Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

IDEA BIEX TISTUDJA

Pinġi Biex Tiftakar

Pinġi Biex Tiftakar

Ġieli ssibha diffiċli tiftakar xi tkun studjajt? Ħafna jiġrilhom hekk. Imma ħafna minna jsibuha faċli li jiftakru l-eżempji li ġab Ġesù. Għala? Għax spiss Ġesù għallem billi uża affarijiet li bihom għen lin-nies jimmaġinaw stampa f’moħħhom, u dan għenhom jiftakru. Bl-istess mod, int tistaʼ tiftakar iktar dak li qed tistudja billi tpinġi.

Spiss nies li jpinġu huma u jitgħallmu jiftakru iktar dak li jkunu tgħallmu. Huma jiftakru l-kliem u l-punti l-iktar importanti li qed jistudjaw. M’hemmx għalfejn inkunu xi artisti, anki tpinġijiet sempliċi jistgħu jgħinuna. Xi esperti sabu li anki wħud kbar fl-età jistgħu jitgħallmu u jiftakru iktar meta jpinġu.

Id-darba li jmiss li tistudja, għax ma tipprovax tpinġi xi affarijiet dwar xi tkun tgħallimt? Jaf tibqaʼ sorpriż b’kemm tiftakar!