PROĠETT GĦALL-ISTUDJU
Studja Sew Biex Jgħinek Tibqaʼ Għassa
Biex tara għala hu importanti li tistudja sew, aqra Danjel 9:1-19.
Tgħallem iktar mill-kuntest. X’kien għadu kif ġara, u dan kif effettwa lil Danjel? (Dan. 5:29, 30; 6:1-5) Kieku kont Danjel kif kont tħossok?
Fittex iktar dettalji. Danjel f’liema “kotba” setaʼ fittex? (Dan. 9:2; w11-E 1/1 22 ¶2) Danjel għala ammetta l-iżbalji tiegħu u anki tal-Iżraelin? (Lev. 26:39-42; 1 Slat. 8:46-50; dp 182-184) It-talba li għamel Danjel kif turi li kien jistudja sew il-Kelma t’Alla?—Dan. 9:11-13.
Aħseb dwar x’tgħallimt. Saqsi lilek innifsek:
-
‘X’nistaʼ nagħmel biex ma noqgħodx naħseb iżżejjed dwar x’qed jiġri fid-dinja?’ (Mik. 7:7)
-
‘Kif se nibbenefika jekk nistudja l-Bibbja sew bħalma għamel Danjel?’ (w04 8/1 12 ¶17)
-
‘Meta nagħmel studju personali, liema suġġetti jistgħu jgħinuni nibqaʼ għassa?’ (Mt. 24:42, 44; w12 8/15 5 ¶7-8)