kumment.

  • Aqra storja mill-Bibbja. Wara, pinġi xi ħaġa li għoġbitek mill-istorja jew ikteb dak li tkun tgħallimt.

  • Aqra talba li hemm fil-Bibbja u aħseb dwar kif tistaʼ tgħinek titlob aħjar.

  • Ara vidjow minn fuq jw.org u wara ddiskutih maʼ oħrajn jew ikteb xi tkun tgħallimt minnu.

  • Ipprepara għas-service. Forsi tistgħu tirreċtaw taparsi qegħdin fuq il-bibien.

  • Osserva n-natura u aħseb sew x’tistaʼ titgħallem dwar Ġeħova, jew iddiskuti dan m’oħrajn. a

a Ara l-artiklu “Tgħallem Iktar Dwar Ġeħova mill-Ħolqien” f’​It-Torri tal-Għassa taʼ Marzu 2023.