Idea Biex Tfittex
Informazzjoni li Ssib Fuq il-LIBRERIJA ONLINE tat-Torri tal-Għassa
Din l-informazzjoni tistaʼ tgħinek titgħallem dwar ħafna suġġetti differenti. Din issibha online bil-Malti fil-Gwida għall-Pubblikazzjonijiet tax-Xhieda taʼ Ġeħova u b’ħafna lingwi oħra fil-Glossary, Insight on the Scriptures, u l-Watch Tower Publications Index.
Biex tfittex l-informazzjoni fil-LIBRERIJA ONLINE tat-Torri tal-Għassa trid tuża l-kaxxa fejn hemm “Ikteb is-Suġġett.” Waqt li tkun qed tikteb fil-kaxxa jitilgħu xi suġġerimenti. Il-kelma “Suġġett” se tidher maġenb il-kliem li jkun hemm informazzjoni dwaru.
Ipprova: Ibda ikteb il-kelma “Ġeħova” fil-kaxxa (A). Agħfas fuq il-kelma “Ġeħova” li maġenbha hemm miktub “Suġġett” (B). Imbagħad se jitilgħu ħafna referenzi.