ARTIKLU GĦALL-ISTUDJU 12
Meta Jkun l-Aħjar li Titkellem?
“Hemm żmien . . . li toqgħod kwiet u żmien li titkellem.”—EKK. 3:1, 7.
GĦANJA 124 Dejjem leali
ĦARSA BIL-QUDDIEM *
1. X’nitgħallmu minn Ekkleżjasti 3:1, 7?
XI WĦUD minna jħobbu jitkellmu ħafna. Oħrajn huma kwieti. Bħalma turi l-Iskrittura li dan l-artiklu hu bbażat fuqha, hemm ħin biex titkellem u hemm ħin biex ma tgħid xejn. (Aqra Ekkleżjasti 3:1, 7.) Minkejja dan, forsi nkunu nixtiequ li xi wħud minn ħutna jitkellmu iktar. Jew forsi nixtiequ li xi wħud jitkellmu inqas.
2. Min għandu d-dritt li jgħid kif u meta jkun tajjeb li nitkellmu?
2 Li nitkellmu hu rigal minn Ġeħova. (Eżo. 4:10, 11; Riv. 4:11) Fil-Kelma tiegħu, hu jgħinna nifhmu nużaw dan ir-rigal sew. F’dan l-artiklu, se niddiskutu eżempji mill-Bibbja li se jgħinuna nifhmu meta għandna nitkellmu u meta m’għandniex. Se naraw ukoll kif iħossu Ġeħova dwar dak li ngħidu lil oħrajn. L-ewwel, ejja niddiskutu meta jkun tajjeb li nitkellmu.
META JKUN TAJJEB LI NITKELLMU?
3. Skont Rumani 10:14, meta jkun tajjeb li nitkellmu?
3 Aħna dejjem għandna nkunu lesti biex nitkellmu dwar Ġeħova u s-Saltna tiegħu. (Mt. 24:14; aqra Rumani 10:14.) Meta nagħmlu hekk, inkunu qed nimitaw lil Ġesù. Waħda mir-raġunijiet għala Ġesù ġie fuq l-art kienet biex jgħid lil oħrajn il-verità dwar Missieru. (Ġw. 18:37) Imma għandna niftakru li kif nitkellmu hu importanti wkoll. Allura, meta nitkellmu m’oħrajn dwar Ġeħova, għandna nagħmlu dan “bil-ħlewwa u b’rispett,” u għandna nżommu f’moħħna s-sentimenti u x’temmen il-persuna l-oħra. (1 Pt. 3:15) Imbagħad mhux biss se nkunu qed nitkellmu, imma nkunu qed ngħallmuhom u forsi nmissulhom qalbhom ukoll.
4. Fi qbil maʼ Proverbji 9:9, id-diskors tagħna kif jgħin lil oħrajn?
Proverbji 9:9.) Għala hu tant importanti li jkollna l-kuraġġ li nitkellmu meta jkun hemm bżonn? Aħseb fuq żewġ eżempji differenti minn xulxin: F’każ minnhom, raġel kellu bżonn jikkoreġi lit-tfal tiegħu, u fil-każ l-ieħor, mara kellha tiffaċċja raġel li kien se jsir sultan.
4 L-anzjani għandhom jitkellmu jekk jaraw li ħu jew oħt għandha bżonn parir. Ovvjament, huma se jagħżlu l-ħin adattat biex ma jimbarazzawx lil dak li jkun. Forsi jkun hemm bżonn li l-anzjani jistennew sakemm ma jkun hemm ħadd viċin tagħhom. L-anzjani dejjem jagħmlu sforz biex joqogħdu attenti x’jgħidu ħalli jżommu d-dinjità tal-aħwa. Minkejja dan, huma juru l-prinċipji Bibliċi li jistgħu jgħinu lil dak li jkun jaġixxi sewwa. (Aqra5. Il-Qassis il-Kbir Eli meta suppost kellu jitkellem?
5 Il-Qassis il-Kbir Eli kellu żewġ subien li kien iħobbhom ħafna. Però, dawn iż-żewġ subien ma kellhomx rispett lejn Ġeħova. Huma kellhom responsabbiltà kbira. Dawn kienu qassisin li jaqdu fit-tabernaklu. Imma huma abbużaw mill-awtorità li kellhom, ma kellhom l-ebda rispett lejn is-sagrifiċċji li ngħataw lil Ġeħova, u ma kinux jistħu jagħmlu l-immoralità sesswali. (1 Sam. 2:12-17, 22) Skont il-Liġi li Alla ta lil Mosè, ulied Eli kellhom jinqatlu, imma Eli kien jagħlaq għajnejh għal dak li kienu jagħmlu. Fil-fatt, minkejja li ġibdilhom ftit l-attenzjoni hu ħalliehom jaqdu fit-tabernaklu. (Dt. 21:18-21) Ġeħova kif ħassu dwar dak li għamel Eli? Hu qal lil Eli: ‘Għala tibqaʼ tonora lil uliedek iktar milli lili?’ Imbagħad Ġeħova kien determinat li dawn iż-żewġt irġiel jinqatlu.—1 Sam. 2:29, 34.
6. X’nitgħallmu minn Eli?
6 Aħna nistgħu nitgħallmu lezzjoni importanti minn Eli. Jekk insiru nafu li ħabib jew xi ħadd jiġi minna kiser il-liġi t’Alla, aħna għandna nkellmuh. Imbagħad għandna nagħmlu ċert li jirċievi l-għajnuna li għandu bżonn mir-rappreżentanti taʼ Ġeħova. (Ġak. 5:14) Qatt ma rridu nkunu bħal Eli, jiġifieri nonoraw lil ħabib jew xi ħadd li jiġi minna iktar minn Alla. Hemm bżonn il-kuraġġ biex niffaċċjaw lil xi ħadd li għandu bżonn jiġi kkoreġut, imma huwa sforz taʼ min jagħmlu. Innota x’kuntrast hemm bejn l-eżempju taʼ Eli u l-mara Iżraelija li jisimha Abigajl.
7. Abigajl għala tkellmet maʼ David?
1 Sam. 25:5-8, 10-12, 14) B’hekk, David kien deċiż li joqtol lil kull min joqgħod fid-dar taʼ Nabal. (1 Sam. 25:13, 22) Kif setaʼ jiġi evitat diżastru bħal dan? Abigajl irrealizzat li kellha titkellem. Allura bil-kuraġġ marret tiltaqaʼ maʼ 400 raġel li kienu bil-ġuħ, irrabjati, u armati, u mbagħad tkellmet maʼ David.
7 Abigajl kienet il-mara taʼ Nabal. Dan kien raġel sinjur u kellu ħafna artijiet. Meta David u l-irġiel tiegħu kienu qed jaħarbu mis-Sultan Sawl, huma qattgħu xi ħin mal-merħliet taʼ Nabal u pproteġewhom milli jiġu misruqin. Kien Nabal grat għall-għajnuna tagħhom? Le. Meta David talab lill-irġiel tiegħu għal ftit ikel u ilma, Nabal irrabja u beda jgħajjarhom. (8. X’nitgħallmu mill-eżempju taʼ Abigajl?
8 Meta Abigajl iltaqgħet maʼ David, hi tkellmet bil-kuraġġ, bir-rispett, u b’mod konvinċenti. Din il-problema ma nqalgħetx minħabba Abigajl, imma hi xorta skużat ruħha maʼ David. Hi qalet li kienet taf li David kien persuna tajba u li kien se jagħmel dak li hu sew. Abigajl kienet ċerta li Ġeħova se jgħinna. (1 Sam. 25:24, 26, 28, 33, 34) Bħal Abigajl, jekk naraw li xi ħadd se jiżbalja, ikun hemm bżonn li rrabbu l-kuraġġ u nitkellmu. (Salm 141:5) Dan għandna nagħmluh b’rispett. Meta bi mħabba jkollna nagħtu parir lil xi ħadd, inkunu qed nuru li aħna ħbieb taʼ vera.—Prov. 27:17.
9-10. L-anzjani x’għandhom jiftakru meta jagħtu parir?
9 Huwa importanti b’mod partikolari li l-anzjani jagħmlu l-kuraġġ biex jitkellmu maʼ dawk fil-kongregazzjoni li jieħdu deċiżjoni ħażina. (Gal. 6:1) B’umiltà l-anzjani jirrealizzaw li huma wkoll imperfetti u għandhom mnejn xi darba jkollhom bżonn parir. Imma dan ma jwaqqafx l-anzjani milli jikkoreġu lil dawk li għandhom bżonn id-dixxiplina. (2 Tim. 4:2; Titu 1:9) Meta jagħtu parir, huma jipprovaw jużaw il-kliem, li hu rigal t’Alla, biex jgħallmu lil dak li jkun bit-tattika u l-paċenzja. Huma jħobbu lil ħuthom, u dik l-imħabba tqanqalhom jaġixxu. (Prov. 13:24) Imma l-iktar ħaġa importanti għalihom hi li jonoraw lil Ġeħova billi jżommu mal-livelli tiegħu u billi jipproteġu lill-kongregazzjoni mill-problemi.—Atti 20:28.
10 S’issa rajna meta jkun tajjeb li nitkellmu. Però, hemm drabi meta jkun aħjar jekk ma ngħidu xejn. Xi sfidi għandu mnejn niffaċċjaw f’dawn is-sitwazzjonijiet?
META JKUN TAJJEB LI MA NGĦIDU XEJN?
11. Ġakbu x’tixbiha ta, u għala hi addattata?
11 Jistaʼ jkun diffiċli li nikkontrollaw dak li ngħidu. Ġakbu, kittieb tal-Bibbja, uża tixbiha addattata biex jiddeskrivi l-isfida. Hu qal: “Jekk xi ħadd ma jitfixkilx f’dak li jgħid, dan ikun raġel perfett, kapaċi jliġġem ukoll lil ġismu kollu.” (Ġak. 3:2, 3) L-ilġiem, jew il-brilja, tkun f’ħalq iż-żiemel. Meta r-rikkieb jiġbed ir-riedni li jkunu mqabbdin mal-ilġiem, ikun jistaʼ jikkontrolla ż-żiemel jew iwaqqfu. Jekk ir-rikkieb jitlef il-kontroll tar-riedni, iż-żiemel x’aktarx jitlaq jiġri bla kontroll u jweġġaʼ lilu nnifsu u lir-rikkieb. Bl-istess mod, jekk nonqsu milli nikkontrollaw kliemna, nistgħu naqilgħu ħafna problemi. Ejja niddiskutu xi sitwazzjonijiet fejn ikollna bżonn nikkontrollaw ilsienna u nżommu lura milli nitkellmu.
12. Meta jkun tajjeb li nikkontrollaw ilsienna?
12 Kif taġixxi meta ħutek jgħidu xi ħaġa kunfidenzjali? Pereżempju, jekk int tiltaqaʼ maʼ xi ħadd li jgħix fejn m’hemmx permess għall-ippritkar, tiġi mħajjar biex issaqsih għal dettalji dwar kif ix-xogħol tagħna jsir f’dak il-pajjiż? Naturalment, int m’intix issaqsi biex iġġibhom fl-inkwiet. Aħna nħobbu lil ħutna u jimpurtana minnhom. Apparti minn hekk, irridu nkunu speċifiċi meta nitolbu għalihom. Madanakollu, f’din is-sitwazzjoni jkun tajjeb li nikkontrollaw ilsienna u nżommu lura milli nitkellmu. Jekk nipprovaw nisforzaw lil xi ħadd biex jgħidilna xi ħaġa li mhux suppost, la nkunu qed nuru mħabba lejh u lanqas lejn ħutu li jkunu fdawh li mhu se jgħid xejn dwar dak li jagħmlu b’mod spiritwali. Ovvjament, ħadd minna ma jrid iżid mad-diffikultajiet taʼ ħutna li jgħixu f’pajjiżi fejn m’hemmx permess għall-ippritkar tagħna. B’mod simili, ħadd mill-aħwa li jgħixu f’pajjiżi bħal dawn ma jkun irid jikxef dettalji dwar kif ix-Xhieda li jgħixu hemm jippritkaw jew jagħmlu l-attivitajiet Kristjani.
13. Skont Proverbji 11:13, x’għandhom jagħmlu l-anzjani, u għala?
13 B’mod partikolari l-anzjani għandhom japplikaw il-prinċipji tal-Bibbja mniżżlin fi Proverbji 11:13 billi jżommu l-affarijiet kunfidenzjali. (Aqra.) Din tistaʼ tkun taʼ sfida, speċjalment għall-anzjani miżżewġin. Koppja miżżewġa jżommu żwieġ b’saħħtu billi jitkellmu spiss maʼ xulxin, u billi jgħidu l-ħsibijiet, is-sentimenti, u l-ansjetajiet personali lil xulxin. Imma anzjan jaf li qatt m’għandu jikxef “diskors kunfidenzjali” maʼ martu dwar oħrajn fil-kongregazzjoni. Jekk jagħmel hekk, l-aħwa mhux se jibqgħu jafdawh u se jħammeġ ir-reputazzjoni tiegħu. Dawk li għandhom ir-responsabbiltajiet fil-kongregazzjoni ma jistgħux ‘jilagħbu bid-diskors.’ (1 Tim. 3:8) Jiġifieri ma jistgħux iqarrqu b’oħrajn jew jieħdu pjaċir jgħidu fuq ħaddieħor. Jekk anzjan iħobb lil martu, mhux se jgħidilha informazzjoni li m’għandhiex bżonn tkun taf.
14. Mara t’anzjan kif tistaʼ tgħinu jżomm reputazzjoni tajba?
14 Mara tistaʼ tgħin lir-raġel iżomm reputazzjoni tajba billi ma toqgħodx tipprova tisforzah jgħid affarijiet li suppost għandu jżomm kunfidenzjali. Meta l-mara tagħmel hekk, hi tkun qed tappoġġa lir-raġel tagħha u anki tonora lil dawk li qalulu affarijiet kunfidenzjali. U iktar importanti minn hekk, hi tkun qed tferraħ lil Ġeħova għax tkun qed iżżid il-paċi u l-unità fil-kongregazzjoni.—Rum. 14:19.
ĠEĦOVA KIF IĦOSSU DWAR DAK LI NGĦIDU?
15. Ġeħova kif ħassu dwar dawn it-tlett irġiel li tkellmu maʼ Ġob, u għala?
15 Aħna nistgħu nitgħallmu ħafna mill-ktieb taʼ Ġob dwar kif u meta għandna nitkellmu. Wara li Ġob ħabbat wiċċu maʼ diversi problemi kbar, ġew erbaʼ rġiel biex ifarrġuh u jagħtuh parir. Dawn l-irġiel qattgħu ħafna ħin ma jgħidu xejn. Tlieta minn dawn l-irġiel kienu Elifaż, Bildad, u Sofar. Minn dak li qalu iktar tard, huwa ċar li ma użawx dal-ħin jaħsbu kif jistgħu jgħinu lil Ġob. Minflok, bdew jaħsbu kif jistgħu jagħtu prova li Ġob kien għamel xi ħaġa ħażina. Huma qalu xi affarijiet veri, imma ħafna minn dak li qalu dwar Ġob u Ġeħova ma kienx juri qalb tajba u lanqas kien minnu. Huma akkużaw lil Ġob bħala raġel ħażin. (Ġob 32:1-3) X’għamel Ġeħova dwar dan? Hu kien irrabjat ħafna maʼ dawn it-tlett irġiel. Hu sejħilhom boloh u ġegħelhom jgħidu lil Ġob biex jitlob għalihom.—Ġob 42:7-9.
16. X’nistgħu nitgħallmu mill-eżempji ħżiena taʼ Elifaż, Bildad, u Sofar?
16 Aħna nitgħallmu diversi lezzjonijiet mill-eżempji ħżiena taʼ Elifaż, Bildad, u Sofar. L-ewwel, m’għandniex niġġudikaw lil ħutna. (Mt. 7:1-5) Minflok, għandna nisimgħu sew x’qed jgħidulna qabel nitkellmu. Hekk biss se nkunu nistgħu nifhmu s-sitwazzjoni tagħhom. (1 Pt. 3:8) It-tieni, meta nitkellmu, għandna nagħmlu ċert li kliemna juri qalb tajba, u dak li ngħidu għandu jkun eżatt. (Efes. 4:25) U t-tielet, Ġeħova jinnota ħafna dak li ngħidu lil oħrajn.
17. X’nistgħu nitgħallmu mill-eżempju taʼ Eliħu?
17 Ir-rabaʼ raġel li żar lil Ġob kien Eliħu. Dan kien jiġi minn Abraham. Hu semaʼ l-konversazzjoni taʼ bejn Ġob u t-tliet irġiel l-oħra. Naturalment, hu qagħad attent ħafna għal dak li ntqal, għax fil-parir onest tiegħu wera ħniena li għenet lil Ġob ibiddel kif kien qed jaħsibha. (Ġob 33:1, 6, 17) L-iktar li kien importanti għal Eliħu kien li jfaħħar lil Ġeħova, u mhux lilu nnifsu jew lil xi ħadd ieħor. (Ġob 32:21, 22; 37:23, 24) Mill-eżempju t’Eliħu nitgħallmu li hemm ħin li ma ngħidu xejn u ħin li nisimgħu. (Ġak. 1:19) Nitgħallmu wkoll li meta nagħtu parir, l-ewwel interess tagħna għandu jkun li nonoraw lil Ġeħova, u mhux lilna nfusna.
18. Kif nistgħu nuru li napprezzaw ir-rigal li nitkellmu?
18 Aħna nistgħu nuru li napprezzaw ir-rigal li nitkellmu billi nobdu l-pariri tal-Bibbja dwar meta u kif għandna nitkellmu. Is-sultan għaqli Salamun kien ispirat biex jikteb: “Kelma li tingħad f’waqtha hi bħal tuffieħ tad-deheb f’tinqix tal-fidda.” (Prov. 25:11) Meta nagħtu kas sew taʼ x’qed jgħidu oħrajn u naħsbu qabel nitkellmu, kliemna jistaʼ jkun bħal dan it-tuffieħ tad-deheb—taʼ valur u sabiħ. Imbagħad, kemm jekk ngħidu ħafna u kemm jekk ftit, kliemna se jinkuraġġixxi lil ħaddieħor, u Ġeħova se jkun kburi bina. (Prov. 23:15; Efes. 4:29) Dan hu l-aħjar mod taʼ kif nuru li napprezzaw dan ir-rigal mingħand Alla!
GĦANJA 82 Ħa “jiddi d-dawl tagħkom”
^ par. 5 Fil-Kelma t’Alla nsibu prinċipji li jistgħu jgħinuna nifhmu meta għandna nitkellmu u meta m’għandniex. Meta nkunu nafu x’tgħid il-Bibbja u npoġġuh fil-prattika, kliemna se jogħġob lil Ġeħova.
^ par. 62 X’TGĦIDILNA L-ISTAMPA: Oħt tagħti parir għaqli lil oħt oħra.
^ par. 64 X’TGĦIDILNA L-ISTAMPA: Ħu jagħti pariri dwar it-tindif.
^ par. 66 X’TGĦIDILNA L-ISTAMPA: Abigajl tkellmet maʼ David f’ħin adattat, u kien hemm riżultat tajjeb.
^ par. 68 X’TGĦIDILNA L-ISTAMPA: Koppja ma jagħtux dettalji dwar kif isir l-ippritkar f’postijiet fejn m’hemmx permess għalih.
^ par. 70 X’TGĦIDILNA L-ISTAMPA: Anzjan jagħmel ċert li ħadd ma jisimgħu dwar xi ħaġa kunfidenzjali.