Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Idea Biex Tistudja

Idea Biex Tistudja

X’Tistaʼ Tistudja l-Ewwel?

Kulħadd għandu x’jagħmel u ma jkollniex ħafna ħin biex nistudjaw. Kif nistgħu nużaw il-ħin bl-aħjar mod? L-ewwel, qattaʼ biżżejjed ħin fuq dak li taqra. Jekk tistudja ftit imma sew, tibbenefika iktar minn meta taqra taʼ malajr.

Imbagħad ara x’inhu l-iktar importanti. (Efes. 5:15, 16) Ara dawn is-suġġerimenti:

  • Aqra l-Bibbja kuljum. (Salm 1:2) Tistaʼ ssib t’għajnuna li tibda taqra l-qari tal-Bibbja li jkollna għal-laqgħa taʼ matul il-ġimgħa.

  • Ipprepara It-Torri tal-Għassa u għal-laqgħa taʼ matul il-ġimgħa. Ipprepara biżżejjed biex tikkummenta.—Salm 22:22.

  • Ipprova wkoll aqra u ara affarijiet spiritwali oħra bħar-rivisti għall-pubbliku, il-vidjows, u artikli fuq jw.org.

  • Studja suġġett li jinteressak. Tistaʼ tfittex dwar problema li għaddej minnha, xi mistoqsija li għandek, jew xi suġġett tal-Bibbja li tixtieq tifhem iktar. Għal xi ideat, fittex “Attivitajiet għall-Istudju tal-Bibbja” fuq jw.org.